Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — talbiet għal sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13299 u jgħid fl-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu kemm kien hemm talbiet għal sponsorships f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn ġew aċċettati jew rifjutati? Jista' jgħid x’courses kienu dawn u x’persentaġġi ta' fondi ngħataw? Jista' jgħid ukoll fuq liema bażi n-nies jiġu aċċettati jew rifjutati? Jista' jgħid meta dawn ġew aċċettati jew rifjutati persuna b’persuna?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Transport Malta — Kontravenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġet kontravenzjonijiet Transport Malta f'dawn l-aħħar sentejn? Kemm ġabret flus minn dawn il-kontravenzjonijiet u kemm minn dawn il-kontravenzjonijiet ġew maħfura? X'kienet ir-raġuni ta' dan? Jista' jgħid ukoll meta dawn il-kontravenzjonijiet ġew maħfura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dawn l-aħħar sentejn Transport Malta ħarġet 12,063 il-kontravenzjoni u ġabret €65,941. Qed inpoġġi l-informazzjoni l-oħra mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #17492 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — chairman - permess ta' familja

Question

Jista' l-Prim Ministru jirraporta bil-permess tal-familja, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, l-eżitu tal-laqgħa li saret maċ-chairman tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jidhirlix li għandi nirraporta b’dan il-Parlament, l-eżitu dwar laqgħa li kien hemm mal-MEPA. L-Onorevoli Interpellant għandu jirreferi lil din il-familja sabiex titlob din l-informazzjoni liċ-Chairman tal-MEPA li m’għandix dubju, ma jsibx diffikulta li jagħti l-informazzjoni kollha li jista’.

Pensjoni imnaqssa

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex ġiet imnaqqsa l-pensjoni tal-persuna li dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna indikata minnu biex tavviċina l-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.

Żamma ta' żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy viġenti dwar iż-żamma jew le ta' żwiemel f'dar residenzjali u f'żona residenzjali? Jista' jgħid jekk l-uniku inibizzjoni għaż-żamma ta' żwiemel hekk indikati humiex il-liġijiet sanitarji?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li fil-preżent ma hemm l-ebda policy jew liġi li tirregola ż-żamma jew le ta’ żwiemel f’dar residenzjali u f’żona residenzjali li taqa` taħt ir-responsabbilita` tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali. Hemm pero l-liġi sanitarja li tirregola li ħadd ma jista` jżomm ħmieġ ta’ bhejjem ġo dar li tinkludi mezzanin, kamra, maħżen jew bini ieħor li l-biċċa l-kbira tiegħu hija tal-ġebel jew ta’ materjal ieħor użat għall-bini. Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali taħt l-Att dwar is-Saħħa Pubblika jinvestiga wkoll ilmenti meta persuna tippreżenta ċertifikat mediku u li fih ikollu speċifikament li tali annimal jista’ jikkawza dannu għas-saħħa.

Żamma ta' żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy viġenti dwar iż-żamma jew le ta' żwiemel f'dar residenzjali u f'żona residenzjali? Jista' jgħid jekk l-uniku inibizzjoni għaż-żamma ta' żwiemel hekk indikati humiex il-liġijiet sanitarji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qegħdin isiru diskussjonijiet fuq iż-żamma ta’ żwiemel u annimali oħra f' żoni residenzjali . Dawn id-diskussjonijiet jikkonċernaw mhux bisss is-saħħa ta’ l-annimal u trattament xieraq tagħhom, iżda ukoll is-saħħa tan-nies u inkonvenjenti li annimali jistgħu joħolqu f’zoni urbani. L-Animal Welfare Act ma tispeċifikax li ma jistgħux jin¿ammu żwiemel fi djar residenzjali jew f’żona residenzjali. Preżentement, f’każ ta’ ilment mressaq, issir ispezzjoni kordinata minn tlett dipartimenti; l-Animal Welfare riġward it-trattament xieraq ta’ l-annimali, is-Sanita' riġward l-iġene u l-Pulizija riġward ħsejjes minhabba xi nkonvenjenzi li jistgħu jinħolqu mal-ġirien.

