Legislature:
Category:
Reset
Active:

family friendly measures

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni, għal kull entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu inkluż awtoritajiet u entitajiet oħra, li jgawdu minn family friendly measures u x'tip ta' miżura li minnha qed jibbenefikaw? Jista' l-Ministru, għal kull entità, jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn ħaddiema, li qabel kienu jgawdu minn din il-miżura, kinetx irtirata jew it-talba tagħhom ġiet rifjutata? Kemm kienu dawn il-każijiet u x'kienet il-miżura li għaliha saret it-talba, li ġiet rifjutata?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ħruġ ta' liċenzja

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-liċenzja maħruġa mill-Malta Tourism Authority fuq il-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u jekk l-istess licenzja wara li twaqqa' l-bini, għadhux jibqa' fuq isem il-licencee li dejjem kellu l-liċenzja fuq ismu u aktar u aktar meta hemm kemm avvjament u kemm l-għamara fih?

Response (MARCO, MARIO DE)

Infurmat illi l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu qiegħda preżentament tevalwa l-każ biex kemm jista’ jkun malajr tkun tista tiddeċiedi jekk għandhiex toħroġ liċenzja u fuq min.

nies li minn jirreġistraw inqelbu għall-assistenza soċjali

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont ta’ kemm kienu dawk li nqelbu minn fuq l-għajnuna tal-qgħad, jiġifieri dawk li jirreġistraw taħt part 1 u part 2 għal fuq l-assistenza soċjali minn Settembru 2011 sa Settembru 2012?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ persuni li qalbu minn fuq l-Għajnuna tal-Qagħad(UA) , jiġifieri dawk li jirregistraw taħt Part I u Part II għal fuq l-Assistenza Soċjali (SA), għall-perjodu bejn Settembru 2011 u Settembru 2012, kien ta’ 343.

informazzjoni dwar self employed

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm żdiedu s-self employed bejn Jannar 2011 u Settembru 2012? Tista’ tgħid kemm ħaddiema self employed waqqfu l-attività ekonomika tagħhom matul dan il-perjodu, kemm minnhom irtiraw minħabba l-età, kemm irtiraw sabiex isibu impjieg u kemm irtiraw minħabba falliment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

bord mediku — tabib kadidat

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li professjonijist li jipprattika ta’ tabib, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li huwa kandidat ikkonfermat mal-Partit Nazzjonalista, qed ikun mgħajjat sabiex iservi bħala membru tal-bord mediku magħżul mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali? Jista’ wkoll jikkonferma jekk hix etika li bħala kandidat għall-elezzjoni ġenerali jkun iservi f’dawn il-bordijiet?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tabib li qed jagħmel riferenza għaliħ jidher fil-lista’ ta’ 39 Tabbib li huma maħtura taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali biex jagħti parir fuq l-aspett mediku ta’ talbiet li jkunu qed isiru minn applikanti għal benefiċċji soċjali.

Awtorità tad-Djar — safar ta' uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm minn April 2008 sal-aħħar ta' Settembru 2012, sar safar minn uffiċċjali tal-Awtorità tad-Djar, il-grad tal-persuna li approvat kull safra, x'kienet ir-raġuni ta' kull safra, fejn kienet u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qieghda titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar — laqgħat tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-bord tal-Awtorità tad-Djar matul din is-sena? F'kull każ, fejn saru dawn il-laqgħat u kemm kienet l-ispiża għal kull laqgħa?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul din is-sena l-bord tal-Awtorita’ tad-Djar ltaqa’ kif gej:- Board Meetings - 2012 Meeting No Month - Venue Cost € 1 January HA Nil 2 February HA Nil 3 March HA Nil 4 April HA Nil 5 May HA Nil 6 June HA Nil 7 July MEUSEC - MCESD Offices - Gozo 307.35 8 August HA Nil 9 September HA Nil 10 October HA Nil

