Legislature:
Category:
Reset
Active:

Administration fees

Question

Jistà l-Ministru jgħid meta it-€2 u €30 administration fees illi l-Awtorità dwar it-Trasport imponiet minħabba late payments, ser jigu rifonduti lura u b’liema mod ser jingħataw lura? Jista’ jindika liema legal notice tkopri dawn l-administration fees?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Late payment fees — Persuni kkonċernati

Question

Ser jittieħdu passi dixxiplinarji kontra l-persuni li introducew il-late payment fees ta' €2 u €30 hekk kif kienu ittieħdu passi dixxiplinarji kontra persuna li kien daħħal ħlas amministrattiv meta mhux kopert minn legal notice?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Karozzi bi pjanċi ta' barra

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex rendikont tal-karozzi illi jidħlu Malta bil- pjanċi ta' barra għal btala tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Vetturi rreġistrati l-ewwel darba

Question

Jista' l-Ministru jispjega għal liema raġuni l-Awtorità dwar it-Trasport qed timponi l-massimu ta' CO2 u PM fuq vetturi li qed jiġu rreġistrati għal l-ewwel darba hawn Malta fiċ-ċirkustanzi meta dawn il-vetturi ma jkollhomx mniżżel fuq il-logbook ta' barra dawn iċ-ċifri? Jista' jispjega għalfejn u min ħa din id-deċiżjoni li jimponi l-massimu ta' CO2 u PM meta l-VRT stations u l-enforcement officers ta' l-Awtorità dwar it-Trasport huma attrezzati sabiex jikkalkulaw kemm CO2 u kemm PM? Huwa infurmat l- Ministru li din is- sistema qed taffetwa wkoll nies illi qed jippruvaw jagħmlu transfer ta' karozza li għandha tax exemption u li ħafna minnhom huma nies b’diżabilità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Exemption mir-registration tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm rċieva applikazzjonijiet għal exemption mir-registration tax ta' karozzi ta' persuni li ġejjin jgħixu b’mod permanenti hawn Malta, kemm minn dawn ġew approvati u meta bdew joħorġu it-tweġibiet għal dawn l-applikazzjonijiet? Huwa minnu li dawn iridu jħallsu €50 sabiex jiktbu għal appell jekk dawn jiġu rifjutati minn din l-applikazzjoni ? Dawn il-persuni kemm damu biex jinghataw tweġiba u sadanittant dawn ingħataw l-faċilità li jużaw il-karozza tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorita' dwar it-Trasport — Reserved parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il reserved parking għandha l-Awtorità dwar it-Trasport u għal min huma riservati? (awtoritajiet mhuwiex suppost li jkollhom reserved parkings)

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Impjegati ġodda

Question

Jistà l-Ministru jgħid daħlux impjegati ġodda fl-Awtorità dwar it-Trasport din is sena? X’kariga għandhom, meta u jekk ħarġux l- call for application mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ , kemm applikaw nies għal dawn il-karigi u x’benefiċċji u salarji għandhom rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din is-sena (2009) daħlu zewg(2) impjegati ġodda ma’ L-Awtorità dwar it-Trasport fil-Grad ta’ “Assistant Technical Officer/ Draughtsperson”. Huma qegħdin jirċievu paga ta € 11,658.5 fis-sena mingħajr ebda beneffiċji oħra. Saru sejħiet mill-Korporazzjoni għax-Xogħol biex ġew ingaġati dawn l-impjegati. B’kollox kien hemm ħmistax (15) il-applikant

