Legislature:
Category:
Reset
Active:

Exemption mir-registration tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm rċieva applikazzjonijiet għal exemption mir-registration tax ta' karozzi ta' persuni li ġejjin jgħixu b’mod permanenti hawn Malta, kemm minn dawn ġew approvati u meta bdew joħorġu it-tweġibiet għal dawn l-applikazzjonijiet? Huwa minnu li dawn iridu jħallsu €50 sabiex jiktbu għal appell jekk dawn jiġu rifjutati minn din l-applikazzjoni ? Dawn il-persuni kemm damu biex jinghataw tweġiba u sadanittant dawn ingħataw l-faċilità li jużaw il-karozza tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, ħlief għall-aħħar parti. Dwar din l-aħħar parti tal-mistoqsija jien infurmat li meta applikazzjoni għall-exemption tkun għadha pendenti, allura jingħata permess biex il-karozza tkun tista' tintuża sakemm l-applikazzjoni tkun deċiża . Iżda jekk l-applikazzjoni tkun rifjutata ma jingħatax permess temporanju għall-użu tal-karozza allavolja jkun sar appell.
Leg 11 PQ #9747 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Barriera — permess għar-radam

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid u jispjega jekk sid il-barriera li dettalji tagħha qed jinbagħtu seperatament, għandux il-permessi li flok jitfa' r-radam fil-barriera jgħolli mad-dawra l-barriera bir-radam u jgħola 'l fuq mil-livell tat-triq? Jara l-Ministru li dan huwa abbuż sfaċċat fil-pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li taħt LN128/97, din il-barriera ma tistax titfa’ radam iżjed minn tlett metri mil-livell oriġinali tas-sit, kif stipulat fil-permess ambjentali illi tawtorizza l-operat ta' din il-barriera. L-aħħar informazzjoni li għandha l-Awtorità hi illi dan il-livell ma nqabiżx.

Awtorità dwar it-Trasport — Website

Question

Jistà l-Ministru jgħid meta l- website ta' l-Awtorità dwar it-Trasport ser tigi updated hekk kif din ilha under construction għal aktar minn 4 xhur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-web site ta' l-Awtorita dwar it-trasport www.maltatransport.com m'hiex under construction imma hija available. Minn żmien għal żmien ikun hemm partijiet minnha li jkunu qed jiġu aġġornati, kif qed isir bħalissa fuq partijiet minnha. Il-kontenut ikun kollu f'postu sa Settembru li ġej.
Leg 11 PQ #9747 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Interim From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Barriera — permess għar-radam

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid u jispjega jekk sid il-barriera li dettalji tagħha qed jinbagħtu seperatament, għandux il-permessi li flok jitfa' r-radam fil-barriera jgħolli mad-dawra l-barriera bir-radam u jgħola 'l fuq mil-livell tat-triq? Jara l-Ministru li dan huwa abbuż sfaċċat fil-pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Administration fees

Question

Jistà l-Ministru jgħid meta it-€2 u €30 administration fees illi l-Awtorità dwar it-Trasport imponiet minħabba late payments, ser jigu rifonduti lura u b’liema mod ser jingħataw lura? Jista’ jindika liema legal notice tkopri dawn l-administration fees?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-waqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari numru 8674, ninsab infurmat li 2 euro fee hija koperta bil-Att Nru.VI ta' l-2009, Att li jemenda l-Att dwar it-taxxa ta' Reġistrazzjoni, filwaqt li l-Avviżi Legali li jkopri it-30 euro fee ser jkun ippublikat dalwaqt.

Late payment fees — Persuni kkonċernati

Question

Ser jittieħdu passi dixxiplinarji kontra l-persuni li introducew il-late payment fees ta' €2 u €30 hekk kif kienu ittieħdu passi dixxiplinarji kontra persuna li kien daħħal ħlas amministrattiv meta mhux kopert minn legal notice?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma kienx hemm persuni li daħħlu late payment charge kif allegat u għalhekk l-ADT ma ħassetx li għandha tieħu passi dixxiplinarji fil-konfront ta' xi persuni f'dan il-każ.

