Derogation for limited capture of European Finches
Question
Does the Hon. Prim Minister and his government intend in applying for a derogation for the limited capture of European Finches on the Maltese Islands for the coming 2011 autum season?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tali deroga tista’ tiġi applikata biss wara rakkmandazzjoni mill-Kumitat ORNIS.
Persuni li kienu fuq pilloli li kienu out of stock
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn pazjenti li huma fuq il-pilloli li kienu out of stock matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011, jigifieri jekk kien hemm iż-Zocor out of stock matul l-ewwel sitt xhur jgħid kemm kien hemm pazjenti li jieħdu dawn il-pilloli? Jista' jgħid kemm għandhom żmien dawn il-pazjenti li suppost ħadu dawn il-pilloli?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-mediċini li kienu out of stock mid-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] matul l-ewwel sitt xhur tal-2011 kien kif ġej:
Isem tal-Mediċina
In-Numru ta’ Pazjenti li jibbenifikaw minn din il-mediċina
Perjodu
Out of Stock
Simvastatin 20mg
11,736
08 gimgħat
Formeterol Inhaler
747
14-il gimgħa
Trimetazidine 20mg
1,572
18-il gimgħa
Olanzapine 10mg
180
15-il gimgħa
L-eta’ tal-pazjenti li jibbenefikaw minn dawn il-mediċini tvarja minn 27sena għal 89 sena.
Persuna li tara li ma jkunx hawn pilloli out of stock
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli li jara li ma jkunx hawn pilloli out of stock?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Procurement (Taqsima tas-Saħħa) jikkonferma li jsir kull sforz meħtieġ sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn pilloli jispiċċaw out of stock. Ma dan kollu, hemm sitwazzjonijiet li dan id-Dipartiment m’għandux kontrol fuqhom fosthom:
1. Supplier ma wassalx l-item fil-perjodu rikjest mill-kuntratt, jiġifieri late delivery;
2. Il-kuntrattur identifikat qed ikun ikkontestat minn xi bidder ieħor u għaldaqstant kien hemm proċedura ta’ appell u il-kuntratt il-ġdid ma ngħatax;
3. Nuqqas ta’ manifattura ta’ item partikulari. F’dan il-każ, mhux Malta biss ma kelliex dan il-prodott;
4. Sejħiet ta’ tenders li ġew ikkanċellati minħabba raġunijiet validi inkluż li l-bidders ma issodisfawx ir-rekwiżiti meħtieġa tat-tender.
Pilloli out of stock li jinxtraw minn spiżeriji privati
Question
Jista' l-Ministru jispjega l-fatt kif id-dipartiment tiegħu jġib kull skuza biex jiġġustifika li jkun hawn pilloli out of stock meta fl-ispiżeriji privati u bil-flus out of pocket ta' kull pazjent, dawn isibu jixtru pilloli li għall-istat ikunu out of stock?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27752.
aġġustamenti fl-għoli tal-ħajja minħabba pilloli out of stock
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jieħdu in konsiderazzjoni meta jsiru l-aġġustamenti tal-għoli tal-ħajja, il-perjodi li diversi pazjenti jgħaddu minnhom u jkollhom jixtru l-pilloli huma għaliex id-Dipartiment tas-Saħħa ma jkollux?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut, li huwa l-kejl uffiċjali tal-għoli tal-ħajja, huwa kkalkolat fuq il-bażi ta’ basket ta’ prodotti u servizzi li huma użati b’mod regolari mill-konsumatur tipiku Malti, inklużi l-mediċini. L-indiċi jaqbad iċ-ċaqliq fil-prezzijiet matul il-perjodu li huwa jkopri u allura jirrifletti n-nefqa li ssir mill-konsumatur.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm trabi li mietu jew twieldu mejtin matul is-sena 2011? Jista' jgħid jekk din iċ-ċifra hijiex normali meta mqabbla mas-snin ta' qabel, jew le?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena ġew irreġistrati li kien hemm 10 trabi li twieldu mejtin u 6 trabi li mietu fl-ewwel xahar wara t-twelid. Ix-xejra fit-total ta’ trabi indikat hawn taħt ma juri l-ebda żieda jew tnaqqis fuq dan il-perjodu t’erba’ snin.
