Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #27381 Sitting 393 2011-10-17 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill lokali — ħlas ta' ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm tribunali u kunsilli lokali li fihom qed jitħallsu ċitazzjonijiet li jaqilgħu ċ-ċittadini minn wardens lokali? Kemm iħaddmu persuni kull post fejn jitħallsu dawn iċ-ċitazzjonijiet u x'role għandu kull impjegat f'dan t-tribunal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ħlas ta’ ċitazzjonijiet kif qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant jista’ jsir f’kull uffiċċju ta’ kull wieħed mit-tmienja u sittin (68) Kunsill Lokali f’Malta u f’Għawdex, waqt li kull uffiċċju ta’ kull wieħed mid-disa’ (9) Tribunali Lokali f’Malta u f’Għawdex jaċċetta l-ħlasijiet ta’ ċitazzjonijiet tat-Tribunal konċernat. Il-ħlas taċ-ċitazzjonijiet hu ristrett fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-uffiċċju fil-każ tal-Kunsilli Lokali u waqt il-ħin tat-Tribunal fil-każ tat-Tribunali Lokali. Għall-konvenjenza tal-pubbliku tali ħlas jista’ jsir ukoll online permezz tas-sit elettroniku http://les.gov.mt/contraventions.aspx . Kull Tribunal Lokali jimpjega reġistratur, skrivan/a u kaxxier/a. Dawn l-aħħar tnejn jagħtu s-servizz tagħhom għas-seduti biss.
Leg 11 PQ #27382 Sitting 393 2011-10-17 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

tribunal lokali — ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Minstru jgħid liema loġika t-tribunali lokali qed isegwu u liema prassi qed jimxu biha meta ċittadin ikollu ċitazzjoni u jekk dan ma jitlax jikkontesta quddiem l-istess tribunal qed jintalab iħallas multa ħafna iktar għolja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li t-Tribunali Lokali, kif ippreseduti minn Kummissarji għall-Ġustizzja, jimxu b’mod skrupluż mal-provvedimenti tal-liġijiet u r-regolamenti Maltin. Il-Kummissarju huwa kompletament awtonomu u indipendenti mill-partijiet u, salv għal dak li tgħid il-liġi dwar appelli, ħadd ma jista’ jindaħallu fid-deċiżjonijiet tiegħu.
Leg 11 PQ #27383 Sitting 393 2011-10-17 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal lokali — ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 u f'każ li ċ-ċittadini ma telgħux jiddefendu l-aġir tagħhom quddiem it-tribunal dawn ingħataw ċitazzjoni iktar għolja? Kemm fil-fatt ingħataw ċitazzjonijiet iktar għolja u x'kienet ir-raġuni għal dan il-fatt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

postijiet pubbliċi aċċessibbli

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm mill-bini u postijiet pubbliċi huma aċċessibbli u kemm għad hawn bini pubbliku li mhuwiex aċċessibbli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Ministeru m'għandux lista komprensiva ta' bini u postijiet pubbliċi li huma aċċessibli għal kulħadd. Qed inpoġġi lista fuq il-Mejda tal-Kamra ta’ liema bini sar aċċessibli sal-massimu possibli wara li l-KNPD irċeviet ilmenti dwar nuqqas ta' aċċessibilità u intervjeniet.

pjan biex postijiet pubbliċi jsiru aċċessibbli

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk jeżistix xi pjan biex il-bini u postijiet pubbliċi kollha jsiru aċċessibbli ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità ma jkollix l-informazzjoni kollha dwar pjani u xogħolijiet li għandhom Ministeri differenti biex bini u postijiet pubbliċi jsiru aċċessibbli. Bħalissa l-KNPD qed taħdem fuq dawn il-postijiet sabiex isiru aċċessibbli għal kulħadd: Aċċessibilità fit-toroq Aula Magna fl-Università l-Antika Belvedere tas-sur tal-Imdina Evans Building Kumpless Sportiv f'Tal-Qroqq Kunsill Lokali Mġarr Numru ta' Ċentri tas-Saħħa u Bereġ Numru ta' Uffiċini Distrettwali tas-Sigurta' Soċjali Skejjel f'Għawdex
Leg 11 PQ #14758 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sindki — nefqa ta' mobile phones

