Settur tal-Edukazzjoni Terzjarja — protezzjoni liċ-ċittadini Maltin
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13283, taf il-Ministru li fil-fatt li l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki mhu joffri l-ebda protezzjoni liċ-ċittadini Maltin. Niġbed l-attenzjoni għall-każijiet li qajjem l-Onor. Evarist Bartolo dwar diversi każijiet ta’ ċittadini Maltin li ġew ingannati minn istituzzjoni partikolari bil-barka ta’ Ministeru tagħha stess. Tista’ l-Ministru telenka x’passi ttieħdu mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki fir-rigward ta’ l-istess istituzzjoni dik li hi l-MBA tal-European University rapprezentata mill-EIE? Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk iċ-Ċentru Malti għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki huwiex jinvestiga l-validità ta’ l-MBA ta’ l-IUKB li huma rappreżentati mill-EIE? Jekk fl-affermattiv, x’kienet ir-risposta mill-Kunsill Malti għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iċ-Ċentru Malti għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki qiegħed kontinwament joffri protezzjoni liċ-ċittadini Maltin billi jagħti informazzjoni dwar kwalifiki tant li d-domanda għal din l-informazzjoni fl-2009 qabżet il-5,000 mill-2,500 tas-sena l-oħra.
Iċ-Ċentru Malti għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki diġa ta evalwazzjoni dwar il-kwalifika msemmija mill-Onor. Interpellant. Peress li dan iċ-Ċentru reġa ġie mistoqsi jagħmel evalwazzjoni oħra ta’ l-istess kwalifika, din l-evalwazzjoni għadha qed tiġi iffinalizzata.
Il-kwalifiki li l-EIE (
European Institute of Education
) qed joffri permezz ta’ L-IUKB (Institut Universitaire Kurt Bosch, Sion) huma rikonoxxuti mill-Gvern Svizzeru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fit-toroq f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jikklassifika dawn l-inċidenti skond il-gravità tagħhom u jgħid kemm minnhom kienu fatali? Jista' jgħid ukoll jekk l-Awtorità dwar it-Trasport tagħmilx xi tip ta' spezzjoni sabiex tara jekk kienx hemm xi ħsara fl-infrastruttura tat-triq qabel u wara l-inċident, per eżempju skid test? Jista' juri evidenza ta' dawn ir-rapporti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Issa li d-Dipartiment tal-Artijiet għadu fuq ic-CD id-dettalji kollha tal-artijiet esproprijati, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din ic-CD peress li dawn l-artijiet ilhom ħafna snin esproprijati u l-propretarji mietu u l-eredi tagħhom qed isibuha diffiċli jiksbu l-informazzjoni dwar il-proprjetà tagħhom mingħand id-Dipartiment tal-Artijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment ta’ l-Artijiet m’għandux lista eżawrjenti fuq cd bid-dettalji tal-artijiet esproprijati. Għandu lista ta’ stimi dwar artijiet esproprijati li abbażi tagħhom, il-Gvern seta’ jagħmel il-kalkoli tiegħu dwar kemm huwa l-kumpens totali dovut lis-sidien. Dan il-ħlas ta’ kumpens qed jiġi ndirizzat billi għas-sena 2010, il-Gvern ħabbar żieda sostanzjali fil-vot allokat għall-ħlasijiet ta’ espropriju. Ta’ min jgħid ukoll, li s-sidien ta’ artijiet esproprijati jsibu kull għajnuna mill-Customer Care tat-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern kemm -il darba jkunu f’pożizzjoni li jindikaw, anke’ fuq pjanta tat-Taqsima stess, fejn qegħda l-art tagħhom.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-artijiet esproprijati tal-Isptar Mater Dei imsemmijin fil-Gazzetta tal-Gvern u jinforma lill-Kamra kemm minn dawn il-proprjetarji ġew kumpensati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-artijiet esproprijata li ttiehdu għall-isptar Mater Dei huma indikati fuq il-pjanta li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-artijiet indikati bl-aħdar għadhom ma ġewx akkwistati mill-gvern waqt li l-artijiet l-oħra jew ġew mixtrija mill-Gvern, jew għaddew għand il-Gvern permezz tal-ftehim ta’ l-1992 mal-Knisja, jew kienu tas-Servizzi. L-art indikata bl-isfar kienet ittiehdet minħabba l-bini ta’ l-universita’ u hija amministrata mill-universita’.