infiq fuq mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq mobile phones, inkluz xiri ta' mobile phones u kontijiet, minn April 2008 sal-lum, minn dawk l-uffiċċjali kollha li huma intitolati għalih u li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż awtoritajiet u entitajiet oħra?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: - Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza: kontijiet €3,861.34, xiri ta’ mobile phones: nil - Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’: Kontijiet €8,150.98, xiri ta’ mobile phones: €375 - Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali: kontijiet: €7,964.49 xiri ta’ mobile phones: €544 - Kummissarju ghall-Ghaqdiet Volontarji: nil - MCESD: kontijiet €11,171.47, xiri ta’ mobile phones nil - MEUSAC: kontijiet €7,075.19, xiri ta’ mobile phones €435 - Kummissarju ghat-Tfal: kontijiet €1,694.68, xiri ta’ mobile phones:nil - Fondazzjoni ghall-Harsien tas-Servizzi Socjali: Kontijiet €20,918.18, xiri ta’ mobile phones nil - Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: kontijiet €2,697.56, xiri ta’ mobile phones €186.35 - Awtorita’ tad-Djar: kontijiet €54,328.96, xiri ta’ mobile phones €1,357.36 - Qrati tal-Gustizzja: kontijiet €93,154.04, xiri ta’ mobile phones €3,560.30 - Sigurta’ Socjali: kontijiet €104,925.04 (total jinkludi zieda fid-Diretturi u bejn l-2009 u l-2010 is-Segretarjat Parlamentari ghas-Sahha u ghall-Anzjani), xiri ta’ mobile phones €934

Laqgħa mas-CEO tal-OSCE u ODIHA

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid saritx laqgħa f'Awwissu li għadda mis-CEO tal-OSCE u/jew ODIHA dwar meta sa ssir l-elezzjoni ġenerali t'Malta? Ingħatatx id-data lil din l-organizzazzjoni internazzjonali? X'ġie diskuss? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-minuti tal-laqgħat li nżammu mas-CEO msemmi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret ebda laqgħa mas-CEO tal-OSCE. Saret laqgħa mas-Segretarju Generali tal-OSCE, f'liema laqgħa ma ssemmitx meta se ssir elezzjoni ġenerali

Qorti tal-Unjoni Ewropea — post vakanti ta' imħallef

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) min intagħżel għal post vakanti ta' imħallef fil-Qorti ġenerali tal-Unjoni Ewropea; b) kemm hu t-terminu; ċ) għaliex fil-kariga tal-gazzetta tal-gvern t-terminu kien ta' sitt snin; d) min intgħażel għal post vakanti ta' imħallef fil-Qorti tal-Unjoni Ewropea; e) jekk ma intgħażel ħadd, għaliex; f) min kienu l-membri tas-selection board; u g) meta saru l-interviews?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ghall-post vakanti ta’ mhallef fil-Qorti Generali tal-Unjoni Ewropea u dak vakanti fil-Qorti tal-Gustizza tal-Unjoni Ewropea gew nominati Prof Eugene Buttigieg u l-Imhallef Anthony Borg Barthet rispettivament. Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dawn in-nomini qed isiru mill-Gvern Malti abbażi ta’ mertu u wara proċess ta’ għażla pubblika. Sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet għaz-zewg karigi ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern u fil-media lokali. Twaqqaf Kumitat ta’ Għażla sabiex jevalwa l-applikazzjonijiet li daħlu, ifassal lista tal-kandidati li kellhom il-kwalifici u jintervista lil dawk magħżula fil-lista. Il-Kumitat ta’ Għażla kien magħmul mill-Prim Imħallef, eks imħallef li serviet fil-Qorti tal-Unjoni Ewropea, l-Avukat Ġenerali, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea u s-Segretarju tal-Kabinett tal-Ministri fir-rwol ta’ Segretarju tal-Kumitat filwaqt li l-intervisti saru s-Sibt 16 u t-Tlieta 19 ta’ Gunju 2012.

