Legislature:
Category:
Reset
Active:

Applikazzjoni għal ċittadinanza

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid meta se tiġi konkluża u pproċessata l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta din il-persuna ilha miżżewġa Malta mill-1 ta' Ottubru 1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għada qiegħda tiġi pproċessata.

Irranġar ta' triq li twassal għar-residenza San Vincenz de Paule

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir arranġament biex it-triq li tagħti minn ħdejn iċ-Ċimiterju tat-Torok għal ħdejn it-triq li tagħti għar-residenza San Vincenz de Paule tiġi rranġata biex il-vetturi li ħallsu l-liċenzji sabiex jgħaddu minn din it-triq ma jibqgħux jagħmlu ħsara kemm fiżikament kif ukoll finanzjarjament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — Applikazzjoni

Question

Jista l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li kull meta jsib job l-employerqed iżommu minħabba li l-proċess min-naħa tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għall-permess tax-xogħol qed idum xahrejn u anke tlett xhur jew aktar biex joħroġ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7269 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każ fuq kumpens

Question

No question text.

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti il-kunsens tagħha bil-miktub.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Persuni boarded out

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-pożizzjoni legali fl-2007 meta persuna li tkun taħdem fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin u tgħaddi boarded out, tistax terġa' tiġi reinstated fix-xogħol tagħha? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-leġislazzjoni li tapplika fil-każ in eżami?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-2007 il-proċess biex Uffiċjali Pubbliċi li jkunu ġew boarded out kienu jistgħu jiġu reinstated kien japplika skont il-provvedimenti ta’ paragrafu 1.1.17 tal-Public Service Management Code. Fl-2008 kienu saru emendi fil- Public Service Management Code, li biddlu l-proċess sabiex wieħed ikun jista' jiġi ri-integrat fis-servizz pubbliku, u dan skont proċeduri stabbiliti kif indikati f’paragrafu 1.4 ta’ l-istess Management Code . Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- Public Service Management Code jista’ jigi aċċessat minn fuq il- website tal- Management and Personnel Office , tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Dipartiment tas-Saħħa — Ġenituri li jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri li qegħdin jiġu segwiti f'dawk il-każijiet fejn kemm r-raġel u kemm il-mara jaħdmu fid-Dipartiment tas-Saħħa meta minħabba l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom u peress li għandhom tfal minuri, ikun possibbli li wieħed jew l-ieħor jingħata ħin biżżejjed biex ikun jista' jieħu ħsieb it-tfal u jaraw li ma jkunu qatt waħedhom id-dar? Jaħseb li biex tiġi salvagwardjata l-familja, għandu jkun hemm guidelines lid-diretturi ta' kull dipartiment fi ħdan id-dipartimenti kollha tas-saħħa biex ikunu flessibbli dwar din il-kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Bord ta' Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux kompost il-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija u dan skond kif indikat fl-AL 444 tal-2004 li huwa Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap 4520)? Min huma l-membri jekk dan il-bord huwa kompost?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija fil-preżent huwa kompost. Il-membri huma: Chaiperson Dr Noel Vella Membri Ms. Daisy Decelis Mr Joe Farrugia Mr Tonio Farrugia Mr Vince Farrugia Mr Ray Muscat Mr Geitu Mercieca Mr Michael Parnis Mr William Portelli Mr Gaetan Tanti Dr Pamela Dingli Ms Sue Vella

Assistance and Rescue Officer

Question

Jista' l-Ministru jara li l-kandidat eċċellenti tal-persuna li ismu qed jidher separatament, li dan l-aħħar applika għall-position of Assitance and Rescue Officer in the Civil Protection Department, li ilu volontier għal żmien twil, jiġi kkonsidrat bħala wieħed eleġibbli bħala kandidat għal dan il-post wara ċ-ċirkolari MPO 109/2008 datata 28 ta' Novembru 2008? Jara l-Ministru li din kif qegħda tiġi interpretata qiegħda taqta' qalb dawk kollha li jħobbu dan ix-xogħol u sal-lum għadhom mhumiex full time employees fid-dipartiment?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li s-sejħa li saret permezz taċ-Ċirkulari MPO 109/2008 biex jimtlew positijiet vakanti ta’ Assistance and Rescue Officer taqa’ taħt ir-regolamenti tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Il-kriterji ta’ eliġibilita’ huma stabbiliti skont dawn ir-regolamenti u skont il-Ftehim applikkabli għall-Klassi tal-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, li jitlob li dawn il-positijiet ikunu eliġibbli għalihom uffiċjali pubbliċi, ċioe` nies impjegati mal-Gvern. Infurmat ukoll illi l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membru ma tissodisfax dan il-kriterju u għalhekk mhijiex eliġibbli għal dan il-post.

każ ta' karozza

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji eżatti dwar il-vettura li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament, u jgħid fuq min qegħda din il-vettura u meta sar, jekk sar transfer fuqha?

