Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pazjent li m'għandux min jieħu ħsiebu x'ħin joħroġ mill-isptar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri mill-pazjent li m'għandux membri tal-familja biex jieħdu ħsiebu kemm-il darba dan jiġi litteralment mkeċċi mill-isptar? Fejn u min idur bih?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li pazjenti li m’għandhomx membri tal-familja biex jieħdu ħsiebhom u li m’għandhomx il-mezzi finanzjarji biex iħallsu għal servizz biex xi ħadd jieħu ħsiebhom ma jitkeċċewx mill-isptar. Għall-kuntrarju, għalkemm dawn il-pazjenti ma jkollhomx aktar bżonn ta’ kura akuta, jinżammu fl-Isptar Mater Dei sakemm tinstabilhom allokazzjoni residenzjali skond il-każ.

Pazjenti li jiddaħħlu l-emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li pazjenti li jiddaħħlu l-emerġenza u ma jkunx hemm fejn joqogħdu jittieħdu ġo kuritur f'sular 'l fuq, fuq l-Emerġenza stess biex ma jagħtux fil-għajn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li sakemm pazjenti qed jistennew biex jiddaħħlu ġo sala fl-Isptar Mater Dei, jistgħu jinżammu f’parti mill- Emergency Admission Wards. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-parti ta’ ward ġiet mgħammra bil-faċilitajiet adegwati biex tilqa’ lill-pazjenti

Nies li jbatu mid-dimentia

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk nies li jbatu bid-dementia huwiex minnu li jekk membri tal-familja tagħhom ma jsuqux, ma għandhomx mezz ulterjuri sabiex jitwasslu fl-Activity Centre tar-Residenza San Vincenz de Paule?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’ seduta oħra.

Servizz ta' delivery għaċ-ċilindri tal-ossiġnu

Question

Jikkonferma l-Ministru jekk hemmx servizzi ta' delivery taċ-ċilindri tal-ossiġnu għal dawk li għandhom bżonn dan is-servizz, u jekk kemm-il darba ma jkollhomx biex iġorru ċ-ċilindru, x'servizz qed jiġu offrut?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-Taqsima tat-Trasport ilha toffri servizz ta’ delivery ta’ ċilindri tal-ossiġnu għal diversi snin anke meta id-domanda għal dan is-servizz kienet ferm aktar minn dik tal-lum. Ninsab infurmat li kull darba li saret talba għal dan is-servizz, dejjem ingħata fil-pront. Biex jingħata dan is-servizz trid issir talba lit-Taqsima tat-Trasport, li jieħdu ħsieb imorru fir-residenza tal-pazjent biex jiġbru ic-cilindru l-vojt u jibdluh b’wieħed mimli.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13282 u jgħid sena b’sena minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea, l-entitajiet li jaqgħu taħtu kemm ibbenefikaw minn fondi mill-istess Unjoni Ewropea u kif intnefqu? Jista' jgħid liema kienu l-proġetti wieħed wieħed, kemm ingħataw fondi u kemm ħareġ il-Gvern għal kull proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn mindu Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, l-entitajiet fid-dekasteru tiegħi kif inhu llum ibbenefikaw minn €25.06 miljun ewro. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettal bl-informazzjoni mitluba.

konsulenti mal-Awtorità dwar it-Trasport — ħlasijiet u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13300 u jgħid kemm hemm konsulenti jaħdmu mal-Awtorità dwar it-Trasport, kemm qed jitħallsu kull xahar u x’benefiċċji għandhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fid-data li saret il-mistoqsija kien hemm konsulent wieħed jaħdem ma’ dik li kienet l-Awtorità dwar it-Trasport (ADT) b’salarju ta’ € 1140.18 u expense allowance ta’ €93.18 fix-xahar. Huwa ukoll kopert b’kuntratt tal-mobile u linja fissa flimkien ma’ fuel allowance. L-Awtorità tipprovdilu wkoll health insurance.

Transport Malta Customer Care — Stencil Letters ta' refusal

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8461, jista' l-Ministru jispjega kif uffiċjali tal-Customer Care fi Transport Malta qed joħorġu stencil letters ta' refusal għal dawk in-nies li jagħmlu talba għall-kumpens totalment kuntrarju għal dak li għadu kif iddikjara l-Ministru stess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta tevalwa kull talba għal kumpens li tirċievi u huwa fejn l-Awtorità jidhrilha li t-talba mhux ġustifikata li hija toħroġ "refusal". Ovvjament l-applikant ikun jista' joġġezzjona kemm ma' Transport Malta kif ukoll bil-mezzi l-oħra li tagħtih il-liġi.