Il-Gazzetta tal-Gvern bid-data 4 ta' Awwissu 1961 ippubblikat 45 territorji esproprijati, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn ġew imħallsin? Kemm hemm minnhom li t-trattativi quddiem il-board tal-esproprijazzjoni spiċċaw u għalhekk huma konklużi però l-bord għadu ma tax sentenzi finali? Dan l-atteġġjament qed jinblokka l-proċeduri neċessarji biex il-proprjetarji jkunu jistgħu japplikaw il-Qorti ta' Strasbourg peress li l-Konvenzjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem hemm klawsola f'Artiklu 35 li tgħid: "The court may only deal with the matter after all domestic remedies have been exhausted, according to the generally recognized rules of international law and within a period of six months from the date on which the final decision was taken"? Ma jidhirlux l-Ministru li dan huwa atteġġjament abbużiv kontra d-demokrazija li tant niftaħru biha?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Armata — eżenzjoni minn eżerċizzji minħabba injuries
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk membru tal-armata li jkun qed jagħmel xogħol partikulari u ma jagħmilx eżerċizzji minħabba injuries, huwiex sejjer jintlaqat mill-interpetazzjoni tal-artikolu 55 tar-Regolament dwar il-promozzjonijiet b'mod partikulari l-pay increment warrant ? Jara li jekk huwa l-każ, dan fih innifsu jkun qed jagħmel diskriminazzjoni u inġustizzja ma' min ikun hekk?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-kriterji li fuqhom jiġi assessjat suldat għal promozzjoni huma stabbiliti, u kopja tagħhom ġiet mgħoddija lis-suldati kollha permezz ta’ pubblikazzjoni intitolata ‘The Armed Forces of Malta Soldier’s Career Handbook’.
Minn dan id-dokument u dejjem f’konformità ma’ dak kif stipulat f’Kap 220.03 tal-liġijiet ta’ Malta, jirriżulta li promozzjoni għandha tiġi fis-seħħ fuq rakkomandazzjoni bażata fuq effiċjenza, anzjanità, kwalifiki u għażla biex timtela vakanza.
F’każ ta’
injuries
eċċ., il-
handbook
jipprovdi linji gwida ta’ kif għandhom jingħataw il-punti f’tali sitwazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru interviews sabiex:
a) jidħlu ħaddiema
full-time
jew bil-kuntratt fil-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
b) kemm saru interviews għar-reklutaġġ u promozzjonijiet interni matul is-sena 2009 fi ħdan l-istess korporazzjoni?
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont, sena b'sena ta' kemm applikazzjonijiet għall-permessi ta' żvilupp ġew imressqa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjnet u l-Ippjanar mill-2006 sal-ġurnata tar-risposta li tiġi ppreżentata, u kemm damet kull applikazzjoni sabiex ġiet approvata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jista’ l-Onorevoli Interpellant jiċċara jekk hux qed jirreferi għal applikazzjonijiet li saru mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar infisha u ġew approvati jew applikazzjonijiet quddiem l-istess Awtorità li ġew approvati?
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont sena b'sena ta' kemm applikazzjonijiet għall-permessi ta' żvilupp ġew miċħuda mill-Aworità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-2006 sal-gurnata tar-risposta u jagħti r-raġunijiet li għalihom ġew miċħuda tali applikazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux possibbli nipprovdu raġuni għal kull rifjut ta' applikazzjoni meta din l-informazzjoni tinsab ġewwa 1100 paġna b'aktar minn 12793 raġuni ta' rifjut.
Jista' l-Prim Ministru permezz tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjnet u l-Ippjanar jagħti rendikont sena b'sena ta' kemm-il każ ta' enforcement sar fejn seħħew irregolaritajiet fl-iżvilupp ta' bini mill- 2006 sal-gurnata tar-risposta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2006, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet dan l-għadd ta' enforcements minħabba irregolaritajiet ta' żvilupp:
2006 - 949
2007 - 781
2008 - 878
2009 (sat-30 ta' Novembru): - 1079
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet għall-permessi ta' żvilupp hemm pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjnet u l-Ippjanar? Kemm ilhom pendenti sena b'sena u jekk neċessarju xahar b'xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti l-figuri mitluba. Din l-informazzjoni hija miġbura mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Din il-lista ma tinkludux applikazzjonijiet pendenti li mhumiex attivi għax huma sospiżi, qed jistennew il-konklużjoni ta' Draft Policy jew Pjan Lokali jew qed jistennew l-eżitu ta' Planning Control Application jew Environmental Impact Assessment.