Awtorità dwar it-Trasport — overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta' overtime saret fl-Awtorità dwar it-Trasport is-sena li għaddiet? Kemm tħallas kull individwu u x'kienet il-ħtieġa ta' dan ix-xogħol u xi grad għandhom dawn l-individwi? Jista' jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2009, fl-Awtorità dwar it-Trasport (ex-ADT) saru 25,963 sigħat f’overtime. Il-kumplament tal-informazzjoni hija murija fuq il-lista li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra

Inċidenti fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13315 u jgħid kemm kien hemm inċidenti fit-toroq f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jikklassifika dawn l-inċidenti skond il-gravità tagħhom u jgħid kemm minnhom kienu fatali? Jista' jgħid ukoll jekk l-Awtorità dwar it-Trasport tagħmilx xi tip ta' spezzjoni sabiex tara jekk kienx hemm xi ħsara fl-infrastruttura tat-triq qabel u wara l-inċident, per eżempju skid test? Jista' juri evidenza ta' dawn ir-rapporti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar inċidenti tat-traffiku tinġabar mill-pulizija u mill-wardens lokali u għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-ewwwel żewġ mistoqsijiet lill-Ministru kkonċernat. Jien infurmat ukoll li Transport Malta regolarment tagħmel spezzjonijiet ta’ rutina f’toroq arterjali u distributorji sabiex jkunu identifikati u jissewwew ħsarat u xi perikli li jista' jkun hemm għas-sewwieqa billi per eżempju jimtlew ħofor perikolużi, isir re-freshing ta’ line-markings u kif ukoll ikunu irranġati tabelli milquta. Barra minn hekk meta jseħħ xi inċident Transport Malta tagħmel ukoll spezzjonijiet fuq il-post sabiex tiġi evalwata l-ħsara u tittranġa l-infrastruttura li tkun ġiet effetwata. Dwar l-iSkid resistance tests dawn isiru meta jinbnew toroq arterjali ġodda bħala parti mill-programm tal-kontroll tal-kwalità u biex tkun vverifikata l-konformità mal-istandards tal-wearing course. Dwar it-talba sabiex tintwera evidenza ta' dawn ir-rapporti wieħed għandu jifhem li dan huwa parti mix-xogħol ta' kuljum ta' Transport Malta u r-rapporti li jsiru huma varji u numerużi. F'dan il-kuntest nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun iżjed speċifiku.

Smart City — xogħol maħluq għall-Maltin

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-impjiegi li se jinħolqu ġo Smart City se jkunu għall-Maltin?

Response (GATT, AUSTIN)

Qabel xejn, nassigura lill Onor Interpellant li nippretendi li kull min jimpjega n-nies f’pajjiżna josserva l-liġijiet kollha fosthom li ma jiddiskriminax bejn ċittadini tal-Unjoni Ewropeja, issa li Malta hi membru tal-UE. Veru li l-Onor Interpellant u sħabu xtaqu li nkunu Svizzera oħra, imma anki fl-Isvizzera, il-Gvern Svizzeru jrid jagħti l-istess opportunitajiet liċ-ċittadini tal-UE li jagħti liċ-ċittadini Svizzeri! B’danakollu jien dejjem emmint li l-Maltin m’għandhom xejn anqas mill-barranin u kapaċi jikkompetu magħhom f’kull qasam speċjalment wara l-inizjattivi ta’ taħriġ li qed jipprovdi l-Gvern biex b’hekk ikunu jistgħu jaħdmu fil-kumpaniji li ser ikun hemm fi Smart City. Dawn l-inizjattivi jinkludu l-programm myPotential fejn il-Gvern qed jagħti għajnuna fiskali lil min jagħmel korsijiet f’dan il-qasam kif ukoll proġett ffinanzjat mill-fondi strutturali biex jitħarġu nies fit-teknologija u b’hekk ikunu jistgħu jibdew jaħdmu f’din l-industrija. Infakkar lill-Onor Interpellant iżda li mhux legalment possibli għall-Gvern li jeskludi ċittadini Ewropej oħra f’impjiegi f’Malta. Lanqas m’hu mixtieq li fejn ikunu meħtiega impjegati minn pajjiżi oħra minħabba snajja speċifiċi li jkollhom dawn, jitrażżnu a detriment tal-investiment lejn Malta. Il-fatt li jiġu jaħdmu barranin f’Malta fl-industrija tat-teknoloġija tal-informazzjoni u komunikazzjoni huwa tajjeb, għax b’hekk ikollna bdil tal-għerf bejn il-ħaddiema. Dan jirriżulta fit-tkabbir ta’ ħiliet fl-industrija tagħna. Is-sens komun jgħid iżda li kull operatur ekonomiku bbażat f’Malta jimpjega l-ewwel riżorsi bbażati Malta flok jonfoq aktar biex jimporta riżorsi minn barra, dejjem fejn ir-riżorsi f’Malta jkunu jeżistu.

