Legislature:
Category:
Reset
Active:

Siggiewi — Arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema permess twaħħlu l-ewwel ħames arbli għas-servizz ta' l-elettriku li jidhru fir-ritratt li qed jidher separatament, fil-Fulija l/o Siġġiewi? Jista' jgħid min applika għal dan is-servizz u jekk min applika kienx il-persuna li kellu l-propjeta' meta saret l-ewwel applikazzjoni? Jekk huwa fin-negattiv li kellu titlu, x'passi se jittieħdu mill-awtoritajiet dwar dan l-abbuż? Dwar l-arbli l-oħra li twaħħlu għas-servizz ta' l-elettriku wara l-ħames arblu kif jidhru fir-ritratt, li għalihom saret it-tieni applikazzjoni, jikkonferma l-Ministru li fil-każ tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li għandu l-art hemmhekk, sar abbuż sfaċċat mill-awtoritajiet dwar kif iddaħħlu l-arbli biex ingħata servizz ta' l-elettriku għall-kamra/razzett mitluq fil-Fulija? Jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħtini d-dettalji tal-persuna indikata biex inkun nista' nwieġbu.

Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid x'inhu jżomm milli tinħareġ ċittadinanza Maltija lill-persuna li ilha tgħix Malta għal dawn l-aħħar 11-il sena, u li miżżewġa regolari f'Malta kif jirriżulta mill-applikazzjoni fl-uffiċċju tiegħu? Dettalji dwar dan il-każ qed jintbagħtu separatament. Jista' jara li dan il-każ u l-proċedura tagħha tiġi konkluża mill-aktar fis possibbli?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-iproċessar ta' din it-talba wasal fl-istadju finali u deċiżjoni fuq din l-applikazzjoni għandha tittieħed dalwaqt.
Leg 11 PQ #2259 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Interim From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liċenzja ta' ħanut

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix liċenzja għall-bar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-permessi fuq il-mejda tal-Kamra , ċioe' it-trade licence li kienu joħorġu oriġinarjament u jgħid meta ħarġu dawn il-permessi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Naxxar — Transfers inġusti

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra korrispondenza li saret minn persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li kienet taħdem l-iskola tan-Naxxar fil-konfront ta' impjegata bħala general hand li isimha qed jidher separatament, li llum wara ħafna transfers inġusti li saru kontra tagħha tinsab taħdem fl-iskola A Birżebbuġa? Jaħseb il-Ministru li dan il-każ għandu jiġi mistħarreġ minn inkjesta indipendenti wara snin ta' inġustizzji waħda wara l-oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mħabba raġunijiet ta’ data protection mhux possibli li nilqa’ t-talba ta’ l-istess Interpellant u npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra msemmija. Infurmata li ma kien hemm ebda transfer ingust mal-persuna msemmija u kull transfer isir skond l-esigenzi tas-serivzz. Fil-fatt kien bi qbil ma’ l-istess persuna li din intbagħtet fl-Iskola Primarja ta’ B’Bugia wara li uriet ix-xewqa li ma tmurx l-Iskola Sekondarja San Benedittu, Kirkop. Fil-fatt l-istess persuna illum, bi qbil magħha, qed isservi fl-Iskola Primarja Mqabba Kulleġġ San Benedittu.

Talba għal ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi r-raġuni li l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament ma ngħatax iċ-ċittadinanza Maltija skond il-liġi u agħar minn hekk, fit-3 ta' Ġunju ta' l-2008, f'ittra mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin mid-dipartiment taċ-ċittadinanza u ta' l-expatriates ġie infurmat li m'hux sejjer jibqa' indikat fir-rekords bħala exempt person status taħt l-Immigration Act chapter 217 meta dan hemm raġunijiet serji li jindikaw id-dritt tiegħu? Jaħseb li dan il-każ għandu jiġi mistħarreġ mill-ġdid?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-appplikazzjoni dwar iċ-cittadinanza Maltija li għamlet il-persuna konċernata se tkun iffinalizzata dalwaqt. Ninfurmah ukoll li r-rekords tad-Dipartiment taċ-Cittadinanza u ta' l-Expatriates juru li din il-persuna m'għadhiex aktar 'persuna eżenti' skond id-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 4(1) (g) u (h) ta' l-Att ta' l-Immigrazzjoni (Kap 217).

