Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — infiq f'ċelebrazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus sena b'sena, fis-snin li għaddew 2011, 2010, 2009 u 2008 f'ċelebrazzjonijiet, parties, ikliet, ikliet ta' ospitalità u festini oħrajn mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja? Min kien responsabbli għal dawn l-attivitajiet u kemm ġiet tiswa kull attività?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — infiq f'ċelebrazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sena b'sena, fis-snin li għaddew 2011, 2010, 2009 u 2008 f'ċelebrazzjonijiet, parties, ikliet, ikliet ta' ospitalità u festini oħrajn mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern? Min kien responsabbli għal dawn l-attivitajiet u kemm ġiet tiswa kull attività?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-flus li ntnefqu sena b'sena mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern f'ospitalità kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant huma s-segwenti:- Informat ukoll illi ċ-ċifri tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għadhom qed jinġabbru.
Leg 11 PQ #27961 Sitting 405 2011-11-08 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vacancy ta' post b'kuntratt definit

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern jistax joħroġ vacancy b'kuntratt definit li qatt ma jsir indefinit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma ‘l Onor Interpellant li, skont avviż legali 51/2007 tal-15 ta’ Ġunju, 2007 intitolat Kuntratti ta' Servizz għal Terminu ta' Żmien Fiss, kuntratt t'impjieg jista' jibqa' fuq terminu fiss jekk ikunu jeżistu raġunijiet oġġettivi għalfejn ma għandux jinqaleb għal kuntratt indefinit, anke wara l-limitu ta' erba' snin, skont kif provdut fis-subartiklu 3 (b) (4) ta' avvi¿ legali 239/2008 li jemenda avviż legali 51/2007.
Leg 11 PQ #17298 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — Triq Lunzjata - wiċċ ġdid bit-tarmac

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta sejra tiġi rranġata, jiġifieri tingħata wiċċ ġdid u l-bankini jiġu rranġati ukoll, Triq il-Lunzjata fil-Mosta fejn jarma l-monti, li hija ddikjarata li għandha iktar minn 80% tkissir u li partijiet mill-bankini tagħha huma ukoll fi stat ta' periklu għat-tfal, nies bi bżonnijiet speċjali u anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Triq il-Lunzjata fil-Mosta hija triq li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali tal-Mosta. Jien infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Mosta qed jippjana li jagħmel xogħol fuq din it-triq meta jkun jista’ jalloka finanzi għaliha.
Leg 11 PQ #24090 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

informazzjoni dwar barrieri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mill-barrieri li hawn ma' Malta u Għawdex suppost għaddew lura għand il-gvern? Meta suppost għaddew lura għaliex għalqilhom il-kuntratt? Kemm ilu li għalqilhom u x'sar minn meta għalqilhom il-kuntratt tal-ownership mill-privat sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-Barrieri bid-dettalji mitluba minnu. Infakkar lill-Onorevoli Membru li bħal ma għidt fir-risposti għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 24088 u 24089, din il-lista ma tinkludiex barrieri li jinsabu fuq art li qabel kienet tal-Knisja u li issa saret tal-gvern skont il-Ftehim tal-1991 bejn il-gvern u s-Santa Sede. Dan peress li l-kurja kienet tikklassifika l-art fejn hemm il-barrieri bħala qbiela u għaldaqstant, preżentament, id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern m’għandux il-mezzi meħtieġa biex jagħmel din id-distinzjoni.

rotot ġodda tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx spazju biex jinbidlu jew jidħlu rotot ġodda tal-linja wara li bdiet is-sistema ġdida u din uriet li għandha ċerti nuqqasijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratt bejn Transport Malta u Arriva Malta Ltd jipprovdi għal tibdiliet u modifikazzjonijiet fis-servizz il-ġdid fejn jidħlu rotot. Fil-fatt, il-Ministeru flimkien ma' Transport Malta u Arriva Malta Ltd diġà ħabbru xi numru ta' tibdiliet fir-rotot f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2011.

tibdil fir-rotta tal-karozza tal-Mosta

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-parir lill-awtoritajiet konċernati biex il-karozza tal-Mosta Nru 42 minflok tasal sa Tarġa Gap biss tgħaddi minn Santa Margherita ukoll?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-suġġeriment tiegħu qiegħed jiġi kkunsidrat fl-ambitu tat-tibdil fir-rotot li qed isiru bħalissa.