Smart City — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-impjiegi li se jinħolqu se jkunu impjiegi ġodda u mhux impjegati imċaqalqa minn entitajiet bħall-Malta Information Technology Agency għal ma' Smart City? Jista' jikkonferma dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba numru 15621.

Carer Pension

Question

Tikkonferma l-Ministru li huwa minnu li l-carer's pension (Pensjoni tal-wens) tingħata biss fuq bażi ta' means test? Għaldaqstant jekk xi ħadd bl-għaqal kollu tiegħu jfaddal ammont li jaqbeż ic-ceiling, dan ma jikkwalifikax għal pensjoni tal-wens? Jekk ikun il-każ li membru tal-familja jaħdem imma lest li jagħmel sagrifiċċju u jieqaf mix-xogħol biex jieħu ħsieb l-bżonnijiet tal-anzjani tiegħu, dan aktar iva milli le mhux se jikkwalifika għall-pensjoni tal-wens (min ma jfaddalx Lm4,000)? Ma taħsibx li dan il-fattur se jkompli jiskoraġixxi lil dawn il-carers milli jagħmlu dan il-pass?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Carers Pension (Pensjoni tal-Wens) hija means tested. Il-kriterji li fuqhom tingħata din il-pensjoni huma tnejn: a) li l-applikant/a qiegħed/qiegħda tieħu ħsieb persuna (tal-familja) li hija fis-sodda permanentement jew f’ wheelchair il-ġurnata kollha, b) li l-kapital ta’ l-applikant ma jkunx jeċċedi l-14,000 Euro mhux 9318 Euro(LM4000) kif qal l-Onor. Interpellant. Għalhekk applikazzjonijiet li ma jissodisfawx dawn iż-żewg kriterji jiġu miċħuda.

carers li telqu l-impjieg tagħhom biex jassistu lill-membri tal-familja

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li filwaqt li dawn il-carers li telqu mill-impjieg tagħhom sabiex jassistu lill-membri tal-familja fil-bżonn, mhux talli ma jingħataw ebda għajnuna finanzjarja iżda jkollhom jibqgħu jħallsu l-bolla (minn ġewwa) u dan sabiex jikkwalifikaw għall-pensjoni tagħhom? Ma temminx li wasal iż-żmien li għandhom jingħataw għajnuna b'forma ta' ezenzjoni milli jħallsu l-bolla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Hemm żewġ benefiċċji soċjali li jistgħu jikkwalifikaw għalihom persuni mhux miżżewġa jew romol, li jkunu qed jieħdu ħsieb, waħedhom, fuq bażi full-time u regolarment, il-ġenituri tagħhom jew ħuthom, nanniethom, zijiethom, missierhom jew ommhom tar-rispett jew ħuthom tar-rispett. Dawn il-benefiċċji soċjali huma l-Pensjoni għal Wens u l-Għajnuna Soċjali. Hemm ċerta kundizzjonijiet li jkunu jridu jiġu sodisfatti kif ukoll test tal-mezzi. Kemm il-darba persuna tikkwalifika għal Pensjoni għal Wens, din tista’ tikkwalifika ukoll għal krediti ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għal perjodu li tkun qed tirċievi din il-Pensjoni. Fil-każ ta’ l-Għajnuna Soċjali li titħallas, il-persuna kkonċernata hija eżentata milli tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ soċjali. Fir-rigward ta’ persuni li ma jikkwalifikawx għal dawn il-benefiċċji mhux neċessarjament huwa dovut il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ soċjali f’kull każ. Fil-każ ta’ carer li hija miżżewweġ jew miżżewwġa dawn awtomatikament eżentata mill-ħlas tal-bolla filwaqt li fil-każ ta’ persuni mhux miżżewġa jew romol, il-kontribuzzjoni tkun dovuta biss kemm il-darba l-qliegħ tagħhom jeċċedi l-€1,005 fis-sena. Ta’ min iżid iżda, li meta persuna tkun eżenti mill-ħlas tal-bolla din jista’ jkollha effett fuq id-dritt futur tagħha għal pensjoni kontributorja.

refund lil persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titħallas l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dwar ir-refund ta' €1.299,79 li kellu jitħallas sa mhux aktar tard minn 31 ta' Diċembru 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jiċċara l-mistoqsija tiegħu u jgħid għal-liema refund qed jirreferi.

Paola — plot ħdejn il-bandli

Question

Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi l-art jew ossia plot li tinsab fi Triq Cremona, Paola li tinsab preċiżament tmiss mal-bandli li jinsabu fl-istess triq?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-art li qed jagħmel referenza għaliha l-Onorevoli Interpellant hija proprjetà tal-Gvern li parti minnha ġiet akkwistata mingħand sidien privati għal skop pubbliku biex jinbena Kindergarten Centre.

