Jista' l-Ministru jara kif il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kellu regolari liċenzja ta' gwardjan privat u għadha ma ġietx imġedda lilu wara li fl-4 ta' Lulju, 2006 huwa kien weħel Lm50 multa fuq inċident f'Burmarrad?
Jaħseb il-Ministru li din il-liċenzja għandha tiġi mġedda stante li għadda żmien biżżejjed wara d-deċiżjoni tal-każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċeduri neċessarji qed jitteħdu sabiex jiġi konkluż ai termini tal-Liġi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk rigward ir-riformi fl-Armata, dawk li għandhom jingħataw awment fl-iskala tax-xogħol tagħhom skond ir-riforma li ħabbar hu stess, huwiex il-każ kif qed jingħad verbalment sal-lum, speċjalment fil-first regiment biss, li min ma setax jagħmel physical exercise, inkella minħabba raġunijiet ta' saħħa, min ma ħax sehem fil-parati, jew min kellu xi charges minuri, mhux se jibbenefika minn dawn l-iskali?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm postijiet vakanti għal Uffiċjal Principal Anzjan ( Senior Principal) u kemm nies ġew maħtura għal din l-kariga minn dawk li għaddew mill-aħħar eżami li sar? Jekk għadu ma nħatar ħadd jistgħu jingħataw raġunijiet għala dan għadu ma sarx?
Jista' l-Minsitru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatamnet u li għandhom pensjoni minima, qegħdin jiġu intaxxati mill-Income Tax?
Jista' l-Ministru jgħid jekk għall-fini tal-liġi, Ħal Ferħ Complex għadux ikkonsidrat bħala kumpannija parastatali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpannija kummerċjali Ħal Ferh Co Ltd hija kumpannija ‘limited liability’ irreġistrata Malta bin-numru ta’ reġistrazzjoni C3512. L-ishma kollha tal-kumpannija minbarra sehem wieħed huma tal-kumpannija Maltija Air Malta plc filwaqt li s-sehem wieħed huwa tal-kumpannija Holiday Malta Co Ltd li hija reġistrata fir-Renju Unit.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3911 fejn il-Ministru qalet li l-persuna, li isimha qed jidher separatament, qegħda sservi fl-iskola primarja Mqabba Kulleġġ San Benedittu bi qbil magħha stess, tara l-Ministru li hi għandha informazzjoni ħażina u dan peress li hi qatt ma qablet u jew aktar għamlet xi forma ta' ftehim biex isservi f'din l-iskola imma dejjem talbet li tingħata postha lura bħala general hand f'Villa Saigon Ħad-Dingli, jew fil-gardening unit tal-Ħamrun jew fl-uffiċini tal-gardening unit Birkirkara jew fl-uffiċini tal-gardening unit, Msida? Tista' tara li din il-persuna tinbagħat fejn huwa postha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab assigurata li t-tweġiba li tajt hija korretta.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li sa ftit ġranet ilu kien jieħu l-pensjoni kontributorja u mingħajr ma ġie eżaminat minn bord mediku, dan qal li eżaminah u sab li mhux qed ibati minn marda serja, meta huwa skond ċertifikati mediċi jbati minn dipressjoni akuta u minn dahru, kif indikat fiċ-ċertifikati ta' konsulenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?
Fiċ-ċirkostanzi li m'hemmx appell mill-bord mediku lill-arbitru, għandu jigi rikonsidrat il-każ tal-persuna msemmija?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 3573 jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata risposta peress li numru kbir ta' residenti li hemm fil-viċinanzi tal-post indikat skoprew li nħareġ il-permess mill-MEPA meta l-applikazzjoni għal dan il-proġett ma twaħħlet qatt fil-pubbliku f'post prominenti fis-sit biex kull persuna jkollha dritt toġġezzjona? Tajjeb ngħid ukoll li dawn qegħdin f'inqas minn mitejn metru bħala distanza u li dawn kellhom kull interess li joġġezzjonaw anke minnħabba l-valur tal-fond tagħhom li jista' kollu effett b'dan il-proġett.
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-proċeduri biex inħareġ il-permess tal-MEPA ġew segwiti kollha.
LIċenżja tas-sewqan — Studenti li m'għaddewx mit-Teorija u prattika
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw għal-liċenzja tas-sewqan u m'għaddewx mit-theory u għaddew wara t-tieni u t-tlielet darba konsekuttiva? Kemm m'għaddewx mill-prattika bl-istess manjiera?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, titbagħat fejn kienet qabel, fis-sezzjoni tal-ġardinara ġewwa Villa Psaigon Ħad-Dingli jew fl-uffiċċini tal-ġardinara B'Kara fejn kienet għal xi żmien qabel, jew l-Imsida fejn il-Junior Collegejew fl-uffiċini tas-Samra l-Ħamrun u dan stante li issa ilha ssofri ħafna minn transfers?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata illi fil-postijiet imsemmija ma hemmx vakanzi ta’ General Hand biex jagħmel xogħol ta’ tindif.