Response (GATT, AUSTIN)

Għal raġunijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data inħoss li ma nistax nagħti l-informazzjoni mitluba.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jikonferma li t-Training Centre fl-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ mhux qegħdin jitħarrġu dawk il-persuni li qed jirregistraw bħalissa skond il-ħiliet basiċi tagħhom jew għal xi sengħa partikolari ? Jekk huwiex veru li l-flus ivvotati għal dan iċ-ċentru ta' taħriġ , spiċċaw u m'hemmx flus sabiex jistgħu jsiru korsijiet meħtieġa u jiġu mħarġa in-nies tas-snajja tant meħtieġa? X'qed jagħmlu dawk il-persuni li qed jaħdmu u li suppost qegħdin wkoll jattendu dan iċ-Ċentru ta' Taħriġ? Kemm intnefqu flus sabiex inbena s-sular ta' fuq u ġie refurbished l-istess sular t'isfel u issa ftit jew wisq ħa jintuża? Għaliex ma ntalbux fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-għan meta hawn, u se jkun hawn tant nies li sa jkollhom u għandhom bżonn taħriġ sabiex jistgħu jibdlu x-xogħol tagħhom wara li jkunu ġew qegħda jew sa jiġu qegħda, jew biex ikomplu jaġġornaw l-impieg tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fil-ġimghat li ġejjin il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħrig ser tniedi diversi inizzjattivi ta’ taħrig għal-persuni li qed jfittxu mpieg u oħrajn li jinsabu jaħdmu u jixtiequ jtejbu jew jiksbu ħiliet ġodda. Dawn l-inizzjattivi ser jinkludu taħrig f’ħiliet bażiċi, taħrig fis-snajja, oħrajn relatati ma xogħol f’offiċju, taħrig għal dawk li jixtiequ jaħdmu fis-settur tal-kura, ħiliet fl-informatika u fid-diversi oqsma oħra. Biex torganizza l-inizzjattivi msemmija kif wkoll oħrajn relatati l-Korporazzjoni ser tagħmel użu mil-fondi soċjali Ewropej għall 2007 - 2013 liema fondi jammontaw għal madwar 5 milljun ewro. Informat ukoll li dawn il-programmi ser jiġu organizzati fiċ-ċentru li l-Korporazzjoni għandha ġewwa Ħal-Far, liema ċentru ġie estiz bil-fond għall-iżvilupp reġjonali ewropew. Din l-estensjoni li issa tlestiet ġiet tiswa madwar €600,000.

Awtorità tad-djar — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli l-persuna ndikata separatament, li għandha l-applikazzjoni mal-Awtorità tad-Djar, b' puntegg ta' 166 punt żgur, għad sallum ma ġiex allokat lilha fond tant meħtieġ? Jara l-Ministru li dan huwa każ li għandu jingħata l-attenzjoni immedjata u meħtieġa?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Trade licence oriġinali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax ħanut jopera mingħajr trade licence oriġinali? Jista' ħanut li ma jkollux trade licenece oriġinali jopera jew saħansitra tinħareġ il-liċenzja to operate mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu? Skond challenge li ġie ppreżentat il-qorti datat 05/10/06, li d-dettalji qed jinbagħtu separatament, irriżulta mid-dokumenti li tpoġġew, li l-ħanut msemmi m'għandu l-ebda dokument/permessi oriġinali sabiex ikun jista' jopera kif espress mill-liġi sabiex wieħed ikun jista jopera. Jista' jgħid kif dan il-ħanut għadu jopera sal-lum mingħajr il-permessi oriġinali, u allura f'dan l-isfond x'passi jmiss li jittieħdu fuq dan l-każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — Bini ta' sub-station fil-Fawwara

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-promotur wara l-ħruġ ta' expropriation order fuq art magħrufa bħala ta' Żini, limiti tal-Fawwara, Siġġiewi biex tinbena sub-station mill-Korporazzjoni Enemalta biex taqdi l-ħteġijiet ta' kumpannija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid għaliex din is-sub-station ma nbnietx fuq l-art tal-persuna li huwa stess talab li tinbena fuq ħwejġu biex huwa wkoll ikollu dritt għas-servizz tal-elettriku 3 phase? Jaħseb il-Ministru li dan huwa każ ta' abbuż u li għandha ssir inkjesta biex wieħed jistabbilixxi l-fatti eżatt wara din l-esproprjazzjoni u aktar meta issa l-istess Korporazzjoni Enemalta fuq ordnijiet ta' xi ħadd qed jinsistu li tinbena proprju wara l-gate tal-persuna vittma ta' din l-esproprjazzjoni, qisu b'vendikazzjoni, kif murija fir-ritratti li qed jintbagħtu separatament, inkluż ritratt li juri arblu tad-dawl imressaq iżjed lejn letter box tal-fond milqut ta' dan l-allegat abbuż imsemmi? Jaħseb il-Ministru li għandu jwaqqaf il-proġett ta' din is-sub-station fil-Fawwara, Siġġiewi u tinbena fil-fond tal-persuna li hu stess qed jitlob li ssir fi ħwejġu?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Liċenzja tas-sewqan — dħul mill-applikazzjonjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul mill-applikazzjonijiet tal-liċenzja għas-sewqan per annum għal dawn l-aħħar 5 snin u kemm applikaw b'kollox għal kull sena rispettiva?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Awtorità tad-Djar — postijiet li jkunu suġġett ta' konvenju

