Legislature:
Category:
Reset
Active:

Smart City — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-impjiegi li se jinħolqu se jkunu impjiegi ġodda u mhux impjegati imċaqalqa minn entitajiet bħall-Malta Information Technology Agency għal ma' Smart City? Jista' jikkonferma dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta- Triq l-Antinni — xogħlijiet

Question

Jista l-Ministru jagħti tal-inqas ħjiel jekk xi darba humiex sejrin isiru x-xogħlijiet fi Triq l-Antinni, Mosta liema xogħlijiet ilhom jistnnew li jsiru aktar minn 30 sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija ma tagħmilx parti mill-lista ta' toroq li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fl-2006.

Awtorità dwar it-Trasport — e-mails pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11203 u jgħid kemm hemm e-mails pendenti quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport, li saru mill-1 ta' Jannar 2009 sal-lum, li jikkonċernaw talbiet għal xogħlijiet fit-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sat-13 ta' Jannar 2010 kien hemm 98 e-mail pendenti li saru mill-1 ta' Jannar 2009 u li fil-biċċa l-kbira tagħhom jikkonċernaw talbiet għal xogħlijiet fit-toroq. Ninsab infurmat ukoll li l-e-mails li jikkonċernaw xogħlijiet ta' toroq jieħdu aktar minn għaxart ijiem biex jiġu proċessati.

Inċidenti fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13315 u jgħid kemm kien hemm inċidenti fit-toroq f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jikklassifika dawn l-inċidenti skond il-gravità tagħhom u jgħid kemm minnhom kienu fatali? Jista' jgħid ukoll jekk l-Awtorità dwar it-Trasport tagħmilx xi tip ta' spezzjoni sabiex tara jekk kienx hemm xi ħsara fl-infrastruttura tat-triq qabel u wara l-inċident, per eżempju skid test? Jista' juri evidenza ta' dawn ir-rapporti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Trasport Malta — Customer Care - Stencil Letters ta' refusal

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8461, jista' l-Ministru jispjega kif uffiċjali tal-Customer Care ġewwa t-Trasport Malta qed joħorġu stencil letters ta' refusal għal dawk in-nies li jagħmlu talba għall-kumpens totalment kuntrarju għal dak li għadu kif iddikjara l-Ministru stess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — Kontravenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġet kontravenzjonijiet it-Transport Malta dawn l-aħħar sentejn? Kemm ġabret flus minn dawn il-kontravenzjonijiet u kemm minn dawn il-kontravenzjonijiet ġew maħfura? X'kienet ir-raġuni ta' dan? Jista' jgħid ukoll meta dawn il-kontravenzjonijiet ġew maħfura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — impound centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm ġewwa l-impound centres tat-Transport Malta? Huwa minnu li dawn l-impound centres huma mimlijin u li ma hemmx aktar spazju jitqegħdu aktar karozzi? Jista' jgħid kemm qed tħallas kera ta' dawn l-impound centres l-awtorità? X'se jsir minn dawn il-karozzi li hemm miġbura u meta? Jista' jgħid ukoll jekk hux minnu li s-sezzjoni ta' nfurzar tal-awtorità għandha ordni speċifika li jiġu ttowjati karozzi relattivament ġodda biss?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Assistant Manager — salarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'salarji mill-grad ta' assistant manager 'l fuq kull sena ġewwa l-Awtorità dwar it-Trasport, l-Awtorità Marittima ta' Malta u l-Avjazzjoni Ċivili? Jista' jagħti ċ-ċifri ta' kull entità separatament? Jista' jgħid kemm hi n-nefqa f'salarji minn assistant manager 'l fuq ġewwa Transport Malta? Jista' jinkludi wkoll is-salarji ta' dawk il-posts li huma temporanjament vakanti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — benefiċċji u allowances ta' assistant managers 'il fuq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13292 u jgħid kemm hemm nies jaħdmu fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu u għandhom grad ta' assistant manager 'il fuq? Jista' jgħid dawn in-nies x’benefiċċji u allowances għandhom kull wieħed, kif ukoll x’pagi għandhom individwalment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13282 u jgħid sena b’sena minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea, l-entitajiet li jaqgħu taħtu kemm ibbenefikaw minn fondi mill-istess Unjoni Ewropea u kif intnefqu? Jista' jgħid liema kienu l-proġetti wieħed wieħed, kemm ingħataw fondi u kemm ħareġ il-Gvern għal kull proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