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqu f'mobile phones is-sindki kollha ta' Malta u Għawdex matul is-sena 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #24446 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn kunsilli li rnexxielhom iġibu għajnuna mill-fondi tal-Unjoni Ewropea matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010? Liema kienu dawn il-kunsilli lokali u fuq liema proġetti ġabu dawn il-fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’ referenza għall-bqija tal-informazzjoni relatata mas-sena 2010, hekk kif rikjesta f’ Mistoqsija Parlamentari Nru. 24446, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall Mistoqsija Parlamentari nru 24447.
Leg 11 PQ #24460 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kumpens liċ-ċittadini mill-kunsill lokali fuq vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti statistika ta' kemm kien hemm ċittadini li għamlu talba għall-kumpens wara li ġarrbu ħsarat fil-vetturi tagħhom minħabba l-istat ħażin li jinsabu fih it-toroq tagħhom, matul is-snin 2007, 2008, 2009 u 2010? Jista' jgħid kemm kien hemm minn dawn iċ-ċttadini li attwalment ingħataw il-kumpens li huma talbu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #25897 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

dilettanti kaċċaturi — flus żejda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħħal flus żejda mid-dilettanti kaċċaturi biex setgħu joħorġu jipprattikaw id-delizzju tagħhom tal-kaċċa f'din ir-rebbiegħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-bilanċ li jifdal meta tnaqqas l-ammont dovut għall-ispejjeż relattati mal-istaġun tal- kaċċa tar-rebiegħa, hu ta’ €130,347.49.

Dħul ta' prodotti agrikoli

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 25910 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk humiex jidħlu prodotti agrikoli fil-pajjiż minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea? Kif din l-importazzjoni affettwat il-produzzjoni lokali u x’inhi l-politika tal-gvern dwar dan ir-rigward?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-prodotti agrikoli bħal kull prodott ieħor tal-Unjoni Ewropeja jifformaw parti mis-suq intern u għalhekk jiċċirkolaw liberament fil-pajjiżi membri kollha, inkluż f'Malta. Il-prodotti agrikoli ta' pajjiżi terzi huma regolati mit-Tariffa Esterna Komuni tal-UE u huma limitati mir-restrizzjonijiet kummerċjali tal-Għaqda Dinjija tal-Kummerċ kif ukoll ta’ ftehim bilaterali jew reġjonali li għandha l-UE ma' dawn il-pajjiżi. Il-liberaliżżazjoni tal-kummerċ f'dawn is-swieq huwa proċess li dejjem qed ikompli, u li jaffetwa kemm il-pajjiżi membri tal-UE kif ukoll dawk li mhumiex. Il-politika tal-Gvern kienet u għadha li tappoġġa lis-setturi kollha sabiex jinvestu, bl-għajnuniet minn fondi nazzjonali u tal-UE, f'titjib tal-kompetittività tal-produzzjoni tagħhom. Din twassal għal kwalità ogħla tal-prodotti, b'iżjed effiċjenza u b'metodi ta' produzzjoni sostenibbli li jirrispettaw l-esiġenzi tal-konsumaturi fl-oqsma ta' sigurta' ta' l-ikel, benesseri tal-annimali u rispett għall-ambjent.

kwestjoni dwar għawm ta' pets

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26527 li oriġinarjament saret lill-Ministru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema bajjiet huwa permessibbli li fihom delettanti jkunu jistgħu jieħdu l-pet tagħhom jgħum magħhom, anki jekk dan il-pet ikun kelb, żiemel jew xi pet ieħor kbir? Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux regoli li jirregolarizzaw l-għawn ta' pets?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li r-Regolamenti li jirregolaw l-għawm tal-annimali inklużi ‘pets’ huma l-Avviż Legali 125 ta’ 2008 dwar il-Maniġġar tal-Kwalità tal-Ilma tajjeb għall-Għawm kif amendat b’Avviż Legali 237 ta’ li daħal fis-seħħ b’Avviż Legali 112 ta’ 2009 li stabbilixxa l-1 ta’ Marzu 2009 bħala d-data meta l-imsemmija regolamenti għandhom jitqiesu li bdew iseħħu. Dawn ir-regolamenti jistipulaw li ebda annimal ma jista' f’ebda waqt jittieħed fil-baħar f’dawk iż-żoni li jiġu ndikati mis-Superintendent bħala żoni ta’ l-għawm taħt id-disposizzjoni ta’ dawn ir-regolamenti. Iż-żoni indikati mis-Superintendent huma dawk iż-żoni indikati bħala uffiċċjalment żoni tajbin għall-għawm. Dawn iż-żoni huma indikati b’tabelli li jindikaw li dik iż-żona qed tiġi mmonitorjata għall-kwalita tal-ilma baħar skond il-provvedimenti tal-istess Avviż Legali li jittrasponi d-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jiġi preservat, protett, u mtejjeb l-kwalita ta’ l-ambjent u sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem. Għalhekk annimali jistgħu jittieħdu jgħumu f’dawk iż-żoni li ma jaqawx taħt il-kriterji ta’dawn ir-regolamenti u għalhekk mhux qed jiġu mmonitorjati għall-fini ta’ dawn ir-regolamenti.