Karta tal-Identità — renewal

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mass renewal tal-karta tal-identità ser jibda lejn nofs is-sena d-dieħla, dan ser jiġi ċentralizzat jew iċ-ċittadin ikun jista' jinqeda billi jibdel il-karta tal-identità fil-lokalità tiegħu? Il-karta tal-identità sa mill-1980 'l hawn kienet toħroġ mill-Uffiċċju Elettorali, jista' jgħid hux ser tibda toħroġ mill-Uffiċċju tal-Passaporti? Jekk iva, x'ser ikun il-ġejjieni tal-impjegati tal-uffiċċju elettorali li għal diversi snin ilhom jaħdmu fis-section tal-karta tal-identità? Kien imtela l-post ta' Project Manager biex imexxi dak kollu involut fil-proċess tal-karta tal-identità ġdida? Jekk iva, min ħadu dan l-appointment? Il-karta tal-identità ġdida ser tkun bi ħlas għaċ-ċittadin? Jekk iva, x'kondizzjonijiet ta' ħlas ser jintroduċi l-Gvern f'każ ta' karta tal-identità ġdida għal-ewwel darba, karta tal-identità mitlufa, f'każ ta' bdil ta' residenza jew korrezzjoni f'każ ta' żwieġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sistema għall-ħruġ tal-karti tal-identità għadha qiegħda tiġi żviluppata, għalhekk ikun prematur illi wieħed jagħti risposta definittiva fuq il-lokalità ta’ minn fejn dawn se jinħarġu. Madankollu nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li ser jitħejja pjan olistiku ta’ kif dawn jinħarġu ġaladarba s-sistema tkun żviluppata bil-prijorità tkun li dan isir b’mod sigur u bl-anqas inkonvenjent liċ-ċittadin. Il-karta tal-identità l-ġdida se tibda toħroġ taħt l-Uffiċċju tan-‘National Identity Management’ (NIDM) li jinkludi fih l-Uffiċċju tal-Passaporti. Hu maħsub li l-impjegati li ilhom jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Karti tal-Identità jibqgħu jagħmlu dan minn dan l-Uffiċċju. M’hemmx project manager per se billi l-iżvilupp għall-karta tal-identità l-ġdida qed jiġi kkordinat permezz ta’ tim ta’ nies magħmul minn rappreżentanti tas-sieħeb ( partner ) strateġiku tagħna De La Rue, tal-esperti tekniċi tal-MITA, tad-Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u tal-Artijiet li taħtha jaqa’ l-Uffiċċju tan-NIDM u tal-Ministeru tiegħi. Mhux maħsub li s-sostituzzjoni tal-karta tal-identità l-qadima ma’ dik ġdida jsir bi ħlas.

Sistema ġdida tar-reġistrazzjoni tal-karozzi

Question

Għaddew erba' xhur mill-introduzzjoni tas-sistema l-ġdida tar-reġistrazzjoni tal-karozzi li tidher fuq il- website ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għalfejn l-muturi, vetturi kummerċjali u bosta karozzi privati ma tistax tiġi ikkalkulata r-reġistrazzjoni jew ma jiġux ikkalkulati kif suppost?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Vapuri li jġorru fuel u sustanzi oħra

Question

Jistà l-Ministru juri evidenza illi l-vapuri illi jġorru l- fuel u sustanzi oħra ta’ natura perikoluża humiex kollha koperti mill–ADR (kodici tal- Health & Safety )?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Irranġar ta' triq li twassal għar-residenza San Vincenz de Paule

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir arranġament biex it-triq li tagħti minn ħdejn iċ-Ċimiterju tat-Torok għal ħdejn it-triq li tagħti għar-Residenza San Vincenz de Paule tiġi rranġata biex il-vetturi li ħallsu l-liċenzji sabiex jgħaddu minn din it-triq ma jibqgħux jagħmlu ħsara kemm fiżikament kif ukoll finanzjarjament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant isir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lill-ADT u skond il-prijorita' ffissata.

School Transport with Special Needs — Tender

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu jżomm milli joħroġ il-kuntratt wara li nħareġ it-tender, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li kien provision of School Transport with Special Needs at San Miguel Special School meta t-tenders għal dan il-kumitat ingħalqet fit-8 ta' Jannar, 2009? Tara l-Ministru li erba' xhur wara u għadu m'hemmx eżitu huwa żmien twil wisq?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Bord tal-Evalwazzjoni tad-Direttorat bagħat ir-rapport tal-Adjudication lid-Dipartiment tal-Kuntratti xi ġimgħat ilu. Hekk kif tasal komunikazzjoni minn dan id-Dipartiment il-proċess ikun iffinalizzat.
Leg 11 PQ #8332 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Protezzjoni Ċivili — protective clothing second hand