Liġi tal-Kompetizzjoni — ksur tal-liġi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 33657, apparti dawk id-deċiżjonijiet li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra li jikkonċernaw biss deċiżjonijiet meħuda taħt ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet, jista' l-Ministru jpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja, anke mhux kunfidenzjali, tad-deċiżjonijiet meħuda u rapporti mressqa quddiem il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust wara li jkunu ġew mressqa ilmenti dwar xi allegat ksur ta' Artikolu 5 jew Artikolu 9, jew it-tnejn, tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, li milli nifhem skont it-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari riferuta aktar kmieni fil-każ ta' dak li kien id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni kienu sitt deċiżjonijiet u kien hemm żewġ rapporti li ġew eżebiti quddiem il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust filwaqt fil-każ tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur kien hemm ħames deċiżjonijiet?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija Parlamentari 33657 kienet dwar kemm ħa deċiżjonijiet l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni kemm meta kien jifforma parti mid-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni u kemm wara li sar jifforma parti mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Għaldaqstant fl-istatistika għar-risposta li ingħatat ġew inklużi d-deċiżjonijiet li ttieħdu taħt ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet billi dawn ukoll huma deċiżjonijiet tal-Uffiċċju. B’referenza għall-mistoqsija Parlamentari nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant illi meta l-Uffiċċju kien parti mid-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni hu kien ħa tliet deċiżjonijiet taħt l-Att dwar il-Kompetizzjoni li kopja tagħhom qiegħda tiġi mqiegħda fuq il-mejda tal-kamra. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapporti preżentati quddiem il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust, li l-proċeduri tagħha kienu in camera, ma jikkostitwux deċiżjoni finali tal-Uffiċċju u għaldaqstant mhumiex soġġetti għall-pubblikazzjoni taħt l-Att dwar il-Kompetizzjoni qabel ġie emendat bl-Att VI tal-2011. Fil-każ tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur, id-deċiżjonijiet li ittieħdu s’issa kienu taħt ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta` Konċentrazzjonijiet. Taħt l-Att dwar il-Kompetizzjoni inħareġ rapport preliminarju dwar is-suq tal-uniformijiet li minn dakinhar li ingħatat ir-risposta għall-mistoqsija Parlamentari 33657 issa ġie segwit b’rapport finali dettaljat li qiegħed ukoll jiħi mqiegħed fuq il-mejda.

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta — żieda fil-press tal-ħalib

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjoni li kellha ssir minn dak li kien l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta, illum Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur, mitluba mill-gvern f'Jannar tas-sena l-oħra wara li kien żdied il-prezz tal-ħalib, ġietx konkluża? Jista' jgħid x'kienet il-konklużjoni tal-Uffiċċju dwar jekk iż-żieda fil-prezzijiet kenitx ġustifikata jew le? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja mhux kunfidenzjali ta' din id-deċiżjoni?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34262.

Ħaż-Żabbar — Triq il-Kunsill tal-Ewropa - resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa r-resurfacing ta’ Triq il-Kunsill tal-Ewropa ġewwa Ħaż-Żabbar u kemm dam għaddej ix-xogħol fuq din it-triq u f’liema jum tlestiet din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-resurfacing ta’ Triq il-Kunsill tal-Ewropa sewa lil Transport Malta s-somma ta’ €79,999.66. Ix-xogħol fuq it-triq dam għaddej ħamest’ijiem u sar bejn l-24 u t-28 t’Ottubru 2011.

Bord tad-Diretturi — membri

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx xi membri tal-bord tad-diretturi (inkluż is-segretarju tal-istess bord) tal-kumpanija Gozo Channel li matul l-aħħar 12-il xahar taw servizz professjonali kemm huma personalment kif ukoll żwieġhom u/jew kumpaniji li huma jew żwieġhom ħadmu jew jaħdmu magħhom, lill-kumpanija Gozo Channel stess? Jista' jgħid min kienu l-persuni u/jew kumpaniji li taw tali servizz? Jista' jgħid b'liema tip ta' sejħa ġie kkuntrattat kull servizz professjonali imsemmi? Jista' jgħid jekk saritx sejħa pubblika għall-offerti dwar min ħa d-deċiżjoni li jingħataw direct orders? Jista' jgħid jekk dawn il-persuni u/jew kumpaniji ddikjaraw il-kunflitt ta' interess tagħhom? Jista' jgħid kemm kienet l-istima oriġinali għal kull servizz ikkuntrattat u kemm kien il-ħlas effettiv għal kull servizz?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kumpanija Gozo Channel Co. Ltd f’dawn l-aħħar tnax-il xahar għamlet użu mis-servizzi ta’ Dr. Georgine Grech minn Grech & Grech Associates. Dr. Grech hija s-segretarja tal-bord tal-Gozo Channel. Is-servizz ta’ Dr. Grech ingħata b’Direct Order b’kuntratt ta’ 4 snin (Direct Order Office Ref. No. MF 100/05/2). Il-ħlas dovut lil Dr. Grech huwa ta’ €1,200 fix-xahar fejn €200 huwa ħlas għal servizzi ta’ Board Secretary u €1000 huwa retainer fee għall-servizzi legali.