teaching adults with developmental disabilities — għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ġiex deċiż min se jimla l-post ta' teaching adults with developmental disabilities? Kemm għandhom bżonn għalliema għal dan il-post? Kemm poġġew nies għal dan l-interview? Kemm minnhom għaddew minn dan l-interview? Kif tqassmu l-marki u fuq liema kriterji ngħataw dawn il-marki? Hemm xi metodu li l-parteċipanti li ħadu sehem f'dan l-interview ikunu jafu kif u għaliex u fuq liema kriterji ngħataw il-marki li ngħataw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

S'issa għadhom ma mtlewx il-postijiet ta’ Edukaturi tal-Adulti għall-persuni b’diżabilità intellettwali li jattendu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum. Hu maħsub li se jkun hemm bżonn ta’ 14-il edukatur. 19-il kandidat resqu għall-intervista. 14-il kandidat għaddew. Il-marki u l-kriterji huma mehmuża. Kull applikant għandu dritt jikteb lid-Direttur għat-Tagħlim Tul il-Ħajja sabiex jingħata breakdown tar-marki ndividwali tagħhom. L-informazzjoni l-oħra mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċitazzjonijiet minn Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu flus minn ċitazzjonijiet tal-pulizija bejn Jannar u Ġunju 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika separata fil-Qorti ta' dawk il-multi li jirriżultaw minn ċitazzjonijiet tal-Pulizija u multi oħrajn marbuta ma' kontravenzjonijiet tat-traffiku. Għar-rigward tal-multi li jirriżultaw minn ċitazzjonijiet quddiem it-Tribunal Lokali, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #27378 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċitazzjonijiet mill-wardens lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inġabru ċitazzjonijiet mill-wardens lokali matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żgħażagħ priġunieri taħt il-25 sena

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm kien hemm żgħażagħ taħt il-25 sena li matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 u l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 weħlu u kienu l-ħabs? Fejn inżammu dawn il-priġunieri u kemm minnhom ingħataw għajnuna sabiex jerġgħu jintegraw fis-soċjetà meta jispiċċaw is-sentenza li kienu ngħataw?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' priġunieri li daħlu l-ħabs taħt l-età ta' 25 sena matul is-snin imsemmija huwa s-segwenti:- Sena Irġiel – Sentenzjati Nisa – Sentenzjati Irġiel – Arrestati Nisa – Arrestati Total 2005 94 8 34 0 136 2006 121 16 54 2 193 2007 110 23 36 1 170 2008 138 12 44 1 195 2009 123 15 63 3 204 2010 135 9 51 4 199 2011 (30/06/2011) 49 4 22 3 78 Priġunieri ta’ taħt l-eta ta’ wieħed u għoxin sena huma allokati f’sezzjoni tal- YOURS. Billi s-sentenzi u r-reati jkunu differenti, priġunieri ta’ aktar minn 21 sena jiġu allokati kważi ma taqsimiet kollha tal-Faċilita’. Għalhekk ma hemmx sezzjoni jew diviżjoni partikolari fejn jiġu allokati priġunieri ta bejn il-21 sena u l-25 sena. Infurmat ukoll illi l-għajnuna tingħata lil kull min juri x-xewqa li jrid jiġi integrat lura fis-soċjetà billi jattendi tagħlim fl-iskola tal-facilità jew jattendi kors ta’ taħriġ kemm fil-faċilità kif ukoll barra, bħal ma huma l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC), l-Istituzzjoni Studju Turistiċi (ITS), l-Università u postijiet oħra simili. Jista’ wkoll jirċievi kura u rijabiltazzjoni mit-teħid ta' droga f’kommunità terapewtika, jattendi jew jieħu parti fi sports jew attivitajiet kulturali, jista' jaħdem f’xi impieg, jew jirċievi tagħlim jew taħrig biex jiġi megħjun fit-tansazzjoni mill-ħajja fil-faciltà lura għas-soċjetà. Dawn l-opportunitajiet huma miftuħa għal kull priġunieri, dejjem fil-parametri ta’ċertu regolamenti. Infurmat ukoll illi ma kien hemm l-ebda priġunier taħt il-21 sena li ġiet miċħuda l-applikazzjoni tiegħu.

