Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi grupp ta' klieb li minħabba xi raġuni jew oħra għandom jiġu eżentati mill-micro chipping bħal, per eżempju, klieb li diġà għaddew minn xi trawma?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali niehda regolament ġodda (AL 199 tal-2011) sabiex kull kelb f’pajjiżna ssirlu ċippa zgħira ħafna injettata taħt il-ġilda tal-kelb intrascapulae (bejn l-ispalel). Din iċ-ċippa jkollha fiha numru t’identifikazzjoni uniku għal kull kelb. Dan in-numru hu abbinat mad-dettalji tas-sid fid-database nazzjonali (National Livestock Database).
Permezz ta’ din iċ-ċippa, sid ta’ kelb jista’ jiġi identifikat b’mod faċli għax permezz ta’ apparat apposta l-informazzjoni ta’ gewwa ċ-ċippa tista’ tinqara. Għalhekk f’każijiet fejn kelb jintilef, jitħalla abbandunat, ikun involut f’xi inċident, u f’kull każ ieħor l-informazzjoni kollha marbuta mal-kelb u s-sid tkun aċċessibli.
Dawn ir-regolamenti l-ġodda issa jipprovdu li sa Ġunju 2012, kull min għandu kelb irid jirreġistrah billi jieħdu għand veterinarju tal-għażla tiegħu sabiex isir il-
microchipping.
Għalhekk is-sid ser jiġi mitlub iħallas il-prezz ta’ €11.80 (VAT inkluż) fil-każ ta’ klieb imsewwija u €22.70 fil-każ ta’ klieb mhux imsewwija.
Din id-diskrepanza fil-prezz hija bbażata fuq il-prinċipju li kelb imsewwi jelimina l-possibilità li jiżdied in-numru tal-klieb li jiġġerrew fit-toroq.
Dan il-ħlas jinkludi l-
microchip
, l-injezzjoni tagħha u l-liċenzja, u se jieħu post il-liċenzja annwali ta’ €2.33 li kienet titħallas lill-Pulizija. Hu kkalkulat li kien hemm mal-500 annimal li tħalsitilhom il-liċenzja. Hu kkalkulat li kelb jgħix minn tal-anqas 10 snin għalhekk is-sidien sal-lum kienu obbligati li jħallsu €23.30 fuq 10 snin. Din is-sistema issa ser tispiċċa u dan il-ħlas mhux ser jibqa’ isir. Ser inkunu qed inressqu emendi għall-Att tal-Klieb fil-ġimgħat li ġejjin.
L-għanijiet prinċipali ta’ dawn ir-Regolamenti huma:
· Li jkun hawn aktar kontroll fuq il-klieb ħalli jkollna anqas klieb mitluqa fit-toroq.
· Anqas periklu għas-saħħa pubblika.
· Anqas tixrid ta’ mard serju fost il-klieb.
· Tinħoloq database ċentrali b’reġistru sħiħ tal-informazzjoni kollha rigward il-klieb u s-Sidien tagħhom.
Il-klieb li jiġu rreġistrati taħt din is-sistema ġdida għandhom jitlibbsu midalja
(badge)
provduta
minn sidhom
li fuqha jkun hemm il-
contact number
tas-sid. Dan juri li l-kelb huwa rreġistrat u lliċenzjat skond il-liġi.
Sabiex ikun żgurat li ma jkunx hemm abbuż tas-sistema, ir-regolamenti jaħsbu wkoll għal numru ta’ multi. Dawn il-multi jidħlu fis-seħħ fiċ-ċirkostanzi fejn:
§ persuna jkollha fil-pussess tagħha kelb li sa’ Gunju 2012 (u wara din id-data sakemm joħorġu n-nejbiet t’isfel) ma tkunx irreġistrat il-kelb skont dawn ir-regolamenti, jew tagħti informazzjoni skorretta, inkompleta jew falza fil-formola ta’ reġistrazzjoni. Il-multa f’dan il-kaz hi ta’ €300.