MEPA — permessi fin-naħa ta' fuq ta' Malta - għerien
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il permess ħarġet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fin-naħa ta' fuq ta' Malta fejn ippermettiet tqattiegħ u tifrik f'għerien u żvilupp fil-viċinanzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dettalji bħal dawk imsemmija ma jinżammux fis-sistema informatika tagħna għax dak li jitniżżel bħala riferenza tkun kif hekk deskritta mill-applikant fuq l-applikazzjoni u mhux neċessarjament kif dak speċifikat fl-interpellanza.
persuni li ħadu ħsieb l-ippjanar tar-riforma tat-trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni nkarigati li ħadu ħsieb l-ippjanar tar-riforma tat-trasport pubbliku? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li ġew trasferiti mill-awtoritajiet kompetenti għall-Ministeru sabiex jgħinu lill-istess Ministru f’din ir-riforma? Jekk il-Ministeru ħa xi konsulenza mal-Università ta' Malta, jista' jgħid min huma? Jista' jgħid jekk kienx hemm persuni li kienu nvoluti f’dan il-proġett li m’għadhomx jaħdmu mal-awtoritajiet kompetenti jew mal-Ministeru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ippjanar tar-riforma fit-trasport pubbliku tmexxa mill-Kap tas-Segretarjat tiegħi mgħejjun minn diversi persuni oħra. Iva, kien hemm persuni li ġew trasferiti lill-Ministeru biex jgħinu fit-tħejjija tar-riforma. Ma kien hemm ebda konsulenza mill-Università ta’ Malta. Ma neskludix il-possibilità li xi nies li tawna kontribut għall-ippjanar tar-riforma bidlu l-impjieg tagħhom f’xi żmien jew ieħor.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Kummissjoni Elettorali fejn huwa indikat li għall-1,377 persuna li ġew jivvotaw (fl-elezzjoni tal-MEPs) il-Gvern ħallas €443,000 - jiġifieri €321 kull ras minbarra l-€35 li ħallas kull elettur? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża għal dawk li ġew jivvotaw minn barra matul l-Elezzjoni Ġenerali tal-2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ispiża biex l-Air Malta ġabet 1,377 persuna li ġew biex jivvotaw fl-elezzjoni għal Membri tal-Parlament Ewropew li saret f’Ġunju 2009 kienet €442,345.22. Din is-somma tinkludi €92,600 għal extra flights, €83,227.72 għal passenger tax, €14,689.10 għal servicing costs, u €251,828.40 li hija d-differenza bejn il-prezz normali ta’ titjira u dak speċjali ta’ €35.
L-ispiża biex l-Air Malta ġabet 3,057 persuna li ġew biex jivvotaw fl-elezzjoni ġenerali li saret f’Marzu 2008 kienet €1,015,724.15.
Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — pagi u salarji - informazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar il-pagi/salarji inkluż allowances tal-Management, Chairman u Chief Executive Officer ta' l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — talbiet għal sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu kemm kien hemm talbiet għal sponsorships f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn ġew aċċettati jew rifjutati? Jista' jgħid x’courses kienu dawn u x’persentaġġi ta' fondi ingħataw? Jista' jgħid ukoll fuq liema bażi n-nies jiġu aċċettati jew rifjutati? Jista' l-Ministru jgħid meta dawn ġew aċċettati jew rifjutati persuna b’persuna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
ħaddiema mal-Awtorità dwar it-Trasport ingaġġati mas-Secreterial Services
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Awtorità dwar it-Trasport li huma ngaġġati mas-Secreterial Services, kemm qed jitħallsu kull xahar u kemm qed titħallas din l-istess kumpanija? Jista' jgħid ukoll s'issa kemm ingħatat flus din il-kumpanija u x’inhi l-funzjoni preċiża tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.