Jista l-Ministru jagħti ta' l-inqas ħjiel jekk xi darba humiex sejrin isiru x-xogħlijiet fi Triq l-Antinni, Mosta liema xogħlijiet ilhom jistnnew li jsiru aktar minn 30 sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista l-Minustru jgħid jekk ġiex miżmum is-sussidju lill-bdiewa meta dawn daħħlu l-biegħa fil-pitkalija, meta qabel kien jitħallas is-sussidju fuq il-prodott?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s-sussidju fuq il-prodott li jiddaħħal il-pitkalija qatt ma ġie miżmum ħlief f’każijiet fejn kien hemm bżonn verifika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħwienet liċenzjati li jikru d-DVDs f’Malta u Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi jirrizulta li skond is-sistema tal-imaniġġjar tal-liċenzji (LMS), f`Malta u f'`Ghawdex hawn 59 negozju awtorizzati permezz ta' liċenzja relattiva sabiex jikru DVDs.
Jista' l-Ministru jipprovdi statistika bi breakdown għal kull distrett ta’ kemm saru raids mill-1992 sa l-2010?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Pulizija tagħmel tfittxijiet u spezzjonijiet skont il-ħtieġa tal-investigazzjoni li tkun qed issir. Tagħrif dwar dan l-operat mhux disponibbli taħt forma ta' statistika.
roads, licencing u public transport — emails pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm emails pendenti dwar roads, licensing u public transport? Jista' jgħid kemm hemm settled fl-imsemmija direttorati (tar-roads, tal-licencing u tal-public transport)? Jekk hu possibbli, jista' jagħti breakdown dettaljata tal-complaints skont id-direttorati msemmija? Jista' jistipula t-time frame biex jiġi settled complaint minn kull direttorat separatament? Jista jgħid kemm minn dawn l-emails ġew imwieġba jew għadhom pendenti mill-customer care system?
Response (GATT, AUSTIN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 11204 jien infurmat li l-informazzjoni dettaljata kif mitluba ma tinżammx mill-Awtorità tat-Trasport ta' Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta' overtime saret fl-Awtorità dwar it-Trasport is-sena li għaddiet? Kemm tħallas kull individwu u x'kienet il-ħtieġa ta' dan ix-xogħol u xi grad għandhom dawn l-individwi? Jista' jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru toroq residenzjali f'dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm saru toroq li ġew imwegħda mil-lista li kien ħabbar l-Ministru preċedenti Jesmond Mugliett? Jista' jgħid jekk hux qed tingħata preċedenza lil dawk it-toroq li jinsabu f'din l-istess lista u kemm-il triq baqa' sabiex jiġu asfaltati minn dik il-lista? Jista' jgħid ukoll kemm ġew jiswew aktar milli previst dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għala Manuel Dimech Bridge dam aktar mill-previst sabiex jitlesta? B'kemm ġie mtawwal dan il-proċess u kemm ġie jiswa aktar dan il-bridge mill-budget previst sabiex tlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni kwalifikati li jġorru materjal splussiv? Kemm minn dawn għad għandhom iċ-ċertifikat skadut? Jista' jgħid kemm ilu ma jsir refresher kors fuq dan is-suġġett sabiex jiġi mġedded dan iċ-ċertifikat?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Università ta' Malta kap ġdid tad-Dipartiment tal-Psikoloġija
Question
B’referenza għat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 13280, nitlob għat-tieni darba lill-Ministru sabiex tikkonferma jekk il-Kap il-ġdid tad-Dipartiment tal-Psikoloġija fl-Università huwiex psikologu? Jekk fl-affermattiv, huwa rreġistrat mal-MPPB (Malta Pyschology Profession Board)kif titlob l-istess liġi li għaddiet l-istess Ministru minn dan il-Parlament? Nixtieq nerġa' nistaqsi kemm dan l-individwu kien ilu membru sħiħ tad-Dipartiment tal-Psikologija u kemm kien ilu acting head ta’ dan id-Dipartiment? Ma jidhrilhiex il-Ministru li hemm nies li huma psikologi kwalifikati u li huma reġistrati mal-MPPB u li għandhom bosta aktar esperjenza mill-kap preżenti li setgħu faċilment ikunu huma magħżula għal din il-kariga u mhux xi ħadd li ġie l-bieraħ u li jinsab fil-kariga ta’ kap ta’ dan id-dipartiment? Tikkonferma li dan it-tali huwa Junior Member ta’ l-istess dipartiment? Ngħarraf lill-Ministru li counsellor mhuwiex counselling psychologist skond l-istess termini ta’ l-istess liġi li għaddiet hi stess minn dan il-Parlament!
