Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kriterju tal-fallback position

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju l-persuna indikata separatament li qabel l-elezzjoni ta' 8 ta' Marzu 2008, li kien jokkupa l-grad ta' system analyst (kuntratt ta' xogħol) u li kellu bħala fallback position il-grad ta' analyst programmer 2, kif ġie mogħti lieve nbiddel il-fallback position tiegħu għal Manager tal-Water Services Corportation, mingħajr ma nħarrġet call for application għat-tali posting?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Liċenzji — Vetturi kummerċjali u normali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw f'dawn l-aħħar sentejn għal-liċenzja tas-sewqan, kemm minnhom applikaw għal-liċenżja ta' vetturi kummerċjali u kemm għal-liċenzja ta' vetturi normali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fallback position u każijiet preċendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-fallback position tbiddlet mill-1 ta' Jannar 2008 sa 8 ta' Marzu 2008 u x'kienu l-fallback position preċedenti għal dawk attwali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku ħalli inkun nista' nwieġbu.

LIċenżja tas-sewqan — Studenti li m'għaddewx mit-Teorija u prattika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw għal-liċenzja tas-sewqan u m'għaddewx mit-theory u għaddew wara t-tieni u t-tlielet darba konsekuttiva? Kemm m'għaddewx mill-prattika bl-istess manjiera?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Liċenzja tas-sewqan — dħul mill-applikazzjonjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul mill-applikazzjonijiet tal-liċenzja għas-sewqan per annum għal dawn l-aħħar 5 snin u kemm applikaw b'kollox għal kull sena rispettiva?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3070 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Interim From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratt tax-xogħol mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-impjegati li l-kuntratt tax-xogħol tagħhom mal-gvern jew ma' xi entità li l-gvern għandu l-maggoranza tas-shares, minn definite sar indefinite matul is-sena 2007 u 2008? X'kienu l-kriterji li ntużaw biex dawn l-impjegati saru issa tal-post? X'kien is-salarju tagħhom qabel u x'inhu illum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Immigration Officers — contact of service

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid jekk il-contact of service ta' l-Immigration Officers kienx jesigi lil uffiċjali li jintagħżlu, ma setgħux jaqbżu l-iskala 14 mas-servizz ċivili? Dawk kollha li qabżu din l-iskala, x'ser isir minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #3072 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi għal xiri ta' karozzi

Question

B'referenza għaċ-ċirkulari maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru rigward xiri u ċilindrata tal-karozzi (OPM 5/1998), jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ingħatawx xi permessi għal xiri ta' karozzi li jmorru kontra din iċ-ċirkulari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Cleaning Services

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lil National Employment Office minn ħaddiema ma' kumpannija privati fosthom dawk li joffru s-servizz tagħhom ġewwa l-Isptar Mater Dei, fil-Ministeru għas-Servizzi Soċjali jew f'kumpanniji privati bħal SGS, kumpannija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Is-sigħat li ħaddiem għandu jitħaddem (mis-6.00 am - 2.00 pm than straight o/t from 2.00 pm - 9.00 pm) (forced) Il-ħlas ta' l-overtime u b'liema rata (jitħallsu siegħa b'siegħa)

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg irċieva rapport fl-aħħar tas-sena fir-rigward tal-kumpanija li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament rigward allegat nuqqasijiet fil-kundizzjoni ta' l-impjieg. Id-Dipartiment fil-preżent għaddej b' investigazzjonijiet dwar dan il-każ li jista' jwassal biex min iħaddem jitressaq il-Qorti bi ksur tal-liġi tax-xogħol. Informat ukoll li fir-rigward ta' kemm saru rapporti lin-National Employment Office minn ħaddiema ta' kumpaniji privati nitlob lil-Onor. Interpellant jispeċifika jekk hux qed jirreferi għan-National Employment Authority jew id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg u jippreċiża għal liema kumpanija jew intrapriżi qed jirreferi biex l-informazzjoni relatata tkun tista' tinġabar

National Employment Office — ħaddiem jressaq ilment

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema ma' kumpannija privata għandu jagħti d-dettalji tiegħu meta jressaq ilment għand l-National Employment Office? X'protezzjoni għandu l-mpjegat jekk kemm-il darba sid il-kumpannija jiġi mgħarraf b'min għamel ir-rapport?

Response (DALLI, JOHN)

Jekk l-Onor. Interpellant waqt li jirreferi għal National Employment Office qiegħed jirreferi għad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg ta' min wieħed jikkjarifika li lmenti lil dan id-Dipartiment jistghu jsiru kemm permezz tat-telefown, posta jew e-mail fejn l-individwu għandu l-għazla li jibqa' anonimu, kif ukoll jekk l-individwu jirrikorri fid-Dipartiment f' liema każ ikun irid jidentifika ruħu. Tajjeb li jkun ipprecizat illi kemm f' każ li l-individwu jagħzel li jibqa anonimu kif ukoll f' każ fejn l-individwu jidentifika ruħu, l-investigazzjoni ssir xorta waħda. Barra minn hekk fi kwalunkwe investigazzjoni mibdija mid-Dipartiment ma jingħataw l-ebda dettalji dwar jekk l-investigazzjoni ingħatat bidu minhabba lment u lanqas ma jinghata dettal ta' l-individwu li jkun għamel l-ilment jekk ikun il-każ. Dan isir biex ma jkunx hemm il-biża minn min jagħmel l-ilment li għax ikun għamel l-ilment ibati xi konsegwenzi. F' dan il-rigward iżda jekk min iħaddem, b' xi mod ieħor isir jaf li ħaddiem partikolari għamel xi rapport għand awtorita' kompetenti, hemm provvedimenti fl-Att dwar L-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, preċiżament Artikolu 28 li joffri protezzjoni kontra vittimizzazzjoni.
Leg 11 PQ #3075 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Free telephone facilities lil membri tal-istaff privat tal-Ministri