Awtorità dwar it-Trasport — E-registration

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi stħarriġ jew xi tip ta' studju min-naħa ta' l-Awtorità dwar it-Trasport sabiex tara jekk kienx hemm xi tip ta’ titjib fil- ques illi jinġabru fid-direttorat tagħha tal-licenzji u t-testijiet? Jista' l-Ministru jindika ukoll meta ser tibda topera is-sistema ta’ e-registration ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-esperjenza tal-ADT hija li minn mindu saret riorganizzazzjoni proċedurali u fiżika fl-uffiċini li jilqgħu n-nies kien hemm titjib fis-servizz. L-arranġament qed jaħdem biex isir aktar titjib, parzjalment biex ilaħħaq mad-domanda li qed tikber. Dwar is-sistema ta' e-Registration din ilha tintuża mill-1 ta' Lulju 2008 mill-impurtaturi u d-dealers biss, iżda fix-xhur li ġejjin l-individwi ser ikunu jistgħu wkoll jirreġistraw l-vetturi tagħhom online.

Karozzi reġistrati barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jispjega għal liema raġuni karozza irreġistrata barra minn Malta iżda għandha inqas minn 6000 km u ilha inqas minn 6 xhur irregistrata barra minn Malta fl-għajnejn ta' l-Awtorità dwa it-Trasport tiġi kklassifikata bħala vettura ġdida? Jista' jispjega għalfejn f’dan il-każ l-Awtorità qed timponi 18% VAT fuq l- invoice value tal-vettura li jinkludi wkoll l-VAT mħallas barra minn Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-fatt, kontrarjament għal dak li qed jgħid l-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija tiegħu, karozza li tkun ġiet irreġistrata barra minn Malta ma tkunx ikklassifikata bħala ġdida meta din tinġieb Malta, ikun xi jkun il-kilometraġġ tagħha. Nikkonferma li l-VAT li l-ADT tiġbor f’isem id-dipartiment tal-VAT huwa ta’ 18% fuq l-Invoice Value u dan skont is-sitt direttiva tal-VAT maħruġa mill-Kummissjoni Ewropeja kif applikabbli għal-karozzi li għandhom inqas minn 6,000 kilometru u li jkunu ilhom inqas minn 6 xhur reġistrati.

Vapuri li jġorru fuel u sustanzi oħra

Question

Jistà l-Ministru juri evidenza illi l-vapuri illi jġorru l- fuel u sustanzi oħra ta’ natura perikoluża humiex kollha koperti mill–ADR (kodici tal- Health & Safety )?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kif tindika d-definizzjoni ta’ l-ADR, “The European Agreement concerning the International Carriage of Dangerous Goods by Road” dan il-kodiċi ma japplikax għall-vapuri.

Awtorità dwar it-Trasport — Karozzi bi pjanċi ta' barra

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex rendikont tal-karozzi illi jidħlu Malta bil- pjanċi ta' barra għal btala tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT ma żżommx rendikont tal-karozzi li jidħlu Malta bil-pjanċi ta' barra għal btala u dan minħabba l-moviment ħieles fl-Unjoni Ewropea.

Kumpens jekk il-vettura ġġarrab xi ħsara

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna tingħatax kumpens jekk din iġġarrab ħsara fil-vettura tagħha minħabba negliġenza f’xi triq arterjali li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Centrali ossia l-Awtorità dwar it-Trasport? Kemm irċeviet talbiet l-awtorità għal kumpens u jekk qatt ingħata xi tip ta' kumpens f’dan ir-rigward?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li b'mod ġenerali, l-Awtorita' tagħti kumpens meta tinstab ħatja minn xi awtorita' kompetenti li tagħmel dan il-ġudizzju bħalma hi l-Qorti u ċ-Ċentru Malti għall-Arbitraġġ. Sa issa, din is-sena l-Awtorita' irċceviet 82 talba għal kumpens ta' ħsarat. Mir-riċerka , li saret instab li sa llum l-awtorita' ħallset mat-12-il talba għall-kumpens. Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-każijiet ġew deċiżi miċ-Ċentru Malti għall-arbitraġġ, oħrajn mill-Qorti jew mit-Tribunal għal talbiet żgħar.