It-tabella t’hawn taħt turi d-dettalji għal din is-sena u għal snin ta’qabel.
Jannar-Mejju 2008
Jannar-Mejju 2009
Jannar-Mejju 2010
Jannar-Mejju 2011
Trabi mwieldin mejta
(
Stillbirths)
8
6
7
10
Trabi li-mietu fl-ewwel 7 ijiem ħajja
(Early neonatal deaths)
7
9
7
4
Trabi li mietu bejn 8 u 28 ġurnata ħajja
(Late neonatal deaths)
1
2
2
2
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq il-pilloli Omeprozole (losec Mups) u ghaliex dawn il-pilloli kienu out of stock?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-preżent hemm 10 pazjenti fuq il-pilloli Omeprazole (Losec Mups) 10mg, filwaqt li hemm 17-il pazjent fuq il-pilloli Omeprazole (Losec Mups) 20mg.
Dawn huma pilloli li jinxtraw wara li ssir rikjesta mid-Direttorat tal-Pharmaceutical Policy and Monitoring (DPPM) għal kull persuna individwali.
Meta d-DPPM jinforma lid-Dipartiment ċentrali tal-Procurement and Supplies, jibdew il-proċeduri għax-xiri. Iż-żmien bejn l-approvazzjoni u l-proċess sabiex jinxtara dan il-prodott u l-ġurnata meta titwassal il-kunsinna, jkun ħafna drabi r-raġuni għaliex dan il-prodott seta’ waqgħa
out of stock
.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn pilloli out of stock matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 kien hemm mija u għoxrin (120) tip ta’ pillola out of stock li f’xi perjodu kienu out of stock fil-listi ta’ l-Isptar Mater Dei, l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, u d-Dipartiment tal-Kura Primarja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex isir xi studju biex jara kif ġew effetwati lokalment klieb u annimali oħrajn li għaddew mis-sistema l-ġdida ta' micro chipping?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat mit-tekniċi li dwar il-microchip li qegħda tintuza saru diversi studji barra minn Malta u nstab li ma tagħmel l-ebda ħsara partikolarment meta jkun segwit protocol definit. Huwa għalhekk li l-liġi li addottajna tikkontempla li dawn il-microchips ikunu implantati minn veterinaji.
Ghaldaqstant ma jeżistix il-bżonn li jsir xi studju iehor aktar meta anki mill-esperjenza diretta tagħna tul kemm ilna nużaw il-
microchip
fuq annimali oħra qatt ma kien hemm rapporti ta’ ħsara jew mard ieħor fl-annimali konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux studju f'idejh li jgħidlu kif il-klieb u l-annimali li jiġu chipped jiġu affettwati kemm pożittiv u kemm negattiv? Jista' jgħid jekk minn studji oħrajn sabux jekk dan il-micro chipping jaffettwax negattivament lill-klieb li jkunu ġew iċċippjati u li anke kanċer jista' jitrabba fil-post fejn ikun sar dan iċ-chipping?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat mit-tekniċi li mid-diversi studji li saru barra minn Malta minn esperti f’dan il-qasam ma teżisti l-ebda korrelazzjoni statistikament valida bejn microchipping u kundizzjonijiet patoloġiċi inkluż il-kanċer. Numru minn dawn ir-rapporti xentifiċi huma ppubblikati ukoll fuq l-internet. Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li r-Regolamneti tal-Unjoni Ewropea 998/2003 u l-emenda tiegħu 438/2010, jobbligaw li l-identifikazzjoni tal-klieb issir permezz ta’ microchips li huma konformi ma’ ISO Standard 11784 u li jutilizzaw teknoloġija HDX jew FDX-B u li jistgħu jinqraw minn letturi elettroniċi li jikkonformaw ma’ ISO Standard 11785. Ninfurmah ukoll li l-microchips użati f’Malta huma konformi ma’ dan.
Jista' l-Ministru jgħid bis-sistema tal-micro chipping liema annimali se jibda jsirilhom dan l-eżerċizzju u jekk din is-sistema hijiex se tintuża fuq annimali u pets domestiċi biss jew inkella hijiex se tintuża fuq annimali li huma għall-produzzjoni tal-laħam?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat mit-tekniċi li s-sistema ta’ microchip se tiġi applikata u nfurzata b’mod mandatorju għall-klieb skont kif inhu mitlub mill-avviż legali 199 tal-2011 (Reġolamenti tal-2011 dwar l-Identifikazzjoni Elettronika tal-Klieb). Teżiżti policy ta’ microchipping fuq qtates u fuq żwiemel li jkunu ħa jiġu msiefra biex ikun jista’ jinħarġilhom pet passaport.
