Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korporazzjoni Enemalta — sabutaġġ mill-ħaddiema

Question

Jaqbel il-Ministru mal-fatt li qabel ma bdew l-investigazzjonijiet taċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta u l-business partner li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tefa' dubju fuq il-ħaddiema meta allega li ma jeskludix sabutaġġ mill-ħaddiema? Huwa etiku dak li għamel iċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta u li tiegħu il-Ministru hu responabbli? Jaqbel il-Ministru mat-talba tiegħi f’dan il-Parlament sabiex iċ-chairman jirriżenja mill-kariga tiegħu minħabba l-mod arroganti u mhux professjonali kif tefa' dubji fuq il-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — pagi u salarji - informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-pagi/salarji inkluż allowances tal-Management, Chairman u Chief Executive Officer tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — benefiċċji u allowances ta' assistant managers 'il fuq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu u għandhom grad ta' assistant manager 'il fuq? Jista' jgħid dawn in-nies x’benefiċċji u allowances għandhom kull wieħed, kif ukoll x’pagi għandhom individwalment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MITA — pagi u salarji - informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-pagi/salarji inkluż allowances tal-Management, Chairman u Chief Executive Officer tal-Malta Information Technology Agency?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Malta Enterprise — pagi u salarji - informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-pagi/salarji inkluż allowances tal-Management, Chairman u Chief Executive Officer tal-Malta Enterprise?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara x’irid jgħid bil-kelma Management.
Leg 11 PQ #13295 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — pagi u salarji - informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar il-pagi/salarji inkluż allowances tal-Management, Chairman u Chief Executive Officer tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Università ta' Malta — kap ġdid tad-dipartiment

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk il-kap il-ġdid tad-Dipartiment tal-Psikoloġija fl-Università huwiex psikologu reġistrat mal-MPPB? Tista' tgħid kemm din il-persuna hija membru sħiħa tad-Dipartiment tal-Psikoloġija ta’ l-Università? Tista' tgħid jekk jirriżultax li l-kap il-ġdid tad-Dipartiment tal-Psikoloġija fl-Università huwiex psikologu, u jekk le tħossx li dan ma jagħmilx ġieħ lil dan id-dipartiment u s-serjetà li għandha turi l-Università? Tista tgħid kif minn dawk il-psikologi kollha li hemm fid-dipartiment kif ukoll f’dipartimenti oħra, ir-Rettur tal-Università ma kienx kapaċi jsib lil xi ħadd kompetenti u b’iżjed esperjenza għal din il-kariga?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kap il-ġdid tad-Dipartiment tal-Psikoloġija fl-Università huwa membru sħiħ tad-Dipartiment tal-Psiloloġija tal-Università. Huwa studja l-Counselling li huwa fergħa importanti ħafna fil-Psikoloġija. Kull membru fid-dipartiment jispeċjalizza f’fergħa partikulari bħal per eżempju, clinical psychology, social psychology, counseling psychology eċċ. Il-kap il-ġdid tal-Psikoloġija huwa membru fil-Malta Association for the Counselling Profession (MACP) li tagħha kien ukoll president. Huwa ukoll membru elett fil-Kunsill Eżekuttiv tal-International Association for Counselling (IAC) li hija l-organizzazzjoni mondjali dwar il-counselling. Il-persuna li saret Kap tad-Dipartiment għandu l-ogħla kwalifiki, jiġifieri għandu Research-based Doctorate (Level 8) barra kwalifiki oħra. Huwa għandu esperjenza kbira fil-counselling u dan l-aħħar kien ukoll Acting Head of Department. Ta’ min jgħid li d-Dipartiment joffri Masters fil-Counselling, fil-Personal and Social Development u fl-Edukazzjoni Inklussiva. Din il-persuna ġiet maħtura wara konsultazzjoni mal-membri tad-Dipartiment, li l-maġġoranza assoluta irrikomandaw li din il-persuna għandha tkun il-Kap tad-Dipartiment tal-Psikoloġija għax hija persuna li tagħmel ġieħ lid-Dipartiment, għandha esperjenza ta’ tmexxija u diġà kien għal xi snin jikkoordina korsijiet f’dan il-qasam b’suċċess kbir.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea, l-entitajiet li jaqgħu taħtu kemm ibbenefikaw minn fondi mill-istess Unjoni Ewropea u kif intnefqu? Jista' jgħid liema kienu l-proġetti wieħed wieħed, kemm ingħataw fondi u kemm ħareġ il-Gvern għal kull proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Settur tal-Edukazzjoni terzjarja — abbozz tal-liġi