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif diġà ingħad fit-tweġiba għall-Mistoqsija 13280, il-Kap il-ġdid tad-Dipartiment tal-Psikoloġija huwa counsellor u għandu dottorat fil-counselling. Counselling huwa parti integrali mill-psikoloġija u jiġi mgħallem f’kull kors offrut mid-dipartiment. Kull membru fid-dipartiment għandu jew għandha speċjalizzazzjoni. Il-membru l-ġdid tad-dipartiment speċjalizza fil-Counselling. Il-Kap il-ġdid mhuwiex irreġistrat mal-MPPB (Malta Psychology Profession Board) imma huwa rreġistrat mal-MACP (Malta Association for the Counselling Profession) kif ukoll mal-IAC (International Association for Counselling). Huwa ukoll membru fil-kumitat eżekuttiv ta’ din l-organizzazzjoni mondjali. Dan il-membru kien imexxi il-Counselling Unit tal-Università u ilu membru tad-dipartiment mill-2007. Hu sar membru full-time fit-12 ta’ Frar 2009 u spiċċa d-dottorat f’Marzu 2009. Meta l-ex-kap tad-dipartiment ma setgħetx tkompli x-xogħol tagħha, il-kap preżenti ġie mitlub biex isir acting head. Dan aċċetta u mexxa d-dipartiment b’mod tajjeb ferm tant li meta l-kap preċedenti irriżenjat u r-Rettur ikkonsulta mal-membri tad-Dipartiment, dawn, fil-maġġoranza assoluta tagħhom innominaw lill-kap preżenti.
Nerġa nfakkar lill-Onor. Membru li d-dipartiment tal-psikoloġija ma joffrix biss korsijiet fil-Psikoloġija imma wkoll fil-
Counselling
f’livell ta’
Masters
, fil-
Personal and Social Education
u fl-Edukazzjoni Inklussiva.
Korporazzjoni Enemalta — power station ta' Delimara - informazzjoni fuq iċ-Chairman
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13287, jaf il-Ministru li ċ-Chariman tal-Korporazzjoni Enemalta (persuna indikata separatament) jokkupa l-kariga ta’ CEO u Managing Director tal-kumpanija Care Malta li hija subsidiary ta’ Vassallo Builders Group Ltd li ġiet ingaġġata bħala sub contractors għall-bini tal-estensjoni tal-Power Station minn BWSC?
Oltre minn hekk, jaf il-Ministru li l-persuna indikata mhix sempliċi azzjonist minoritarju iżda hija fil-fatt il-Kap Eżekuttiv ta’ Makeezi Ltd? Għaldaqstant ma jidhirlux il-Ministru li b’referenza għall-istess mistoqsija, il-persuna indikata tinsab f’kunflitt ta’ interess mill-aktar ċar?
Response (GATT, AUSTIN)
Kunflitt ta' interess seta' jinħoloq biss li kieku iċ-Chairman tal-Enemalta pparteċipa fil-proċess deċiżjonali, ħaġa li m'għamilx. Konsegwentement hi x'hini r-relazzjoni tiegħu ma' Vassallo Builders ma jista' qatt ikun hemm kunflitt ta' interess.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni mill-Korp tal-Pulizija fir-rigward tal-kumpanija, li isimha qed jintbagħat separatament, li kienet involuta direttament jew indirettament fl-industrija tal-pornografija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi minn stħarriġ li kienet għamlet il-Pulizija fiż-żmien li kienet saret l-allegazzjoni, ma kienx irriżultaha li kien hemm xi ksur ta' liġi fl-operat tal-kumpanija msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Konsulenzi minn entitajiet tal-Gvern minn kumpanija legali -
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il kandidat Nazzjonalista, li ismu qed jintbagħat separatament, jew il-kumpanija legali tiegħu daħħal/daħlet f'konsulenzi minn entitajiet tal-Gvern matul dawn l-aħħar żewġ leġislaturi? Fuq liema merti ġie magħżul hu jew il-kumpanija legali tiegħu?
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — trasport għall-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa t-trasport matul is-sena 2009 fi ħdan il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ sabiex iġib il-klijenti
a) għal servizzi ta’ impjieg?
b) għal servizzi marbuta mat-taħriġ?
Awtorità dwar it-Trasport — riżenja tal-kap eżekkutiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-riżenja tal-persuna, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-Awtorità dwar it-Trasport kenitx deċizjoni miftehma? X’termini u kundizzjonijiet intlaħqu bejn l-bord tad-diretturi u l-kap eżekuttiv tal-Awtorità dwar it-Trasport sabiex dan jiġi terminat l-istess impjieg tiegħu ma' din l-awtorità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kien hemm qbil fuq id-deċiżjoni in kwistjoni u li l-kundizzjonijiet huma kif stabbilit fil-kuntratt tal-impjieg.
Chief Operations Officers — Awtorità ġdida tat-Trasport
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li dettalji qed jintbagħtu separatament, li bħalissa tokkupa l-kariga ta’ Chief Operation Officer hijiex short listed għall-kariga ta' Chief Operation Officer fit-taqsima tat-toroq li se tkun stabbilità fl-Awtorità l-ġdida tat-Transport (ATM)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Malta Enterprise — Informazzjoni dwar pagi u salarji
Question
B’referenza għat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 13294, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar pagi, salarji u allowances ta’ kull membru tal-Bord tad-Diretturi apparti dik taċ-Chairman Eżekuttiv?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-diretturi tal-Bord tal-Malta Enterprise għandhom allowance ta’ €3,500 fis-sena filwaqt li d-Deputy Chairman għandu allowance ta’ €11,646 fis-sena. Waħda mid-direttriċi, minħabba li hi wkoll Chairperson fuq l-Audit Committee tal-Malta Enterprise, tingħata wkoll allowance ta’ €116 għal kull meeting li jsir.