Riġward l-annimali li jintużaw għall-produzzjoni ta’ laħam jew prodotti oħra derivati mill-annimali, id-Dipartiment tar-Regolament tal-Agrikoltura u Sajd diġa’ għandu sistemi oħra ta’ identifikazzjoni ta’ dawn l-annimali skont kif mitlub mir-regolamenti eżistenti li jaqgħu taħt l-Att tas-Servizz Veterinarju. Dawn s-sistemi huma bbażati fuq ċomba ta’ identifikazzjoni fuq il-widnejn fil-każ tal-bovini u ruminati oħra (nagħaġ u mogħoż), u numru ta’
tattoo
fil-każ tal-majjal. Fil-majjaliet għadha kif ġiet introdotta sistema ta’
microchipping
.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm daħlu klieb fiċ-Ċentru San Franġisk minn meta fetaħ sal-lum? Kemm minnhom traqqdu u kemm minnhom ingħataw il-kura? Jista' jgħid kemm intnefqu flus fuq kull kelb li ma traqqadx?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba għall-klieb li ddaħħlu fiċ-Ċentru San Franġisk mis-servizzi tal-Animal Ambulance operat mill-Animal Welfare Department tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li l-car parks pubbliċi jagħtihom lill-privat? Liema huma dawn il-car parks u meta se jibda l-proċess biex isir dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li ninnota illi l-car parks pubbliċi huma diġà f'idejn il-privat, imma l-gvern ma jdaħħalx sold minnhom minkejja li l-privati li jamministrawhom jeżiġu ħlas minn min jużahom u ma jagħti ebda riċevuta, ninsab infurmat li Transport Malta u l-Ministeru għall-Infrastruttura u Kommunikazzjoni (MITC) bdew diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-car park attendants sabiex jiġi riformat dan is-settur. Dawn id-diskussjonijiet għadhom fi stat bikri.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jingħata servizz mediku u ta' first aid qrib xi bajja matul is-sajf? Jekk iva, liema bajjiet huma dawn u x'servizz se jingħata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Università u dipartimenti oħra — Skrivana part-time
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk u kemm kellhom bżonn skrivani part-time għas-sajf biss mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Università jew xi dipartiment ieħor? Tista' tgħid xi kwalifikazzjonijiet kellhom il-persuni li applikaw għal dawn il-postijiet u xi kwalifiki ntalbu sabiex ikunu jistgħu jidħlu impjegati f'dawn il-jobs? Tista' tgħid x'paga ingħatat għal dawn il-jobs u kemm irid jaħdem sigħat fil-ġimgħa kull skrivan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni li għandhom skola tat-taħriġ biex jgħallmu studenti jsuqu jistgħux jitilgħu ġewwa il-gżira t'Għawdex jgħallmu il-karozzi/trakkijiet/vannijiet u vetturi oħra u sussegwentement ikunu jistgħu jtellgħu l-istess studenti tagħhom għat-test tas-sewqan ġewwa Għawdex stess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda restrizzjonijiet fuq fejn isir it-tagħlim tas-sewqan. Rigward it-testijiet, f’Għawdex twaqqaf post għat-testijiet tas-sewqan sabiex b’hekk jiġi evitat li residenti t’Għawdex ikollhom jinżlu Malta sabiex jagħmlu t-test tagħhom. Din il-faċilità qatt ma kienet intenzjonata biex tintuża mill-Maltin għaliex dawn diġà moqdijin hawn Malta stess. Madanakollu, m’hemm xejn li jwaqqaf lill-Maltin milli jitilgħu jagħmlu t-test tas-sewqan f’Għawdex, però l-Għawdxin jingħataw prijorità meta jiġu bbukjati t-testijiet tagħhom peress li l-istess testijiet f’Għawdex isiru fi ġranet limitati kull ġimgħa, għall-kuntrarju ta’ dawk li jsiru f’Malta li huma skedati kull jum.