§ Fl-eventwalità li kelb li jkun ġie reġistrat u liċenzjat jirriżulta li ċ-ċippa ma tistax tinqara, is-sid jew il-persuna li jkollha fil-pussess tagħha dan il-kelb jeħel multa ta’ €500 sakemm ma jiġix ippruvat li ċ-ċippa għadha preżenti fil-kelb. Dan il-provediment qiegħed hemm sabiex ħadd ma jipprova jaqla’ jew ineħħi l-microchip minn ġol-kelb.
Tqassmet ukoll pubblikazzjoni informattiva f’kull residenza f’Malta u Għawdex.
Sa’ llum gew microchipped ‘l fuq minn 6,500 kelb
Tista' l-Ministru tgħid jekk tinżammx statistika ta' studenti li jmorru jistudjaw barra l-pajjiż? X'tip ta' għajnuna tingħata lil dawn l-istudenti mid-Dipartiment u mill-Università ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena akkademika 2010/11, intbagħtu total ta’ 199 student mill-Università ta’ Malta għal perjodi qosra ta’ tagħlim, taħriġ jew riċerka f’universitajiet barranin kemm fl-Ewropa u kif ukoll f’pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea bħall-Istati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja u l-Ġappun.
Total ta’ 192 student ibbenefikaw mid-Direct Exchange Programme li kien iffinanzjat mill-Ministeru tal–Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja. Kull wieħed minn dawn l-istudenti rċieva 300 euro kull xahar għal massimu ta’ 4 xhur.
Total ta’ 7 studenti bbenefikaw mill-iStudent International Exchange Programme li huwa ffinanzjat mill-Università nnifisha u jagħti opportunità lil studenti fl-Università ta’ Malta li jqattgħu perjodu ta’ studju f’universitajiet barra mill-Unjoni Ewropea. Kull wieħed minn dawn l-istudenti ngħata borża ta’ studju li tvarja bejn il-500 u l-2000 euro għal perjodu sħiħ ta’ skambju.
Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja iżomm statistika ta’ studenti li jieħdu borża ta’ studju biex jistudjaw barra minn Malta. L-għajnuna li tingħata lill-istudenti hi skont ir-regolamenti tal-boroż ta’ studju. Din l-għajnuna tvarja skont is-sena meta l-istudent ikun applika għall-borża ta’ studju kif ukoll skont l-iskema li għaliha jkun applika, (MGSS, STEPS jew Malta Arts Scholarships).
Skemi ta’ Boroż ta’ Studju
STEPS
MGSS Undgergraduate
MGSS Postgraduate
Malta Arts Scholarships
Numru ta’ student
i li studjaw barra l-pajjiż
270 (mill-2009)
302 (mill-2008)
105 (mill-2006)
13 (fl-2010)
Il-Ministeru ma jkollux informazzjoni dwar studenti li jmorru jistudjaw barra minn Malta fuq bażi personali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm studenti li spiċċaw is-sekondarja matul l-2011 għaddew mill-annual tal-iskola fejn kienu jattendu u kemm minnhom m'għaddewx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Studenti tas-sekondarja — eżamijiet li m'għaddewx minnhom
Question
Tista' l-Ministru tgħid dawk l-istudenti li spiċċaw is-sekondarja matul is-sena 2011, minn liema suġġetti m'għaddewx fl-eżamijiet tal-annuals tal-iskola tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 27566.
Tista' l-Ministru tgħid kemm matul l-aħħar sena, dik tal-2011, tfal m'għaddewx mill-eżamijiet tal-iskola tagħhom stess? Kemm tfal weħlu mill-eżamijiet tal-ewwel sena, tieni sena, tielet sena, raba' sena u ħames sena sekondarja tagħhom? Tista' tgħid minn liema suġġetti weħlu u f'liema suġġetti marru ħażin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 27566.
xogħol fit-toroq minħabba l-karozzi tal-linja l-ġodda
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26684 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi li għandhom dawk li qed jagħmlu x-xogħol neċessarju fit-toroq Maltin u Għawdxin kollha, sabiex ikunu jistgħu jiffaċilitaw it-toroq tagħna għall-karozzi tal-linja li se jibdew joperaw dalwaqt?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra CD bit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26684.
