Jista' l-Ministru jgħid liema swieq, minn mindu twaqqaf l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, qed jiġu analizzati mill-Uffiċċju bil-ħsieb li jiġu ddentifikati u rretifikati nuqqasijiet f'dawn is-swieq? Kemm minn dawn l-istudji tlestew u jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja, anke mhux kunfidenzjali, ta' dawk l-istudji li tlestew?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur għamel eżerċizzji sabiex janalizza diversi swieq fosthom dak tal-banek bħala parti mis-Sweep 2011 u diversi taħditiet fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi tal-kommunikazzjoni liema taħditiet saru kemm mall-fornituri tas-servizzi kif ukoll ma’ entitajiet regolatorji oħra. L-iskop aħħari tagħhom kien il-benefiċċju tal-konsumatur.
L-analiżi fuq il-banek għadha għaddejja u għandha titlesta f’Ottubru 2012 skont kif mitlub mill-Kummissjoni Ewropea u għaldaqstant ir-rapport finali jkun jista’ jingħata aktar ‘il quddiem. Fir-rigward tal-eżerċizzju l-ieħor ma sarux rapporti pero hemm kollox dokumentat.
Ta’ min jinnota wkoll li dan l-Uffiċċju jagħmel parti mill-
Consumer Markets Expert Group
li l-għan ewlieni tiegħu huwa li jassisti u jagħti parir lill-Kummissjoni fit-twettiq ta’ moniteraġġ ta’ swieq fis-Suq Intern fejn darbtejn fis-sena, wieħed fir-Rebbiegħa u l-ieħor fil-Ħarifa, jinħarġu rapporti - wieħed fuq il-kundizzjonijiet tal-konsumaturi msejjaħ il-
Consumer Conditions Scoreboard
u l-ieħor fuq is-swieq ta’ 50 prodott u servizz fis-Suq Intern u kif dawn ikunu qed joperaw għall-benefiċċju tal-konsumatur hekk imsejjaħ il-
Consumer Markets Scoreboard
. Dawn ir-rapporti, li għandhom aċċess għal kulħadd, jagħtu stampa ċara ta’ liema swieq qed jaħdmu sew jew li fihom hemm xi problemi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta, diġà awtorizzatx, jew hemm quddiemha xi talba mill-kumpanija Arriva, sabiex ikun hemm żieda fit-tariffi tat-trasport pubbliku? Jista' jgħid jekk Transport Malta għandhiex xi informazzjoni li fi żmien qasir il-kumpanija Arriva se żżid it-tariffi tagħha? Jekk huwa l-każ, meta se tidħol fis-seħħ din iż-żieda u meta l-konsumaturi se jiġu infurmati dwar dan?
prezzijiet tal-mediċina mqabbla ma' pajjiżi Ewropej
Question
Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il mediċina offruta għall-bejgħ f'Malta kellha l-prezz tagħha eżaminat u mqabbel ma' prezzijiet ta' mediċini ta' pajjiżi Ewropej skont il-ftehim milħuq bejn il-gvern u l-importaturi tal-mediċini mill-April 2008 'l hawn? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-mediċini eżaminati li tinkludi il-prezzijiet f'Malta mqabbla ma' dawk Ewropej kif ukoll il-prezz medju kif maħdum mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur? Wara li sar konfront ma' prezzijiet ta' mediċini ta' pajjiżi Ewropeji skont il-ftehim milħuq bejn il-gvern u l-importaturi tal-mediċini, kemm kienu l-istanzi fejn instab li l-mediċina li kienet mibjugħa hawn Malta kienet għola mill-medja Ewropeja wara li ġie kkalkulat il-prezz medju skont il-ftehim? Kemm kienu ċ-ċirkostanzi fejn importatur għażel li jniżżel il-prezz tal-mediċina għal dak prezz medju kif ikkalkulat mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur minn April 2008 'l hawn? Għal istess perjodu kemm kienu ċ-ċirkostanzi fejn l-Awtoritajiet msemmija aċċettaw li importatur ibaxxi l-prezz iżda mhux għal dak il-prezz medju kif ikkalkulat mill-istess awtoritajiet? Kemm kienu ċ-ċirkostanzi fejn importatur m'aċċettax li jniżżel il-prezz u l-mediċina baqgħet tinbiegħ bil-prezz li kien? X'passi ulterjuri ħadu l-awtoritajiet f'dawn iċ-ċirkostanzi tal-aħħar?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema swieq, minn mindu twaqqaf l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, qed jiġu analizzati mill-Uffiċċju bil-ħsieb li jiġu ddentifikati u rretifikati nuqqasijiet f'dawn is-swieq? Kemm minn dawn l-istudji tlestew u jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja, anke mhux kunfidenzjali, ta' dawk l-istudji li tlestew?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta, diġà awtorizzatx, jew hemm quddiemha xi talba mill-kumpanija Arriva, sabiex ikun hemm żieda fit-tariffi tat-trasport pubbliku? Jista' jgħid jekk Transport Malta għandhiex xi informazzjoni li fi żmien qasir il-kumpanija Arriva se żżid it-tariffi tagħha? Jekk huwa l-każ, meta se tidħol fis-seħħ din iż-żieda u meta l-konsumaturi se jiġu infurmati dwar dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta oħra.