Transport Malta — importazzjoni ta' karozzi kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mnejn il-konsumatur li mhuwiex midħla tal-liġi, li jkun interessat jimporta karozza kummerċjali, jista' jsib il-klawsola li tinsab f’Tax Act 368, fejn persuna tista' timmodifika l-magna tal-vettura għal Euro 4, qabel ma sseħħ ir-reġistrazzjoni tal-vettura, mill-website tal-Transport Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-link mal-websajt ta' Transport Malta fejn f'paragrafu 12.5 tad-dokument, wieħed jista jsib il-klawsola li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant.

MCAST — Lufthansa Tecknik Course

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-istudenti li gradwaw fil-kors tal-MCAST magħruf bħala Lufthansa Tecknik Course u kemm minn dawk li gradwaw ġew impjegati mal-istess Lufthansa Tecknik? Tista' tikkonferma kemm minn dawk li għadhom ma ġewx impjegati, meta huwa l-ħsieb li jiġu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-ebda mill-korsijiet full-time marbutin mal-avjazzjoni li joffri l-MCAST ma huwa magħruf bħala ‘Lufthansa Tecknik Course’. Il-korsijiet tal-MCAST marbutin mat-tiswija tal-ajruplani huma : · MCAST Aircraft Maintenance Technician Course (Leading to EASA Part-66 CAT B1.1 Examinations) · MCAST Aircraft Maintenance Technician Course (Leading to EASA Part-66 CAT B2 Avionics Examinations) · EASA Part-66 Aircraft Maintenance Category A Licence Course L-MCAST m’għandux informazzjoni dwar meta u fejn ikunu sabu impjieg dawk li jtemmu kors fl-istess Kulleġġ. Waqt li l-MCAST jaħdem bis-sħiħ biex jiżgura li l-korsijiet li joffru jagħtu lill-istudenti l-ħiliet u l-kwalifiċi meħtieġa biex ikun aktar faċli li jsibu impjieg tajjeb fi żmien qasir.

benefiċċju tal-mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ilha s-snin ma tieħu benefiċċju tal-mard?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bir-raguni il-għala ilha snin ma tieħu Benefiċċju għall-Mard.

Investigazzjoni fuq mewt fl-Isptar Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta interna wara l-mewt tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li mietet fl-Isptar Mater Dei fl-istess jum li kienet ddaħħlet l-isptar b'uġiegħ f'saqajha? Ma jaħsibx li għaddew sew iż-żmien biex din l-inkjesta titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Isptar Mater Dei m’ġħamilx inkjesta interna fuq il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, iżda qed issir inkjesta maġisterjali, li ġħadha ġħaddejja. L-istorja medika tal-persuna msemmija qegħda għand il-maġistrat li qiegħed imexxi l-inkjesta. F’dan id-dawl, din il-Mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #36404 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Korp tal-Pulizija — ingaġġ ta' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jghid fuq liema kriterju l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li applika biex jidħol fil-Korp tal-Pulizija, ġie aċċettat u wara ġie rifjutat minħabba l-contact lenses meta membri oħra tħallew jidħlu b'kundizzjoni simi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant, ma ssodisfatx ir-rekwiżit dwar il-vista tal-għajnejn skont ir-regolament 3(b)(ii) tar-Regolamenti dwar il-Pulizija ta' Malta (Avviż Legali 14/60 kif sussegwentament ammendat) u dan wara li naqset li tilbes il-contact lenses sabiex tkun tista' tikkorreġi l-vista tagħha.
Leg 11 PQ #36179 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

suldati attrezzati kontra l-ġemgħa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex iż-żmien li s-suldati jkunu attrezzati b’apparat sabiex jipprevjenu kontra l-attakki tal-ġemgħa tal-istess immigranti irregolari li jseħħu spiss l-aktar meta jafu li s-suldati jkunu out numbered , jiġifieri suldat wieħed f’kontroll kontra ġemgħa li tista’ tlaħħaq sa 275 immigrant irregolari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-prassi aċċettata f'ċentri tad-detenzjoni madwar l-Ewropa hija li l-impjegati tas-sigurta' ma jkunux armati imma joqgħodu fuq l-esperjenza tagħhom u s-sigurta' tal-post biex jevitaw li jiġu megħluba minn ġemgħa ta' nies fid-detenzjoni. Infurmat li hekk isir ukoll mis-Servizz tad-Detenzjoni hawn Malta fejn, f'ċirkustanzi ta' inkwiet minn ġemgħa immigranti, l-uffiċjali tad-detenzjoni jistgħu jitolbu l-għajnuna ta' l-Armata u l-Pulizija jekk ikun meħtieġ.