tibdil fit-toroq minħabba l-karozzi tal-linja l-ġodda
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26686 u jgħid kemm se tiġi tiswa l-ispiża kollha sabiex jinqalgħu l-bankini, jinqalgħu u jitwaħħlu s-siġar minn diversi postijiet u jinżebgħu t-toroq tagħna ħalli l-karozzi tal-linja tal-kumpanija li se tibda topera dalwaqt jiġu akkomodati?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Nru. 26530.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid f'liema pajjiż Malta għandha rappreżentanza diplomatika? Din ir-rappreżentanza hija minn Maltin jew minn xi persuna oħra barranija? Din ir-rappreżentanza Maltija toffri għajnuna lill-Maltin li jitolbu xi għajnuna meta jkunu f'dak il-post partikolari?
Response (BORG, TONIO)
Il-pajjiżi fejn Malta għandha rappreżentanza diplomatika huma kif indikat hawn taħt:
Athens, Beijing, Berlin, Brussels, Cairo, Canberra, Geneva, Lisbon, London, Madrid, New Delhi, New York, Paris, Ramallah, Riyadh, Rome, Strasbourg, Tel Aviv, The Hague, Tripoli, tunis, Vienna, Warsaw, Wahington.
Dawn huma immexxija minn ambaxxaturi Maltin. Ir-rappreżentanza Maltija fi kwalunkwe pajjiż toffri għajnuna lill-Maltin li jitolbu xi għajnuna meta jkun f'dak il-post partikolari.
Tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' sexual education jsir fl-iskejjel sekondarji? Jekk dan il-mudell mgħallem huwiex wieħed ikkupjat minn xi sistema edukattiva oħra jew jekk is-sillabus huwiex wieħed maħdum lokalment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fis-settur sekondarju diversi temi differenti skont l-età u l-maturità tal-istudent jiġu ttratati matul il-ħames snin. Fost dawn nistgħu nsemmu l-iġene personali, l-iżvilupp fiżiku, sesswali u emozzjonali, l-effett tal-media u tas-soċjetà u kif wieħed iħares lejn is-sesswalità tiegħu. Tingħata importanza lill-valur tal-ħajja, it-tqala qabel iż-żwieġ u l-konsegwenzi li ġġib magħha. Fis-suġġett tal-PSD jiġu diskussi ukoll temi bħal l-iżvilupp tas-sess oppost, l-imaġni individwali, il-kontraċettivi, il-mard assoċjat mal-abbuż sesswali, stupru, internet chatting, fastidju sesswali, omossesswalità pedofilija, l-esebizzjoniżmu u l- pornografija .
L-edukazzjoni sesswali għandha l-għan li tgħin l-istudenti jiżviluppaw valuri pożittivi lejn is-sesswalità tagħhom u ta’ ħaddieħor, tipprovdi informazzjoni tajba u aġġornata u tgħin lill-istudenti jiżviluppaw ħiliet biex jagħmlu għażliet infurmati u tajba.
Il-programm hu ibbażat fuq ‘Guidelines for a comprehensive sexuality education’ (2003) maħruġ minn ‘The Sexuality information and Education Council of the United States’ u fuq ‘Standards for Sexuality Education in Europe’ maħruġ mill-World Health Organization. Madankollu l-programm jiġi adattat skont il-bżonnijiet tal-istudenti Maltin.
Tista' l-Ministru tgħid kemm jsir u meta sar l-aħħar evalwazzjoni tas-sexual educational course li jingħata mis-sistema edukattiva tagħna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-evalwazzjoni tal-programm tal-edukazzjoni sesswali iseħħ l-aktar meta jiġu evalwati s-sillabu jew kurrikula tad-diversi suġġetti. Bħalissa saru bidliet fil każ tal-kurrikulu tal-Form 1 fejn tidħol l-edukazzjoni sesswali kif ukoll oqsma oħra.