ħaddiema mal-Awtorità dwar it-Trasport ingaġġati mas-Secreterial Services

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13302 u jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Awtorità dwar it-Trasport li huma ngaġġati mas-Secreterial Services, kemm qed jitħallsu kull xahar u kemm qed titħallas din l-istess kumpanija? Jista' jgħid ukoll s'issa kemm ingħatat flus din il-kumpanija u x’inhi l-funzjoni preċiża tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — talbiet għal sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13299 u jgħid fl-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu kemm kien hemm talbiet għal sponsorships f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn ġew aċċettati jew rifjutati? Jista' jgħid x’courses kienu dawn u x’persentaġġi ta' fondi ingħataw? Jista' jgħid ukoll fuq liema bażi n-nies jiġu aċċettati jew rifjutati? Jista' l-Ministru jgħid meta dawn ġew aċċettati jew rifjutati persuna b’persuna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

konsulenti mal-Awtorità dwar it-Trasport — ħlasijiet u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13300 u jgħid kemm hemm konsulenti jaħdmu mal-Awtorità dwar it-Trasport, kemm qed jitħallsu kull xahar u x’benefiċċji għandhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħsarat f'vetturi kkaġunat mill-istat ħażin tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11796 u jgħid kemm kien hemm complaints lill-Awtorità dwar it-Trasport minħabba ħsarat f’vetturi allegatament ikkaġunati mill-istat ħażin tat-toroq mis-sena 2006 sal-ġurnata tal-lum? Kemm minn dawn ingħataw refund u kemm minn dawn ġew rifjutati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

prezz tal-LPG

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-prezz li bih inxtara l-LPG b'rabta mal-konsenja li qed tinbiegħ lill-konsumatur Malti u Għawdxi b'effett mid-9 ta' Frar 2010? Kemm qed jiġi jiswa nett iċ-ċilindru tal-gas ta' 12-il kilo, jiġifieri il-prezz nett qabel ma jasal għand il-konsumatur (jiġifieri mgħobbi fuq it-trakk tad-distributur)?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta qegħda tixtri għan-nom ta’ kumpanija kummerċjali u għaldaqstant m’għandhiex tagħti tagħrif bħal dan. Barra minn hekk l-MRA qegħda tagħmel l-istudji tagħha fuq it-talbiet li għandha minn terzi u li jorbtu sewwa mal-prezz illi bih jinxtara l-gass.

Toroq li għad iridu jsiru f'Ħal Tarxien

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-lista msemmiha kienx hemm 13-il triq xi jsiru ġewwa Ħal-Tarxien u jekk minn dawn sarux seba' toroq biss? Jista' jgħid meta se jsiru l-kumplament tat-toroq, jiġifieri s-sitt toroq l-oħra kif imwiegħed mill-Gvern Nazzjonalista li saħansitra kellhom isiru sa l-aħħar tas-sena 2008 u jispjega għaliex għadhom ma sarux u jgħid preċiżament meta dawn ser isiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal-liema lista qed jirreferi.

lista ta' bini ta' toroq residenzjali

Question

Jista' l-Minstru jikkonferma jekk huwiex minnu li fil-11 ta’ Awwissu 2006, il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq ippubblika lista ta’ toroq li kellhom isiru sa l-aħħar tas-sena 2008 madwar Malta u Għawdex kollu u għaldaqstant nitlob li tiġi ppubblikata din il-lista msemmija ta’ bini ta’ toroq residenzjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-lista li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant tpoġġiet fuq Mejda tal-Kamra fit-2 t'Ottubru 2006.

prezz tal-LPG

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-prezz li bih inxtara l-LPG b'rabta mal-konsenja li qed tinbiegħ lill-konsumatur Malti u Għawdxi b'effett mid-9 ta' Frar 2010? Kemm qed jiġi jiswa nett iċ-ċilindru tal-gas ta' 12-il kilo, jiġifieri il-prezz nett qabel jasal għand il-konsumatur (iġifieri mgħobbi fuq it-trakk tad-distributur)?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13810 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konsulenzi minn entitajiet tal-Gvern minn kumpanija legali -

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il kandidat Nazzjonalista, li ismu qed jintbagħat separatament, jew il-kumpanija legali tiegħu daħħal/daħlet f'konsulenzi minn entitajiet tal-Gvern matul dawn l-aħħar żewġ leġislaturi? Fuq liema merti ġie magħżul hu jew il-kumpanija legali tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li la l-persuna indikata u lanqas il-kumpanija legali tiegħu ma pprovdew konsulenzi lill-entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru matul il-perjodu indikat.