Priġunieri — korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm korsijiet li huma offruti lill-komunità ta' priġunieri f'Malta? Kemm hemm priġunieri li matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010 u l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 li tħarrġu u ħadu sehem f'dawn il-korsijiet? Jista' jagħti figura ta' kemm kienet il-popolazzjoni ta' priġunieri fl-istess żmien u kemm kien hemm b'kollox persentaġġ ta' priġunieri li kienu qed jipparteċipaw f'dawn il-korsijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 27191 u 27192, ninsab infurmat illi matul is-snin 2009, 2010 u l-ewwel 6 xhur ta’ 2011 il-korsijiet li kienu offruti fil-faċilità kienu dawn li ġejjin: Ninsab infurmat illi fis-snin 2005, 2006, 2007 u 2008 kienu jsiru korsijiet tal-Malti, Ingliż u Matematika, però ma kenitx tinżamm statistika kompjuterizzata ta' dawk li kienu jattendu. Infurmat ukoll illi l-popolazzjoni għall-perijodu mitlub mill-Onorevoli Interpellant kienet is-segwenti. Dec. 2005 294 Dec. 2006 375 Dec. 2007 382 Dec. 2008 444 Dec. 2009 547 Dec. 2010 585 sal-aħħar ta' Ġunju 2011 600 Peress li n-numru tal-priġunieri jvarja minn ħin għall-ieħor, saħansitra anke fl-istess jum, mhux possibbli li jinħareġ persentaġġ tal-parteċipazzjoni f'dawn il-korsijiet.

Popolazzjoni ta' priġunieri fil-ħabsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif hija u kienet maqsuma l-popolazzjoni ta' priġunieri fil-ħabsijiet tagħna matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010 u l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011, jekk wieħed kellu jieħu din il-popolazzjoni fi gruppi ta' bejn 16 u 25, 25 - 35 sena, 36-45 sena, 46 - 55 sena, 56 - 65 sena u 'l fuq minn 65 sena? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm kien hemm nisa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-popolazzjoni ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fis-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kienet is-segwenti:- Sena Irgiel Nisa 31-Dec-2005 280 14 31-Dec-2006 357 18 31-Dec-2007 352 30 31-Dec-2008 416 28 31-Dec-2009 510 37 31-Dec-2010 548 36 27-Jun-2011 559 41 Infurmat ukoll illi peress li l-popolazzjoni ġewwa l-Faċilità tinbidel kuljum ma tinżamm l-ebda statistika ta’ min ikun il-priġunier li jkun il-ħabs f’ġurnata partikolari. Id- data li tinżamm il-ħabs hija ta’kull priġunier individwali.

Politika ta' konsultazzjoni mal-priġunieri Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux politika ta' konsultazzjoni mal-priġunieri Maltin u jekk allura jsirux surveys biex jaraw xi jridu jbiddlu l-priġunieri f'dak li qed jiġri fil-ħabsijiet tagħna li jaffettwa lilhom b'mod differenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Infurmat li s’issa ma kienx hemm il-prassi li jsiru surveys formali biex priġunieri jesprimu opinjonijiet tagħhom dwar kif jitmexxew l-affarijiet li jolqtu lilhom fil-Faċilità. Infurmat ukoll, madankollu, li jeżistu diversi metodi kif il-priġunieri jwasslu l-ħsibijiet jew ilmenti tagħhom kemm dwar affarijiet personali kif ukoll ġenerali fosthom:- billi jkellmu lid-Direttur jew uffiċjali oħra tal-management; tramite l-Bord tal-Viżitaturi tal-Ħabs, li huwa kostitwit skont ir-Regolamenti tal-Ħabs u li jżomm kuntatt kostanti mal-priġjunieri; jew permezz ta’ diversi għaqdiet voluntarji li għandhom aċċess iżuru l-Faċilita’ u li jitkellmu mal-priġunieri u jwasslu lmenti u suġġerimenti.

Kartanzjan — benefiċċji mit-trasport

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26526 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'benefiċċji se jkollhom fit-trasport l-anzjani meta jippreżentaw il-Kartanzjan, kemm fuq servizzi tal-art bħal trasport bix-xarabanks u anke fuq il-vapur ta' Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li persuni li jippreżentaw il-Karta Anzjan għandhom skont ta' 86% fuq biljett ta' sagħtejn, skont ta' 81% fuq biljett ta' ġurnata u skont ta' 81% fuq biljett ta' ġimgħa fuq it-trasport pubbliku fuq l-art. L-istess persuni jivvjaġġaw b'xejn fuq il-vapur t'Għawdex u għandhom skont ta' 30% għan-noll għall-karozza tagħhom. Residenti t'Għawdex li jippreżentaw il-Karta Anzjan għandhom skont ta' 15% għan-noll għall-karozza tagħhom.