Parkeġġ riservat fil-bini tal-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) Min huma l-impjegati tal-Qorti li għandhom parkeġġ riservat fil-bini tal-Qorti? b) Min minn dawn għandhom eżenzjoni mill-ħlas tal-parkeġġ fil-Belt? Għaliex l-ebda mħallef jew maġistrat mhux residenti l-Belt ma hu eżentat mill-ħlas ta' parkeġġ fil-Belt u għaliex l-ebda wieħed mill-ġudikanti ma jista' jipparkja fil-bini tal-Qorti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-ewwel żewġ partijiet kif ukoll l-aħħar parti lill-Ministru konċernat. Dwar l-eżenzjonijiet, ninsab infurmat li skont ir-regolamenti, dawn ma jingħatawx fuq bażi ta' kariga, bl-eċċezzjoni tal-Prim Imħallef.

Awtorità dwar it-Trasport — refund fuq pagament dovut

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi r-refund li kien dovut wara pagament li sar f'Jannar 2004 għall-vetturi li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament lill-Awtorità dwar it-Trasport u li effettivament saret rikjesta għar-refund fit-18 ta' Frar, 2008 dovut lill-persuna li dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Ladarba dawn kienu dovuti b'effet b'lura, jaħseb il-Ministru li ċ-chairman tal-Awtorità dwar it-Trasport għandu jimplika change in policy retroattiv, meta dan mhux il-każ? U jekk hu l-każ, iħoss il-Ministru li dan l-ammont li llum f'munita Ewro jammontaw għal €2,766 għandhom jingħataw lil din il-persuna minnufih?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kumpens jekk il-vettura ġġarrab xi ħsara

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna tingħatax kumpens jekk din iġġarrab ħsara fil-vettura tagħha minħabba negliġenza f’xi triq arterjali li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Centrali ossia l-Awtorità dwar it-Trasport? Kemm irċeviet talbiet l-awtorità għal kumpens u jekk qatt ingħata xi tip ta' kumpens f’dan ir-rigward?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — E-registration

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi stħarriġ jew xi tip ta' studju min-naħa ta' l-Awtorità dwar it-Trasport sabiex tara jekk kienx hemm xi tip ta’ titjib fil- ques illi jinġabru fid-direttorat tagħha tal-licenzji u t-testijiet? Jista' l-Ministru jindika ukoll meta ser tibda topera is-sistema ta’ e-registration ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Karozzi reġistrati barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jispjega għal liema raġuni karozza irreġistrata barra minn Malta iżda għandha inqas minn 6000 km u ilha inqas minn 6 xhur irregistrata barra minn Malta fl-għajnejn ta' l-Awtorità dwa it-Trasport tiġi kklassifikata bħala vettura ġdida? Jista' jispjega għalfejn f’dan il-każ l-Awtorità qed timponi 18% VAT fuq l- invoice value tal-vettura li jinkludi wkoll l-VAT mħallas barra minn Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Parkeġġ riservat fil-bini tal-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) Min huma l-impjegati tal-Qorti li għandhom parkeġġ riservat fil-bini tal-Qorti? b) Min minn dawn għandhom eżenzjoni mill-ħlas tal-parkeġġ fil-Belt? Għaliex l-ebda mħallef jew maġistrat mhux residenti l-Belt ma hu eżentat mill-ħlas ta' parkeġġ fil-Belt u għaliex l-ebda wieħed mill-ġudikanti ma jista' jipparkja fil-bini tal-Qorti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8571 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuna li tinqatalha mill-għajnuna għal mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi raġuni li l-persuna li dettalji dwaraha qed jingħataw separatament qed titnaqqsilha l-għajnuna tal-mard eċċ. inkluż il-pensjoni, meta din żammet għandha żewġ persuni li dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament b'karità għal tliet snin, meta d-direttur kien ħadimha fuq seba' snin u għalhekk qed issir inġustizzja magħha? Jara li dan il-każ għandu jiġi mistħarreġ mill-ġdid?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.