Question

Jista' l-Ministru jara l-Awtorità tad-Djar tagħmel tajjeb hija bħala garanzija għal dawk il-postijiet li jkunu suġġetti ta' konvenju ta' trasferiment fejn jiġi skopert li b'nuqqas min-naħa tal-Awtorità, ma jkunx għadu ġie finalizzat il-kuntratt oriġinali u b'hekk il-prospective buyer ma jkunx jista' jiġi onorat b'loan minn banek lokali? Jara l-Gvern li din hija inġustizzja kontinwa li għandha tieqaf minnufih, billi l-istess Awtorità tagħmel garanzija mal-istess bank għal dan in-nuqqas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4668 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Żieda fil-pagi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk rigward ir-riformi fl-Armata, dawk li għandhom jingħataw awment fl-iskala tax-xogħol tagħhom skond ir-riforma li ħabbar hu stess, huwiex il-każ kif qed jingħad verbalment sal-lum, speċjalment fil-first regiment biss, li min ma setax jagħmel physical exercise, inkella minħabba raġunijiet ta' saħħa, min ma ħax sehem fil-parati, jew min kellu xi charges minuri, mhux se jibbenefika minn dawn l-iskali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Iż-żieda li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant tingħata jekk l-individwu jkun ħadem b’diliġenza u fedeltà matul is-sena taħt kunsiderazzjoni. Bħalma jsir kull sena, bħalissa għaddej proċess ta’ evalwazzjoni biex jiġi determinat min għandu jieħu din iż-żieda.
Leg 11 PQ #4499 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċjal Principal Anzjan — postijiet vakanti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm postijiet vakanti għal Uffiċjal Principal Anzjan ( Senior Principal) u kemm nies ġew maħtura għal din l-kariga minn dawk li għaddew mill-aħħar eżami li sar? Jekk għadu ma nħatar ħadd jistgħu jingħataw raġunijiet għala dan għadu ma sarx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3784/11/1 fuq l-istess suġġett. Għaldaqstant il-vakanzi f’dan il-grad jimtlew skond kif opportun kif ukoll skond analiżi bir-reqqa tal-kompetenzi personali ta’ l-uffiċjali li jmisshom jinħatru skond il-mertu miksub fil-proċess ta’ l-għażla fl-interess tal-aspirazzjonijiet tal-uffiċjali nfushom kif ukoll tas-Servizz Pubbliku.

Liċenzji — Vetturi kummerċjali u normali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw f'dawn l-aħħar sentejn għal-liċenzja tas-sewqan, kemm minnhom applikaw għal-liċenżja ta' vetturi kummerċjali u kemm għal-liċenzja ta' vetturi normali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għas-sena 2007 u sat-28 t'Ottubru 2008 kien hemm 11,905 applikazzjoni għal liċenzja ta' sewqan ta' vettura "normali" u 881 applikazzjoni għal liċenzja ta' sewqan ta' vettura kummerċjali.

Income Tax — Każ ta' persuna

Question

Jista' l-Minsitru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament u li għandhom pensjoni minima, qegħdin jiġu intaxxati mill-Income Tax?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-persuna indikata jirċievi pensjoni tas-servizzi soċjali kif ukoll pensjoni minn barra. Peress li l-konjugi tiegħu tirċievi ukoll pensjoni minn barra it-taxxa tagħhom tiġi ikkalkulata separatament. Għalhekk fil-każ tiegħu huwa taxxabli minħabba li għandu dħul minn żewġ pensjonijiet.

Ħruġ ta' visa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid fejn waslet il-proċedura dwar il-ħruġ ta' visa tal-persuna li isimha qed jidher separatament u li hija ta' nazzjonalità Niġerjana?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sistema Visa Management System, ma jirriżultax li hemm xi applikazzjoni mingħand il-persuna ta' nazzjonalita' Niġerjana u li isiimha intbagħat separatament.