Santa Margherita — splużjonijiet fil-barrieri

Question

Jista' l-Ministru jara li l-isplussivi li qed jintużaw mill-barrieri qrib iż-żona fil-Mosta ta' St Margherita jkunu konformi u skont ir-regoli tal-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta u l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, liema splussivi sa nhar it-tlieta 26 ta' Lulju għall-ħabta tas-13.00 reġgħu għamlu splużjonijiet ta' daqs enormi li heżżu l-inħawi kollha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fl-operational permit l-operatur huwa dejjem mitlub li jappunta kumpanija indipendenti biex tagħmel il-monitoraġġ neċessarju fuq l-esplussivi ħalli jkun żgurat li ma jinqabisx il-limitu speċifikat.

Mosta — Triq il-Kostituzzjoni - lights fiż-zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru lights fiż-zebra crossing eżistenti li hemm fit-triq prinċipali ta' Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta, il-biċċa ta' fuq ħdejn iż-żona tal-ħwienet inti u ħiereġ mill-Mosta għar-Rabat jew għal San Pawl il-Baħar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-pelican lights li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari se jiġu stallati fil-ġimgħat li ġejjin.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — infiq f'ċelebrazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sena b'sena, fis-snin li għaddew 2011, 2010, 2009 u 2008 f'ċelebrazzjonijiet, parties, ikliet, ikliet ta' ospitalità u festini oħrajn mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali? Min kien responsabbli għal dawn l-attivitajiet u kemm ġiet tiswa kull attività?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Homes għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn homes li lesti li joffru akkomodazzjoni għall-anzjani u allura x'kapaċità għandna bħala pajjiż f'dan is-settur?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li minn stħarriġ li sar dan l-aħħar jirriżulta li l-okkupazzjoni fid-Djar Tal-Anzjani (dawk Governattivi, Privati, u tal Knisja) hija kif jidher fit- tabella: DJAR NUMRU LICENZJATI NUMRU TA’ RESIDENTI RATA TA’ OKKUPANZA Tal-Knisja 728 690 95% Privati 1120 1061 95% Tal-Gvern 1000 975 98% San Vinċenz de Paule 1129 1122 99.5%

Homes tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jiġu magħżulin il-homes li l-gvern jagħżel ħalli jibgħat bi flusu anzjani jgħixu ġewwa fihom? Jista' jgħid liema huma dawn il-homes li l-gvern bħalissa qiegħed jibgħat anzjani ġewwa fihom? Liema homes jixtiequ li l-gvern jibgħat anzjani ġewwa fihom u mhux qed jibgħat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità joħroġ sejħa ta’ nteress għall-djar privati li jkunu nteressati li jidħlu fi ftehim ta’ Private Public Partnership (PPP). Dawn id-Djar irid ikollhom faċilità li jipprovdu livell ta’ nursing speċjalizzat għal residenti b’dipendenza għolja. Id-Djar Privati li bħalissa l-Gvern qed jibgħat l-anzjani fihom huma: § Casa Serena § Central Home § Casa Arkati § Villa Messina § Roseville Home Djar privati li urew ix-xewqa li jintbgħatu anzjani fihom mill-Gvern huma Sa Maison u Medina Home.