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni eżatt ta' xi tfisser free telephone facilities lil membri tal-istaff privat tal-Ministri? Jista' jikkonferma, jekk, per ezempju, membri tal-istaff privat jistax ikollu iktar minn mobile wieħed? Peress li l-istaff privat mhumiex ikkapjati bi Lm 350 fis-sena għall-użu tal-mobile ifissirx li dawn jistgħu jonfqu bla limitu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3065 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Interim From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità li tirregolarizza l-Protezzjoni tal-Konsumatur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'seħħ mill-wegħda pre-elettorali li għamel il-Prim Ministru dwar it-twaqqif ta' l-Awtorità li kellha tirregolarizza l-Protezzjoni tal-Konsumatur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3066 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Interim From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministri u Segretarji Parlamentari — Karozzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw permessi biex jinxtraw karozzi ġodda għall-użu tal-Ministri u Segretarji Parlamentari u membri tal-Private Staff tagħhom? Kemm kien il-prezz ta' kull karozza? X'inhi iċ-ċilindrata tagħhom u l-marka?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Immigration officers — paga

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm huwa l-compliment tal-Immigration Officers? Għaliex min huwa fi skala ta' Assistant Principal u min hu fi skala ta' skrivan jew fi skala ta' labourer jagħmlu l-istess xogħol u l-paga hija differenti skond l-iskala msemmija?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Immigration Officers — Closed Department

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Immigration Officers jitqiegħdu f'closed department bħalma ġara bl-impjegati ta' Licensing Department, kif ukoll bi CCF wardens, li lkoll kienu jaqgħu taħt l-Awtorità tal-Kummissarju tal-Pulizija u llum huma entitajiet għalihom?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Kriterji biex ingħażlet persuna għall-konferenza fl-Iskozja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inħarġitx xi sejħa biex nurses jattendu konferenza dwar id-Dimentia li saret fl-Iskozja fl-ewwel gimgħa ta' Settembru? F'każ li ma nħarġitx sejħa, x'kienu il-kriterji li ntużaw biex tintagħżel l-persuna li marret l-Iskozja? Min intagħżel u xi kwalifiki għandu u kemm kienet l-ispiża globali?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Eżenzjoni mill-ħlas ta' liċenzja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2469 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jispjega x'inhi r-raġuni li persuna b'diżabilita' li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, imma tista' tuża sew saqajha, ma ġietx mogħtija l-eżenzjoni li tħallas il-liċenzja tat-triq għall-vetura tagħha, meta oħrajn bħalha jew agħar minnha ġew mogħtija l-eżenzjoni għalkemm m'għandhomx korozza awtomatika, li d-dettalji tal-vettura tagħhom qed jidhru separatament, u ruxxmata oħrajn li jsuqu ġustament il-korozza tagħhom li mhix waħda awtomatika? Jista' l-Ministru jara li din l-inġustizzja ma tibqax fis-seħħ b'mod immedjat, aktar u aktar meta mill-aħħar ta' Awwissu 'l hawn il-vettura ta' din il-persuna qed ikollha titħalla ggaraxxjata u dan qed jitlef saħansitra ċ-ċans li jmur għall-visti fl-isptar San Luqa kif mitlub?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li persuna tista' tkun intitolata għall-eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq għall-vettura jek tissodisfa dawn il-kriterji stabbiliti : a) tkun persuna b'diżabilita' skond id-definizzjonijiet ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, kif iċċertifikat minn professjonisti tal-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', u li tkun issuq hi stess il-vettura jew ikollha l-karozza reġistrata f'isimha ; jew b) ikollha vann li jitrasporta persuna li tuża siġġu tar-roti. Dwar il-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ninsab informat li l-persuna konċernata ġiet ċertifikata mill-professjonista tal-Kummisjoni li ma għandiex diżabilita' skond l-Att tas-Sigurta' Soċjali.

Eżenzjoni mill-ħlas ta' liċenzja

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li persuna b'diżabilita' li d-dettalji dwara qed jintbagħtu separatament, imma tista' tuża sew saqajha, ma ġietx mogħtija l-eżenzjoni li tħallas il-liċenzja tat-triq għall-vetura tagħha, meta oħrajn bħalha jew agħar minnha ġew mogħtija l-eżenzjoni għalkemm m'għandhomx korozza awtomatika, li d-dettalji tal-vettura tagħhom qed jidhru separatament, u ruxxmata oħrajn li jsuqu ġustament il-korozza tagħhom li mhix waħda awtomatika? Jista' l-Ministru jara li din l-inġustizzja ma tibqax fis-seħħ b'mod immedjat, aktar u aktar meta mill-aħħar ta' Awwissu 'l hawn il-vettura ta' din il-persuna qed ikollha titħalla ggaraxxjata u dan qed jitlef saħansitra ċ-ċans li jmur għall-visti fl-isptar San Luqa kif mitlub?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Park Attendent

Question

Jista l-Ministru jgħid x'inhu jżomm l-ADT milli toħroġ il-permess ta' park attendant lil persuna li d-dettajli dwarha qed jintbagħtu separatament ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ispazji pubbliċi li fil-preżent jintużaw bħala parkeġġi, li huma kkontrollati mill-Awtorita, u li jeħtieġu attendant diġa għandhom attendant u m'hemmx ħtieġa ta' liċenzji ġodda fil-preżent.