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux vera li l-membri tal-Protezzjoni Ċivili qed jingħataw protective clothing second hand bħal helmets, boots, u lbies protettiv? Jaħseb li dan m'għandux isir?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kull meta tinstab okkażjoni fejn ilbies protettiv li jkun surplus jew ftit użat f’pajjiżi barranin u li, skont esperti kemm barranin kif ukoll lokali, ikun għadu fi stat tajjeb li jintuza, dan jinxtara bi prezz ridott. Huwa magħruf li din il-proċedura ssir minn diversi entitajiet oħra barranin u s’issa qatt ma taw riżultati negattivi.
Leg 11 PQ #8099 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Gudikanti li siefru fuq xogħol uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-ġudikanti li siefru fuq xogħol uffiċjali tul dawn l-aħħat tliet snin u fuq liema raġuni kull wieħed u waħda minnhom siefru fuq dan ix-xogħol uffiċjali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #7841 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Manutenzjoni ta' post

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni urġenti fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament , meta dawn diġà ġew apporvati, il-kuntrattur huwa magħżul u sal-lum ix-xogħlijiet għadhom ma bdewx?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li x-xogħlijiet fil-fond imsemmi huma pprogrammati li jinbdew ix-xahar id-dieħel.

Korporazzjoni Enemalta — Bini ta' sub-station fil-Fawwara

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-promotur wara l-ħruġ ta' expropriation order fuq art magħrufa bħala ta' Żini, limiti tal-Fawwara, Siġġiewi biex tinbena sub-station mill-Korporazzjoni Enemalta biex taqdi l-ħteġijiet ta' kumpannija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid għaliex din is-sub-station ma nbnietx fuq l-art tal-persuna li huwa stess talab li tinbena fuq ħwejġu biex huwa wkoll ikollu dritt għas-servizz tal-elettriku 3 phase? Jaħseb il-Ministru li dan huwa każ ta' abbuż u li għandha ssir inkjesta biex wieħed jistabbilixxi l-fatti eżatt wara din l-esproprjazzjoni u aktar meta issa l-istess Korporazzjoni Enemalta fuq ordnijiet ta' xi ħadd qed jinsistu li tinbena proprju wara l-gate tal-persuna vittma ta' din l-esproprjazzjoni, qisu b'vendikazzjoni, kif murija fir-ritratti li qed jintbagħtu separatament, inkluż ritratt li juri arblu tad-dawl imressaq iżjed lejn letter box tal-fond milqut ta' dan l-allegat abbuż imsemmi? Jaħseb il-Ministru li għandu jwaqqaf il-proġett ta' din is-sub-station fil-Fawwara, Siġġiewi u tinbena fil-fond tal-persuna li hu stess qed jitlob li ssir fi ħwejġu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Artijiet kellu talba mingħand l-Enemalta Corporation biex din tingħata biċċa art li kienet indikata fuq pjanta, f’area magħrufa bħala “ta’ Żiri” jew “ta’ San Dawdar” fi Triq tal-Fawwara, Siġġiewi biex fuqha tinbena substation. Billi l-art kienet proprjetà tal-Gvern, amministrata mill-Uffiċċju Konġunt, ma kienx hemm ħtieġa ta’ esproprju kif isir is-soltu. Saret it-terminazzjoni ta’ dik il-parti tal-kirja agrikola fejn kienet mitluba s-substation. Ma jirriżultax li d-Dipartiment tal-Artijiet kellu xi talba oħra għal bini ta’ din is- substation x’imkien ieħor. Dwar it-tielet u l-aħħar paragrafu ta’ din id-domanda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #7773 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Xiri ta' post tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-proċedura tax-xiri tal-fond tal-Gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Jaħseb li wara li madwar ħames snin ilu diga' kienu marru l-Periti tal-Gvern biex jagħmlu l-verifiki tagħhom għadda żmien biżżejjed biex tiġi konkluża din il-proċedura?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-iskema msemmija ta’ xiri ta’ appartamenti hija sospiża u għalhekk mhix possibbli li jinxtara dan il-fond.
Leg 11 PQ #7826 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Inkjesta dwar mewt  ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta dwar il-mewt tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jikkonferma li fuq dan il-każ minbarra li saret inkjesta interna saret ukoll inkjesta Maġisterjali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.