Dipartiment tas-Saħħa — homes - anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallas id-Dipartiment tas-Saħħa għal kull anzjan li għandu ġewwa kull home tal-privat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li r-rati li d-Dipartiment tas-Saħħa jħallas għal residenti li qegħdin fi djar tal-anzjani tal-privat taħt l-iskema tal-Private Public Partnership ivarjaw minn dar għall-oħra skont it-termini tal-kuntratt u d-dipendenza ta’ kull resident. Dettalji dwar ir-rati ta’ ħlas jistgħu jippreġudikaw kuntratti oħra li jistgħu isiru fil-futur. Madankollu l-Onor. Interpellant jista’ jara din l-informazzjoni b’mod kunfidenzjali.

Dipartiment tas-Saħħa — kundizzjonijiet tal-homes privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal kemm huwa marbut bħala Dipartiment tas-Saħħa sabiex jieħu l-anzjani fil-homes privati li huma qed imorru fihom illum u jekk hemmx xi kundizzjoni li dan il-kuntratt jista' jieqaf jekk dawn il-kundizzjonijiet jinkisru?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità huwa marbut ma’ djar privati għall-anzjani b’kuntratti permezz ta’ klawsola li tgħid li l-kuntratt jiġi mġedded kull sena. Madankollu dan il-kuntratt jista’ jiġi xolt kemm il-darba id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ma jkunx sodisfatt bis-servizz mgħoti.

Dipartiment tas-Saħħa — home għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani f'Lulju 2011 li kienu qed jistennew biex jidħlu ġo xi home jew residenza għall-anzjani provduta mid-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fl-aħħar ta’ Lulju 2011, in-numru ta’ anzjani li kienu qegħdin jistennew biex jidħlu f’Dar tal-Anzjani tal-Gvern kien 1,107, filwaqt li kien hemm 822 anzjani li qegħdin jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paule.

Anzjani — home

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix proċedura li anzjani li jkunu qed iħallsu minn buthom biex ikunu ġo home u dawn jispiċċawlhom il-flus, xi jridu jagħmlu ħalli jkunu jistgħu jidħu ġewwa home pubblika?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li dawk l-anzjani li jkunu residenti f’dar tal-anzjani tal-privat u jixtiequ jidħlu f’dar tal-anzjani tal-Gvern iridu jimlew applikazzjoni. Wara li tiġi assessjata mis-social worker, din l-applikazzjoni tidher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni u skont id-deċiżjoni tal-Bord u l-preferenza tal-anzjan/a titqiegħed fil-waiting list għad-dħul f’waħda mid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern.

l-inċidenza tat-tfal li jitwieldu mejtin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inċidenza tat-tfal li jitwieldu mejtin hijiex kawża ta' xi ħaġa partikolari, jew jekk din l-inċidenza ġietx ikkawżata minn sitwazzjonijiet u ċirkostanzi differenti?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li saru 26 awtopsja minn fost it-trabi tat-twelid kollha li mietu minn Jannar 2010 sallum. Minn dawn l-awtopsji, irriżulta li 17 (65%) tal-imwiet kienu kkawżati minn intrauterine anoxia li jfisser nuqqas ta’ ossiġnu lejn il-fetu, li hija ikkważata l-aktar minn problemi fis-sekonda. Din hija l-aktar kawża komuni ta’ mwiet fit-trabi. Id-9 (35%) każi l-oħra ta’ mwiet kienu riżultat ta’ anomaliji konġenitali.

trakkijiet u vetturi industrijali pparkjati f'żoni residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk trakkijiet u vetturi industrijali jistgħux jiġu pparkjati f'żoni residenzjali? Jekk iva, għal kemm il-ħin? Jistgħu dawn jiġu pparkjati f'dawn iż-żoni u jitħallew hemm għal perjodu ta' ġranet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3804.

Mosta — Triq il-Wied - parking

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parking ta' Triq il-Wied, il-Mosta jiġi organizzat ħalli vetturi industrijali u trakkijiet kbar ma jkunux jistgħu jipparkjaw f'żoni residenzjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-waqt li nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamnetari Nru. 27757, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jgħaddi din it-talba lill-kunsill lokali konċernat sabiex jittieħdu l-passi neċessarji u jiġu nfurzati r-regolamenti applikabbli.