Bracket ma' gallerija

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bracket li jinsab mal-gallerija tal-fond, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jitneħħa mill-EneMalta minnufih mingħajr aktar dewmien u dan peress li apparti li qed jinvadi l-proprjeta ta' terzi persuni, qed ikun ta' periklu għalihom u għat-tfal tagħhom li jkunu fl-istess gallerija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol biex jitneħħa xi periklu li kien hemm minħabba 'bracket' ta' l-Enemalta, sar diġa.

Malta Maritime Authority — Persuna sospiża

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se jiġi konkluż il-każ ta' dixxiplina ta' persuna, li ismu qed jintbagħat separatament, li jaħdem il-Malta Maritime Authority u li minħabba x-xogħol onest tiegħu spiċċa Bord tad-Dixxiplina u ilu sospiż sa mit-23 ta' Frar, 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-każ tal-persuna msemmija kien diġa nstema` imma minħabba problemi legali ser ikollu jerga` jinstema. L-imsemmi mpjegat ġie formalment infurmat b’dan.

Facilitator

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu jżomm milli student, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġi provdut b'facilitator fil-klassi peress li dan huwa każ ċar ta' slow learning? Hemm rapporti sħaħ fuq dan l-istudent u saħansitra f'dan il-perjodu ta' l-eżamijiet ingħata facilitator.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li t-tifel kien statemented fi Frar 2006 meta kien fil-Year 3. Jekk il-ġenituri ma qablux mad-deċiżjoni tal-bord, kellhom jappellaw il-każ quddiem l-iStatementing Appeals Board. Madankollu, it-tifel dejjem kellu support mill-Learning Support Assistant preżenti fil-klassi, anke matul il-Year 4, tant hu hekk, li anke waqt l-eżamijiet ingħata support. Reviżjoni tal-każ ser isir matul is-sajf.

Talba għal alternative accomodation

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ta' żewġ anzjani ta' 80 sena u 70 sena li ilhom sitt snin japplikaw għal alternative accomodation għax jgħixu f'post kbir bi tliet sulari u minħabba li xi ħadd minnhom juża l-wheelchair ma jistax jgħix f'kumdita'? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li għajr acknowledgements mis-sena 1994 'l hawn ma waslux għal din it-talba?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li kienu applikaw ma’ l-Awtorita tad-Djar sabiex jibbenefikaw mill-Care & Repair u apparati dan kellhom applikazzjoni għall-post alternattiv mad-Dipartiment ta’ l-Akkommodazzjoni Soċjali. Dawn iż-żewġ anzjani jgħixu f’dar bi tlett sulari pero’ l-Awtorita’ tad-Djar għamlet ix-xogħlijiet neċessarji sabiex huma jkunu jistgħu jgħixu isfel u ma jkun hemm l-ebda bzonn li jużaw is-sulari ta’ fuq. Ix-xogħlijiet li saru f’din il-dar (li hija mikrija minn dawn l-anzjani mingħand il-privat) huwa is-segwenti:- · Gallarija ġdida ta’ l-injam (din kienet fi stat ta’ periklu) · Tbdil ta’ saqaf perikoluz ta’ karma li ntuzat b]ala kamra tal-banju fis-sular ta’ isfel. · Kamra tal-banju addattata għal persuni b’diżabilita’ · Manutenzjoni f’tromba tal-bejt, soqfa u bejt. Dawn ix-xogħlijiet swew lill-Awtorita’ tad-Djar is-somma ta’ € 9224. Ix-xogħlijiet saru bl-għan li l-anzjani msemmija jgħixu ħajja komda u fl-opinjoni ta’ l-Awtorita’ tad-Djar ma jkun hemm bżonn li jsibu post alternattiv. L-Anzjani applikaw għall-post alternattiv f’Ottubru 1994 u r-raġuni kienet li għandhom ħafna taraġ u d-dar kbira wisq għalihom. Huwa bħalissa għandhom 83 points li tali points m’humiex suffiċjenti biex jingħataw post alternattiv. Ta’ min jg]id ukoll li l-preferenza ta’ lokalita’ ta’ din il-familja hija Ta’ Sliema - huwa mpossibbli li l-Awtorita’tad-Djar issir post alternattiv f’dan il-lokal. L-Awtorita’ tad-Djar tħoss li bix-xogħlijiet li saru, l-anzjani qegħdin jgħixu ħajja komda, fil-lokalita’ li jixtiequ huma u fi pjan terren kif huma għandhom bżonn.
Leg 11 PQ #1248 Sitting 22 2008-06-24 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kamra għat-Twaqqiegħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk l-avviż li rċeviet il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament fejn ġiet mġiegħla twaqqa' l-kamra jinkludix ukoll il-kamra ta' warajha, liema proċedura kienet identika magħha? Jekk le, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li ġiet magħżula biss din l-enforcement meta l-persuna konċernata assolutament ma għamel l-ebda żvilupp fl-istess kamra u fl-oħra sar l-iżvilupp?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena infurmat li nħarġu avviżi ta’ enforcement għaż-żewġ kmamar indikati mill-Onorevoli Interpellant.