Inżid li l-persuna imsemmija bħalissa qed isservi fl-iskola Primarja Mqabba Kulleġġ San Benedittu bi qbil magħha stess.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw permessi biex jinxtraw karozzi ġodda għall-użu tal-Ministri u Segretarji Parlamentari u membri tal-Private Staff tagħhom? Kemm kien il-prezz ta' kull karozza? X'inhi iċ-ċilindrata tagħhom u l-marka?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ngħataw tliet permessi biex jinxtraw karozzi ġodda għall-użu uffiċjali tal-Ministri u Segretarji Parlamentari. Dawn ingħataw f’każi fejn il-karozza kellha numru ta’ snin fuqha u meqjusa li ma kinitx iżjed ekonomikament vijabli għall-użu. Dawn huma:-
Alfa Romeo 159
18 cc
- € 26, 322
Citroen C5
18 cc
- € 24, 225
Jaguar X-type saloon
2198 cc
- € 29, 570
Rigward il-membri tal-
Private Staff
tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-impjegati li l-kuntratt tax-xogħol tagħhom mal-gvern jew ma' xi entità li l-gvern għandu l-maggoranza tas-shares, minn definite sar indefinite matul is-sena 2007 u 2008? X'kienu l-kriterji li ntużaw biex dawn l-impjegati saru issa tal-post? X'kien is-salarju tagħhom qabel u x'inhu illum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kriterji użati kienu fl-ispirtu ta’ l-Avviż Legali Nru 51/2007.
Il-kuntratt ta’ dawn l-impjegati inqaleb għal wieħed indefinit, mingħajr ebda impatt fuq is-salarji tagħhom.
Għal raġuni ta’ etika, ebda dettalji personali ma jistgħu jingħataw.
Awtorità li tirregolarizza l-Protezzjoni tal-Konsumatur
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'seħħ mill-wegħda pre-elettorali li għamel il-Prim Ministru dwar it-twaqqif ta' l-Awtorità li kellha tirregolarizza l-Protezzjoni tal-Konsumatur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li f’dan l-istadju qiegħda issir l-analiżi meħtieġa sabiex jiġi assigurat l-aħjar mod biex inkomplu insaħħu metodi idoniji għall-protezzjoni tal-konsumatur.
Jista' l-Ministru jara l-każ tas-Sinjura, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għamlet applikazzjoni taħt l-iskema R u li huwa każ ċar li din għandha tingħata kull għajnuna kif mitluba fl-applikazzjoni għaliex hi ma tistax tikri post ieħor alternattiv kif deskritt fir-risposta tal-Housing Authority tat-2 ta' Lulju, 2008, "up to standard"?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-klawsola 5 tal-kunidzzjonijiet dwar Skema R ta’ l-Awtorita tad-Djar li tgħid:
Persuna tikkwalifika biex tapplika għal sussidju fuq il-kera taħt din l-iskema, jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:-
(2) (a) il-fond ikun fi stat tajjeb ta’ tiswija u f’kundizzjoni abitabbli.
L-Awtorita’ iżżomm id-dritt li tivverifika dan l-istat.
Ninsab infurmat li, mill-ispezzjoni li saret mit-tekniċi ta’ l-Awtorita’, irriżulta li l-post suġġett ta’ l-applikazzjoni ma kienx jissodisfa din il-kundizzjoni u għalhekk il-persuna ndikata ma tistax tikkwalifika għas-sussidju fuq il-kera.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk humiex ippjanati deċiżjonijiet tali li min għandu mard tal-kanċer tas-sider u jirrikjedi l-kura Herceptin, ikun intitolat għaliha b'xejn mingħajr ħlas? Il-ħlas attwali għal kura bħal din jammonta għal €50,000!
Response (DALLI, JOHN)
Iva nista nikkonferma li ser toħroġ tender fuq il-Gazetta tal-Gvern fil-jiem li ġejjin.
Persuna li toqgħod il-Mellieħa — Ċittadinanza jew freedom of movement
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-proċedura li diġa' irrisponda għaliha f'mistoqsija parlamentari ftit tal-ġimgħat ilu dwar iċ-ċittadinanza jew il-freedom of movement tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li joqgħod il-Mellieħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kif diġa spegajtlu fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2041 għandha tittieħed deċiżjoni dalwaqt dwar iċ-ċittadinanza tal-persuna konċernata.
Dwar il-freedom of movement diġa' infurmajtu fl-istess tweġiba li din il-persuna m'għadiex aktar 'persuna eżenti' skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-Immigrazzjoni (Kap 217).
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju l-persuna indikata separatament li qabel l-elezzjoni tat-8 ta' Marzu 2008, kien jokkupa l-grad ta' system analyst (kuntratt ta' xogħol) u li kellu bħala fallback position il-grad ta' analyst programmer 2, ġie mogħti permess ibiddel il-fallback position tiegħu għal Manager tal-Water Services Corportation, mingħajr ma nħarġet call for application għat-tali posting? Kemm-il fallback position tbiddlet mill-1 ta' Jannar 2008 sat-8 ta' Marzu 2008 u x'kienu l-fallback positions preċedenti għal dawk attwali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fl-01 ta’ Settembru 2007 il-Korporazzjoni Għas-Servizzi ta’ l-Ilma ġeddet il-Performance Agreement tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, li ilha mpjegata mal-Korporazzjoni mill- 04 ta’ April 1994, sabiex taqdi d-dmirijiet ta’ Sytems Analyst b’salarju ekwivalenti għal skala ta’ salarju numru 6.
Il-Korporazzjoni użat il-proċedura fejn impjegati li kellhom grad ta’ nominklatura differenti mill-gradi tal-Ftehim Kollettiv, li hemm bejn il-KSI u l-GWU, ġew assimilati fi gradi analogi kif elenkat fl-istess Ftehim. Il-
fallback position
ma nbidletx mill-01 ta’ Settembru 2007.
Jista' l-Ministru jgħid u jara jekk hux minnu li se tinfetaħ xi forma ta' dogs home jew animal clinic f'Ta' Qali proprju fil-bidu fejn hemm numru kbir ta' residenti? Jekk huwa l-każ, jaħseb li din għandha tkun ferm il-bogħod mir-residenti tal-viċinanzi fl-inħawi tal-Mosta?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema fi ħdan in-National Employment Office jgħidulek li min iħaddem għandu dritt ikun jaf min għamel ir-rapport?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 3074.