Wara li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ikkonkludiet l-investigazzjoni tagħha fir-rigward tas-suq tal-uniformijiet tal-iskejjel, tista' l-Ministru telenka dawk l-uniformijiet ta’ liema skejjel li fis-sajf li ġej il-ġenituri għandhom jistennew roħs fil-prezzijiet?
Tista' tindika wkoll dawk l-i
school uniform
items
li fihom huwa mistenni tali roħs?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur — intrapriżi konformi mal-Att dwar il-Kompetizzjoni
Question
Wara li ġiet konkluża l-investigazzjoni rigward l-uniformijiet tal-iskejjel mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, jista' l-Ministru responsabbli jgħid jekk il-prattiċi kondotti minn dawk l-intrapriżi li qed joperaw fis-suq humiex konformi mal-Att dwar il-Kompetizzjoni? Jista' jgħid l-uffiċċju investigax jekk kienx hemm prattiċi li jmorru kontra l-Att dwar il-Kompetizzjoni? Jista jelenka l-ismijiet ta’ dawk li nstabu li l-prattiċi tagħhom qed jiksru l-Att dwar il-Kompetizzjoni?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Wara li ġiet konkluża l-investigazzjoni rigward l-uniformijiet mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk l-items tal-uniformijiet tal-iskejjel li għandhom jiġu klassifikati bħala generic u għalhekk m'għandhomx ikollhom disinn ikkumplikat? Tista' telenka kull item għal kull uniformi ta’ kull skola li l-awtorità tirrakkmanda li għanda tiġi kklasifikata bħala generic?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fis-Settur tal-Istat ħarġu Expression of Interest għal l-uniformijiet ta’ kull Kulleġġ. Dan il-proċess kien jinkludi speċifikazzjonijiet ta’ kull item li hemm inkluż l-uniformi ta’ dak il-Kulleġġ partikulari. Xi wħud mill-oġġetti huma ġeneriċi, jiġifieri ta’ kulur wieħed mingħajr l-ebda rakkmu, u oħrajn kienu speċifiċi.
L-Expression of Interest tassigura li l-prezz tal-Uniformi sħiħa ġiet irħas, waqt li tat enfasi fuq il-kwalita’. Fid-disinn tal-Uniformijiet ġew konsultati diversi persuni tal-kulleġġ inkluż ġenituri, għalliema u studenti. Sadanittant qed tinġabar informazzjoni iktar iddettaljata kulleġġ, kulleġġ.
Investigazzjoni dwar l-uniformijiet tal-iskejjel — msytery shopping - prezzijiet
Question
Tista' l-Ministru tispjega kif tul l-investigazzjoni dwar l-uniformijiet tal-iskejjel, l-Awtorità dwar il-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ħadet ħsieb l-aspett ta’ response bias fil-ġbir tal-informazzjoni u vverifikar tal-prezzijiet miġbura? Tista' tgħid kenitx implementata l-prattika tal-mystery shopping fil-ġbir ta’ informazzjoni? Jekk iva, għaliex ma kien hemm ebda referenza għal dan fir-rapport finali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Minstru kkonċernat.
Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur — rapport ta' ħidma
Question
B’referenza għall-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentaru 34488, peress li r-rapport ta’ ħidma jelenka biss sensiela ta’ attivitajiet, diskussjonijiet u laqgħat li saru mill-kunsill mingħajr ma jirreferi għal x’pariri li l-kunsill finalment għamel bħala konsegwenza ta’ dawn l-attivitajiet, jista' l-Ministru jelenka u jgħid x’kienu l-pariri li l-kunsill għamel għal perjodu li jkopri r-rapport bħala konsegwenza tal-laqgħat u diskussjonijiet varji li l-kunsill għamel?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li f’paġna 4 tar-rapport tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur fejn fiha hemm elenkati numru ta' leġislazzjonijiet li l-kunsill ta’ parir fuqhom u anke ppropona emendi fihom qabel ma dawn ġew fis-seħħ.
Dwar laqgħat li saru fuq suġġetti varji li ma kinux jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministru responsabbli għall-affarijiet tal-konsumatur, il-kunsill tal-pariri tiegħu direttament lill-Awtoritajiet konċernati waqt dawn il-laqgħat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi Ewropej li ma tagħhom il-prezzijiet tal-mediċini li jinbiegħu f'Malta huma mqabbla sabiex jiġi stabbilit il-prezz medju Ewropew skont il-ftehim milħuq bejn il-gvern u l-importaturi tal-mediċini? F'liema kategoriji huma kklasifikati dawn il-pajjiżi cioè high, average u low? Jista' għal kull mediċina li traħħset f'Malta minn April 2008 s'issa, jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-prezzijiet tal-mediċini rispettivi li kienu jinbiegħu f'dawn il-pajjiżi kif ukoll il-prezz medju kif ikkalkulat mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-prezz kif effettivament il-mediċina traħset f'Malta?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur — Każijiet reġistrati mat-Tribunal
Question
B'referenza għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari 34264, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-każijiet li ġew reġistrati mat-Tribunal ġew deċiżi mit-Tribunal għas-snin 2008, 2009, 2010, 2011 u l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Għas-snin imsemmija, kemm minn dawk id-deċiżjonijiet meħuda mit-tribunal ġew onorati mill-partijiet konċernati u x'għamel dak li kien id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni u llum l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur biex jara li d-deċiżjonijiet meħuda minn dan it-tribunal jiġu osservati?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kif inħadmet il-pensjoni tal-indivdwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, meta dan qed jirċievi biss kull erba' ġimgħat l-ammont ta' €393 tal-bolol meta huwa kkontribwixxi fil-ħlas tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali għal aktar minn 40 sena? Ma jaħsibx li din għandha tiġi riveduta mill-ġdid?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li jien infurmat li d-Dipartiment bagħat ittra ta’ spjegazzjoni lill-persuna ndikata minnu dwar kif inħadmet il-pensjoni tieghu.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm tnaqqsu l-ħlasijiet għall-użu tal-karrijiet tal-mejtin waqt il-funerali minn meta saret il-liberalizzazzjoni ta' dan is-settur? Kemm-il darba nġabret, minn dak li kien id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni u issa mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur, informazzjoni marbuta ma' dan ix-xogħol mil-liberalizzazzjoni sal-lum? F'liema stadju waslet l-analiżi li kellha ssir sabiex jiġi evalwat jekk l-operat fis-suq in kwistjoni huwiex konformi mal-Att dwar il-Kompetizzjoni u mal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur? Din l-informazzjoni, jew rapport, anke f'format mhux kunfidenzjali, jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li dak li kien d-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni kien iltaqa’ mal-operaturi fis-suq sabiex jispjegalhom u jagħtihom parir ta’ kif dawn għandhom joperaw fuq is-suq biex ikunu konformi mal-Liġi dwar il-Kompetizzjoni u l-Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur. Illi bl-intervent tad-Dipartiment kienet inħarġet ċirkolari mid-Direttur Ġenerali tad-Divizjoni Servizzi tas-Saħħa (Ċirkulari Numru DH 63/09) fejn ġibed l-attenzjoni tal-imjegati kollha fil-qasam tas-saħħa li m’għandha tingħata ebda informazzjoni lill-kummissjonanti tal-funerali dwar imwiet ġewwa l-isptarijiet u djar tal-anzjani tal-Gvern.
Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur — investigazzjoni rigward ix-xandir ta’ sports
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33659 u in vista tan-numru ta' ilmenti pendenti hekk kif indikat fil-mistoqsija parlamentari 33657, jista' l-Ministru jelenka dawk is-swieq li bħalissa qed jiġu investigati u huma meqjusa bħala prijorità quddiem l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur? X'inhuma l-prattiċi fis-suq li għaldaqstant bħalissa qed jiġu investigati inkluż indikazzjoni ta' dik il-proviżjoni tal-Att dwar il-Kompetizzjoni li allegatament qed tiġi miksura? Kemm-il darba dawn il-każijiet huma meqjusa bħala prijorità, x'inhu bħalissa l-impatt fuq il-konsumatur bħala konsegwenza ta' dawn il-prattiċi? Meta beħsiebu l-Uffiċċju jikkonkludi dawn l-investigazzjonijiet f'dawk is-swieq li bħalissa jgawdu prijorità quddiem l-Uffiċċju?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, waqt li l-Uffiċċju tal-Kompetizżjoni fi ħdan Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur jistabilixxi l-prioritajiet li jimxi bihom, ma jkunx prudenti li l-Uffiċċju jiddikjara b’mod pubbliku s-setturi u l-każijiet li hu jkun qed jagħti prijorità dan għax din l-informazzjoni tista’ tippreġudika l-investigazzjonijiet li l-Uffiċċju jkun qed jagħmel jew bi ħsiebu jagħmel. Apparti dan jista’ jagħti messaġġ lil setturi oħra li huma mhux ser jiġu investigati. Jingħad ukoll li l-prijoritajiet li jkollu l-Uffiċċju mhumiex fissi u jistgħu jinbidlu anki minn ġurnata għall-oħra skond iċ-ċirkostanzi li jafu ma jkunux fissi f’kull suq, inkluż dak lokali. L-Onorevoli Interpellant pero` huwa assigurat li l-Uffiċċju qiegħed jiffoka fuq dawk il-prattiċi l-aktar li joħonqu l-kompetizzjoni.
L-impatt fuq il-konsumatur jkun spjegat u joħroġ mid-deċiżjoni finali stess ta’ l-Uffiċċju. Żgur li l-Uffiċċju ma jistax jgħid x’inhu l-impatt fuq il-konsumatur qabel ma l-każ ikun magħluq b’deċiżjoni.
Rigward iż-żmien ta’ konklużjoni ta’ l-investigazzjonijiet quddiem l-Uffiċċju nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ingħatat fil-mistoqsija parlamentari 33659 fejn ġie spjegat li minħabba n-natura ta’ dawn il-każijiet ma jkunx possibli li wieħed jipprova jiddetermina meta ser jiġi konkluż il-każ waqt li l-investigazzjoni tkun għadha għaddejja.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33657, fejn fost oħrajn intqal li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur għamel ħafna xogħol fuq liġijiet, jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-liġi sussidjarja elenkata iktar 'l isfel ma ġietx aġġornata u jekk humiex se jiġu aġġornati peress li uħud minnhom jew għadhom jagħmlu referenza għal strutturi li kienu jeżistu qabel ma ġie emendat l-Att dwar il-Kompetizzjoni s-sena l-oħra jew skadew jew dalwaqt jiskadu? Sa meta beħsiebu l-Uffiċċju, jekk huwa l-każ, jaġġorna din il-liġi sussidjarja rigward:
a) L.S. 379.02 - Regolamenti dwar Ftehim Vertikali u Prattiċi Miftiehma (Eżenzjonijiet Ġenerali);
b) L.S. 379.04 - Regolamenti dwar Pattijiet ta' Ftehim Orizzontali (Eżenzjonijiet Ġenerali);
ċ) L.S. 379.05 - Regolamenti dwar Pattijiet ta' Ftehim dwar it-Trasferiment ta' Teknoloġija (Eżenzjoni Ġenerali);
d) L.S. 379.06 - Regolamenti dwar Pattijiet ta' Ftehim dwar Riċerka u Żvilupp (Eżenzjoni Ġenerali); u
e) L.S. 379.07 - Regolamenti dwar Pattijiet ta' Ftehim dwar l-Ispeċjalizzazzjoni (Eżenzjoni Ġenerali)?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li r-Regolamenti dwar Pattijiet ta' Ftehim dwar Riċerka u Żvilupp (Eżenzjoni Ġenerali) u r- Regolamenti dwar Pattijiet ta' Ftehim dwar l-Ispeċjalizzazzjoni (Eżenzjoni Ġenerali) fil-fatt għadhom in vigore sa l-aħħar ta' Ġunju 2012.