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se tressaq l-abbozz tal-liġi li jirregola s-settur tal-edukazzjoni terzjarja quddiem dan il-Parlament? Peress li dan l-abbozz kellu jgħaddi f’Ġunju 2009, tħoss il-Ministru li wasal iż-żmien illi ċittadini Maltin li lesti jinvestu għall-edukazzjoni tagħhom minn buthom, għadhom jiġu protetti mill-hekk imsejħa istituzzjonijiet tal-edukazzjoni terzjarja li qed ibiegħu kwalifiki fażulli f’isem universitajiet barranin illi m'huma rikonoxxuti minn ħadd u minn imkien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Iċ-Ċentru Malti għal Rikonoxximent ta’ Kwalifiki u tal-Informazzjoni u l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki diġa’ joffru protezzjoni liċ-ċittadini Maltin billi jinfurmawhom dwar ir-rikonnoxximent tal-programm edukattiv u l-livell tal-kors partikulari skont il-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki. Il-Gvern jagħraf il-bżonn li jkompli jsaħħaħ l-istrutturi u l-qafas legali ta’ dan is-settur. Għal dan il-għan għaddejja l-ħidma fuq l-abbozz tal-liġi dwar l-edukazzjoni ogħla u avvanzat li se titressaq quddiem il-Parlament fiż-żmien qarib. Matul din is-sena, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla għamlet konsultazzjoni dwar l-istrategija f’dan il-qasam u ppreżentat rapport bir-rakkommondazzjonijiet miġbura li għenu sabiex titkompla l-ħidma fuq il-preparazzjoni ta’ din il-liġi.
Leg 11 PQ #13284 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bord tal-Awtorità tas-Saħħa u Sigurta

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Bord tal-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, għadu ma ġiex kostitwit?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li Artiklu 8 tal-Att dwar l-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol jispeċifika l-mod kif għandhom ikunu appuntati l-Membri tal-Awtorita'. Jistgħu jinħatru direttament żewg membri, inkluż ic-Chairperson. Il-Membri l-oħra għandhom ikunu appuntati b’dan il-mod: o persuna nominata mill-Ministru għall-affarijiet ekonomici; o żewġ membri maħtura biex jirrapprezentaw l-interessi tal-ħaddiema, wara konsultazzjoni ma’ dak il-korp jew korpijiet ,minn żmien għal żmien, iqis bħala r-rappreżentanti prinċipali tal-ħaddiema. Informat ukoll li riċentament irċivejna n-nomini mitluba migħand il-partjiet kollha, qed ikomplu l-proċeduri biex ikun appuntat formalment il-Bord.

Korporazzjoni Enemalta — power station ta' Delimara

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk iċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta huwiex business partner mal-persuna, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jikkonferma jekk Vassallo Builders Group, hijiex involuta fil-bini tal-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara? Jista' jikoknferma li ċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta għandux kunflitt ta’ interess meta l-estenzjoni tal-power station ta’ Delimara taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess u meta fl-istess ħin huwa business partner mal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ċ-Chairman tal-Enemalta m’huwiex business partner ma’ Zaren Vassallo. Ic-Chairman huwa azzjonista minoritarju fis-soċjeta’ Makeezi Limited li tispeċjaliżża fis-software, mentri Vassallo Builders Group huma l-azzjonisti maġġoritarji. Vassallo Builders Limited gew ingaġġjati bħala sub-contractors minn BWSC, responsabbli mis-civil works u skond dikjarazzjoni pubblika ta’ BWSC dan sar wara sejħa għal tenders minn fejn irriżulta li Vassallo Builders kien “kompetittiv ħafna” Iċ-Chairman tal-Enemalta ma għandu ebda konflitt ta’ interess, kemm għaliex ma ħax sehem f’ebda parti tal-proċess deċiżjonali tat-tender tal-power station wara li ddikjara kunflitt ta’ interess “potenzjali” meta sar jaf li Vassallo Builders kienu qed juru interess fis-civil works u anke għaliex ir-relazzjoni kontrattwali tal-Enemalta hija esklussivament ma’ BWSC.