Qed isir
review
tas-suġġett kollu tal-PSD li jinkludu l-edukazzjoni sesswali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm youth workers jaħdmu mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni? Kemm hemm youth workers jaħdmu mal-gvern b'mod ġenerali bħala youth workers u x'role għandhom dawn il-ħaddiema fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fid-direttorat għas-Servizzi Edukattivi hemm 4 youth workers. Dawn qed jaħdmu ġo erba' kulleġġi. L-għan hu li jkollna youth worker f'kull kulleġġ.
Il-
youth workers
jaħdmu ma’ studenti li jattendu l-
learning zones
u ma’ studenti oħrajn li jattendu l-
youth clubs
wara l-ħin tal-iskola.
Ħaddiema minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea — xogħol f'Malta
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew barranin li ġejjin mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jaħdmu f'Malta matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 u l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011? Liema xogħol ġew jaħdmu fih?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħaddiema minn barra l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea — xogħol f'Malta
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew barranin li ġejjin minn barra l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jaħdmu f'Malta matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 u l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011? Liema xogħol ġew jaħdmu fih?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex persuna li għandha saqajha amputata għandha bżonn ċertifikat ta' tabib li jgħid dan, meta dan huwa fatt li jkun jidher u mhux qed nitkellmu fuq fatt li ma jidhirx, biex jintbagħat personnel apposta ħalli jgħin lil din il-persuna u din il-persuna ma jkollhiex titla' l-Evans Building fis-sular ta' fuq biex tagħmel il-passaport?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din il-Mistoqsija għandha ssir lill-Ministru kkonċernat.
karozzi l-antiki li spiċċaw mis-servizz tat-transport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir mill-karozzi l-antiki li spiċċaw mis-servizz tat-transport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ftehmet ma' Heritage Malta dwar iż-żamma ta' madwar tmenin karozza tal-linja antika. Rigward x'se jsir minnhom, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux f'moħħu li jiftaħ xi mużew tat-trasport pubbliku ta' Malta fil-qarib ġejjieni? Jekk iva, fejn se jkun u x'beħsiebu jesponi f'dan il-mużew?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kemm ħallsu f'servizzi ta' periti, avukati, accountants u professjonijiet oħrajn il-Kunsill ta' Tas-Sliema matul is-snin 2005/6/7/8/9/10?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm u ta' liema tip, jekk part-time farmer jew bħala self employed, jista' jkollu raba' miktub fuqu biex ikun jista' ukoll jirreġistra għal xogħol full-time mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija tittratta regolamenti tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ. Għalhekk nistiednu jressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Persuni Maltin li jgħixu barra minn Malta — statistika
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżamx statistika ta' kemm hemm Maltin jgħixu barra minn Malta? Kemm hemm f'kull pajjiż u kemm hemm minnhom tal-first generation, second u third?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma tinġabarx u ma tinżammx dan it-tip ta’ statistika.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju biex jikkonferma jew jirrevedi l-ispeed limit li ġie deċiż għat-toroq Maltin? Jista' jgħid jekk l-awtorità responsabbli minn dan il-qasam tagħmilx studji biex tara jekk dak li oriġinarjament iddeċidiet huwiex l-aħjar fis-sitwazzjoni tagħna - jiġifieri jsir ongoing evaluation ta' dak li ġie deċiż? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il darba ltaqgħu, jekk jinżammux minuti tal-meetings li jkollhom u x'ġie deċiż u meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta għamlet studju dettaljat, tal-limiti tal-veloċita' fit-toroq arterjali u distributorji. Il-policy li tistabbilixxi dawn il-proċeduri, ta' kif jiġu riveduti limiti ta' veloċità eżistenti jew kif jiġu stabbiliti limiti ta' veloċità ġodda, se tiġi ppublikata bħala dokument fil-ġimgħat li ġejjin.
L-istudji li tagħmel Transport Malta huma dettaljati biżżejjed sabiex tippermetti li jiġu stabbiliti limiti ta’ veloċità korretti. Madanakollu, Transport Malta xorta tagħmel moniteraġġ tas-sistema tat-traffiku u tevalwa kull informazzjoni miġbura sabiex, fl-isfond taċ-ċirkustanzi fiż-żmien partikolari, taddatta s-sistema tat-traffiku għall-bżonnijiet tal-ġurnata.