Żwieġ biċ-Ċivil

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jara x'inhu jżomm lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, milli jiżżewweġ bil-proċeduri ċivili lill-persuna, li isimha qed jidher separatament?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Bracket ma' gallerija

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bracket li jinsab mal-gallerija tal-fond, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jitneħħa mill-EneMalta minnufih mingħajr aktar dewmien u dan peress li apparti li qed jinvadi l-proprjeta ta' terzi persuni, qed ikun ta' periklu għalihom u għat-tfal tagħhom li jkunu fl-istess gallerija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta sejra tiġi konkluża l-proċedura dwar iċ-ċittadinanza Maltija tal-persuna, li isimha qed jidher separatament, liema applikazzjoni ilha issa mid-9 ta' April 2007?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li m'hemm ebda applikazzjoni pendenti għaċ-ċittadinanza Maltija dwar il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant.

Għoti ta' tags

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qegħda ssir diskriminazzjoni fl-għoti tat-tags tat-taxi(s) u l-applikazzjoni tar-regolament 131 (4)(a) tal-liġi sussudjarja 65.11 meta persuni li weħlu sentejn priġunerija għall-perjodu ta' snin bħal każijiet ta' dawk li ħadu liċenzja tal-baħar u instabu ħatja u dawn ingħataw t-tag? Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li ngħatat sentenza sospiża u t-tag bħala taxi driver qegħda tiġi rifjutata lilu mill-Awtorita' tat-Trasport? Jara li dan huwa aġir diskriminatorja u inġust?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-persuna li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament mhix eliġibbli għat-tag ta' xufier ta' taxi skond il-liġi. Ir-regolament li jikkwota l-Onor. Interpellant jgħid li waħda mill-kundizzjonijiet sabiex persuna tingħata t-tag ta’ l-ADT hija li din għandha jkollha kondotta tajba . Infurmat ukoll li skond il-liġi sussidjarja 65.11, Regolament 131 (4) (a) “persuna ma tkunx meqjusa li hi ta’ kondotta tajba jekk tkun instabet ħatja, matul l-aħħar ħames snin, ta’ reat li jista’ jeħel piena dwaru ta’ żmien ta’ priġunerija ta’tliet xhur jew aktar minn tliet xhur jew multa ta’ mil-lanqas erba’ mija u ħamsa u sittin euro u sebgħa u tmenin ċenteżmu”. Jirriżulta li l-persuna li dwarha intbagħtu d-dettalji separatament ma tikkwalifikax sabiex tingħata t-tag ta’ l-ADT peress li din ingħatat sentenza ta’ priġunerija sospiza għall-sentejn.