sistema ġdida tat-test tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar minn mindu nbidlet is-sistema l-ġdida tat-test prattiku tas-sewqan, kemm għaddew nies, kemm weħlu nies u x’ kategoriji ta' liċenzji kienu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba sa l-aħħar ta' Novembru 2009.
Leg 11 PQ #11757 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat — Ħal-Tartani - bini fil-viċinanzi ta’ għerien kbar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġitx permess sabiex ġewwa Ħal-Tartani, r-Rabat isir żvilupp ta’ bini fil-viċinanzi ta’ għerien kbar? Jista' jghid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tawtorizzax tkissir ta’ għerien sabiex issir residenza minflok għerien u jekk parti minn għar tispiċċax parti minn dar residenzjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindika b’mod aktar ċar il-post li qed jirreferi għalih, sabiex tkun tista’ tingħata tweġiba definittiva. Dan peress li d-deskrizzjoni tax-xogħlijiet aktarx li mhix qed taqbel mal-post indikat fil-mistoqsija. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, il-pożizzjoni tiddependi mill-merti tal-każijiet partikolari. Iżda b’mod ġenerali, l-Awtorità normalment ma tawtorizzax tkissir ta’ għerien, partikolarment biex isir żvilupp tat-tip indikat fil-mistoqsija fuq artijiet li jkunu 'l barra miż-żoni ta’ żvilupp bħalma jinftiehem mill-mistoqsija.
Leg 11 PQ #13091 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Interim From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali — votazzjoni tal-MEPs - ħlas

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Kummissjoni Elettorali fejn huwa indikat li għall-1,377 persuna li ġew jivvotaw (fl-elezzjoni tal-MEPs) il-Gvern ħallas €443,000 - jiġifieri €321 kull ras minbarra l-€35 li ħallas kull elettur? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża għal dawk li ġew jivvotaw minn barra matul l-Elezzjoni Ġenerali tal-2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-trasport — ħruġ mill-ġdid ta' liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm talbiet mill-pubbliku lill-Awtorità dwar it-Trasport għall-ħruġ mill-ġdid ta’ liċenzji li kienu diġà ngħataw, liema liċenzji ma ġewx irtirati minħabba kwestjonijiet konċernati, penalty points jew b’sentenza mill-qorti kompetenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mis-sena 2004 kien hemm 85 persuna li kellhom il-liċenzja tas-sewqan rivokata. Minn dawn il-persuni 11 reġgħaw applikaw u ottjenew il-liċenzja filwaqt li hemm 9 oħra li applikaw u li prezentement qed jistennew li jittellgħu għat-Test prattiku.

proprjetà tal-Gvern fil-Belt Valletta — qliegħ minn kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Gvern kemm għandu proprjetà fil-Belt Valletta li jikriha lil Ministeri, Dipartimenti u kumpaniji u jelenka xi jdaħħal preċiżament minn kull waħda?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern, fil-Belt Valletta hemm reġistrati 143 propjeta’ li huma allokati lill-Ministeri, Dipartimenti u entitajiet Governattivi. L-ammont dovut bħala kera għal din il-proprjeta’ fil-Belt Valletta huwa ta’ €402,927.97. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni mitluba hi wisq intensiva u trid tinġabar manwalment u għalhekk hu umanament diffiċli li tinġabar. Pero, meta s-sistema komputerizzata (LEMIS) tibda topera, din l-informazzjoni tkun tista tinġabar b’aktar effiċjenza.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ħaddiema b'ħinjiet flessibbli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li għandhom nies bi bżonnijiet speċjali fil-familji tagħhom u f'dan il-każ kif taġixxi l-Human Resources tal-korporazzjoni ma' dawn il-ħaddiema, jiġifieri tikkunsidrax li tħaddimhom b'ħinijiet flessibbli sabiex ikunu jistgħu jgħinu lill-membri tal-familja tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma żżommx statistika dwar kemm hemm nies bi bżonnijiet speċjali fil-familji ta' l-impjegati. F’każ fejn ħaddiem ikollu nies bi bżonnijiet speċjali fil-familja tiegħu, kull każ jiġi kkunsidrat fuq bażi individwali u jingħata s-sapport kollu neċessarju kif jippermetti l-Ftehim Kollettiv.
Leg 11 PQ #12006 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Rehabilitation Hospital

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dak li kien imsejjaħ bħala r-rehabilitation hospital li ilu jiġi mfassal saħanistra, mill-informazzjoni li għandi, sa mill-2001?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.