Jista’ l-Ministru jgħid kemm veterinarji ġodda ġew ingaġġati mal-Gvern minn Ġunju 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont id-dipartiment jew l-entità li huma impjegati magħha?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, minn Ġunju 2025 sal-llum ġew ingaġġati 3 veterinarji ġodda.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Kura veterinarja - Stabbilimenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stabbiliment jew stabbilimenti qed tiġi pprovduta l-kura veterinarja lil hinn minn dik ta’ rutina fil-preżent, u ċjoè:
i. interventi ta’ dijanjostika permezz tal-immaġini;
ii. testijiet tad-demm; u
iii. kirurġija mhux relatata mal-isterilizzazzjoni tal-annimal għal finijiet riproduttivi?
Tista’ tgħid ukoll liema stabbilimenti ntużaw matul l-aħħar sena ta’ operat tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali sabiex tingħata kura veterinarja lill-annimali taħt il-kustodja tiegħu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-kura veterinarja li mhix ta’ rutina u l-proċeduri speċjalizzati meħtieġa għall-annimali taħt il-kustodja tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali qed jiġu provduti minn stabbilimenti li għandhom kuntratti ta’ servizz attivi mad-Direttorat. Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal Happy Paws, Vetcare,Vet 4 Pet Health, Animal Aid Clinic, Highrise Veterinary Clinic, Zoomangi Veterinary Clinic u Agrimed għal necroscopy.
Barra minn hekk, skont il-ħtiġijiet individwali tal-annimali, partikolarment fil-każ ta’ annimali mhux konvenzjonali, id-Direttorat jista’ wkoll jirrikorri għal stabbilimenti veterinarji oħra fuq bażi ta’ każ b’każ sabiex jiġi żgurat li tingħata l-kura meħtieġa.
L-istess stabbilimenti kienu fost dawk użati matul l-aħħar sena ta’ operat tad-Direttorat sabiex tingħata kura veterinarja lill-annimali taħt il-kustodja tiegħu.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Annimali ewtanizzati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm annimali taħt il-kura tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li ġew ewtanizzati matul il-perjodu bejn Jannar 2026 u Ġunju 2026, maqsuma skont l-ispeċi tal-annimal?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija, kien hemm 162 annimal li kellhom jitraqdu wara li kienu eżaminati minn veterinarju, li minnhom 150 kienu qtates, 5 klieb u 7 annimali oħra.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Kura veterinarja
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta’ annimali taħt il-kura tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li kellhom bżonn kura veterinarja lil hinn minn dik ta’ rutina? Tista’ wkoll tipprovdi n-numru ta’ każijiet li kienu jeħtieġu:
i. interventi ta’ dijanjostika permezz tal-immaġini;
ii. testijiet tad-demm; u
iii. kirurġija mhux relatata mal-isterilizzazzjoni tal-annimal għal finijiet riproduttivi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Rekords mediċi miżmuma
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ rekords mediċi qegħdin jinżammu mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fir-rigward tal-annimali li jinsabu taħt il-kura tiegħu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid liema Standard Operating Procedures (SOPs) qed jadotta d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali għall-kura, it-trattament u l-immaniġġjar tal-annimali li jidħlu taħt il-kustodja tiegħu? Tista’ wkoll tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-SOPs?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali qed jadotta SOPs dwar l-Animal Ambulance; Enforcement & Legal Proceedings; Adoption; Fostering u l-Animal Care. Barra minn hekk, qed jiġu żviluppati jew aġġornati SOPs addizzjonali dwar Animal Handling - għall-użu fis-sezzjonijiet kollha fejn jiġu mmaniġġjati annimali; Vehicles & Equipment, inkluża reviżjoni tal-SOP eżistenti dwar il-Fuelling; Control Unit, inkluża reviżjoni tal-SOP eżistenti dwar il-153/17 Call Centre; u l-Access Control relatata ma’ studenti, voluntieri u viżitaturi. L-SOPs li ġew finalizzati u implimentati huma dwar Management of Orphaned Neonatal Kittens; Assessment of Aggressive Behaviour in Animals; u Free Vet Services.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Annimali salvati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew salvati jew miġbura annimali mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali matul il-perjodu bejn Jannar 2026 u Ġunju 2026, maqsuma skont l-ispeċi tal-annimal?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija, ġew salvati jew miġbura 708 annimali mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali. Dawn kienu 470 qattus, 187 kelb u 51 annimali oħrajn.