Paola — Triq Ninu Cremona - bandli

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art jew ossia plot li tinsab fi Triq Ninu Cremona, Paola, li tinsab preċiżament tmiss mal-bandli min-naħa, min okkupaha u għal liema skop qed tintuża meta qed jiġi rrappurtat li minn din l-art għajr ġrieden kbar mhux qed joħorġu? Min ta' permess li jittella l-ħajt fuq il-proprjetà tal-gvern, jiġifieri fuq il-ħajt tal-bandli?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 16089 fuq l-istess art. It-Taqsima Proprjetà tal-Gvern ma tat l-ebda permess biex jinbena ħajt fuq il-proprjetà tal-Gvern u m’għandha l-ebda informazzjoni dwar minn qed jokkupa din l-art. Għaldaqstant ser jittieħdu passi biex jiġi investigat dan il-każ u toħroġ Ordni ta’ Żgumbrament jekk jinstab li din l-art qed tiġi okkupata illegalment.

Awtorità dwar it-Trasport — refund fuq pagament dovut

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8572 u jgħid x'inhi r-raġuni illi r-refund li kien dovut wara pagament li sar f'Jannar 2004 għall-vetturi li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament lill-Awtorità dwar it-Trasport u li effettivament saret rikjesta għar-refund fit-18 ta' Frar, 2008 dovut lill-persuna li dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Ladarba dawn kienu dovuti b'effet b'lura, jaħseb il-Ministru li ċ-chairman tal-Awtorità dwar it-Trasport għandu jimplika change in policy retroattiv, meta dan mhux il-każ? U jekk hu l-każ, iħoss il-Ministru li dan l-ammont li llum f'munita Ewro jammontaw għal €2,766 għandhom jingħataw lil din il-persuna minnufih?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta' l-individwu konċernat.

Chief Operations Officers — Awtorità ġdida tat-Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li dettalji qed jintbagħtu separatament, li bħalissa tokkupa l-kariga ta’ Chief Operation Officer hijiex short listed għall-kariga ta' Chief Operation Officer fit-taqsima tat-toroq li se tkun stabbilità fl-Awtorità l-ġdida tat-Trasport (ATM)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fi Transport Malta m'hemm l-ebda persuna bl-isem li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant.

Ħsarat f'vetturi kkaġunat mill-istat ħażin tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11796 u jgħid kemm kien hemm complaints lill-Awtorità dwar it-Trasport minħabba ħsarat f’vetturi allegatament ikkaġunati mill-istat ħażin tat-toroq mis-sena 2006 sal-ġurnata tal-lum? Kemm minn dawn ingħataw refund u kemm minn dawn ġew rifjutati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-2006 sal-lum Transport Malta irċeviet 287 talba għal kumpens ta’ ħsarat f’vetturi allegatament ikkaġunati mill-istat ħażin tat-toroq. F’106 minn dawn l-Awtorità tablet iżjed kjarifiki mill-applikant. Mill-181 każ l-oħra, kien hemm 23 każ fejn l-Awtorità ħallset il-kumpens, 10 każijiet li kienu rifjutati u 148 każ li għadhom qed ikunu ikkunsidrati.

nies impjegati ma' Smart City

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm preċiżament se timpjega nies Smart City u minn meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-kopja tal-kuntratt li sar bejn il-Gvern Malti u SmartCityMalta liema kuntratt kien approvat minn din il-Kamra fl-20 ta’ Marzu 2007.

Pazjenti eskorati lejn l-bieb ta' barra tal-isptar

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li kemm-il darba pazjent, wara li jiġi discharged mit-tabib tal-Isptar Mater Dei, dan jiġi eskortat il-barra mill-binja tal-istess sptar mill-pulizija?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li pazjent jiġi eskortat ‘l barra mill-binja tal-Isptar Mater Dei mill-pulizija wara li jiġi discharged mit-tabib tal-isptar: 1. meta pazjent ikun ħebb għal pazjenti oħra, viżitaturi jew impjegati waqt li kien l-isptar; 2. meta pazjent jirrifjuta li jitlaq mis-sodda jew mis-sala meta jiġi liċenzjat mill-isptar u ċċertifikat mill-konsulent tiegħu li jista’ jmur id-dar wara li jiġi żgurat li għandu minn jieħu ħsiebu; 3. meta pazjent ikun irid jirritorna fid-dar tar-residenza propjetà tiegħu u qrabatu jirrifjutawlu l-access għall-propjetà tiegħu.