Ir-Regolamenti dwar Pattijiet ta' Ftehim Orizzontali (Eżenzjonijiet Ġenerali) m'għandhomx data ta' skadenza għalihom infushom imma jitkellmu dwar iż-żmien li fih għandhom effett ir-Regolamenti Orizzontali imsemmija fl-Avviż Legali.
L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur mhuwiex infurmat bir-raġunijiet għaliex dik li kienet qabel id-Divizzjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni ma kinitx estendiet ir-Regolamenti dwar Ftehim Vertikali u Prattiċi Miftiehma (Eżenzjonijiet Ġenerali) u r-Regolamenti dwar Pattijiet ta' Ftehim dwar it-Trasferiment ta' Teknoloġija (Eżenzjoni Ġenerali).
Madankollu, fost ix-xogħol fuq liġijiet li qed jagħmel l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni, hemm proprju eżerċizzju ta' riċerka fuq l-iżviluppi li saru fuq livell ta' l-Unjoni Ewropea u xi Stati Membri dwar dawn ir-Regolamenti li jipprovdu għal Eżenzjonijiet Ġenerali biex janalizza kif l-aħjar jimxi fuq din il-materja għas-suq Malti. Dan l-istudju intern fil-fatt wasal fi stadju avvanzat. Skond l-eżitu ta' dan l-eżercizzju, isir ukoll kull aġġornament rigward l-istrutturi meħtieġ. Però fil-frattemp, l-Att dwar l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 510) jipprovdi li d-Direttur ta' l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta gie sostitwit bid-Direttur Ġenerali għall-Kompetizzjoni u li l-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust ġiet sostitwita bit-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li waqt iż-żmien li kien jagħti konsulenza fil-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ bħala legal counsel, kellux ukoll xi rapporti kontra tiegħu għand id-Data Protection Commission?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kodiċi ta' Etika li hemm fl-ewwel skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika jorbotx dawk kollha li jaħdmu fuq bażi full-time, part-time u bħala konsulenti mal-awtoritajiet u aġenziji pubbliċi? Jekk huwa l-każ jista' jgħid x'sar s'issa biex jiġi assigurat li tali kodiċi jinġieb a konjizzjoni u jiġi segwit minn dawk kollha kkonċernati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kodiċi ta’ Etika li hemm fl-iskeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika huwa applikabbli għall-impjegati pubbliċi kollha, kemm dawk impjegati bħala full-time kif ukoll dawk part-time. It-terminu ‘impjegati pubbliċi’ jinkludi l-uffiċjali pubbliċi u l-impjegati tal-aġenziji u l-entitajiet tal-Gvern. Peress li l-konsulenti li semma’ l-Onorevoli Interpellant m’humiex impjegati pubbliċi, l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika ma japplikax fir-rigward tagħhom.
Meta daħal fis-seħħ l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, inħarġet ċirkolari fejn l-impjegati kollha fis-settur pubbliku ġew infurmati bid-dħul fis-seħħ ta’ l-imsemmi Att u dwar l-importanza li l-Kodiċi ta’ Etika jkun imħares. Iċ-ċirkolari kellha wkoll link għas-sit elettroniku fejn jinsab dan il-Kodiċi.
Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur — investigazzjoni rigward ix-xandir ta’ sports
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33659 u in vista tan-numru ta' ilmenti pendenti hekk kif indikat fil-mistoqsija parlamentari 33657, jista' l-Ministru jelenka dawk is-swieq li bħalissa qed jiġu investigati u huma meqjusa bħala prijorità quddiem l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur? X'inhuma il-prattiċi fis-suq li għaldaqstant bħalissa qed jiġu investigati inkluż indikazzjoni ta' dik il-provizjoni tal-Att dwar il-Kompetizzjoni li allegatament qed tiġi miksura? Kemm-il darba dawn il-każijiet huma meqjusa bħala prijorità, x'inhu bħalissa l-impatt fuq il-konsumatur bħala konsegwenza ta' dawn il-prattiċi? Meta beħsiebu l-Uffiċċju jikkonkludi dawn l-investigazzjonijiet f'dawk is-swieq li bħalissa jgawdu prijorità quddiem l-Uffiċċju?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.