Peress li f'Malta, l-unika żewġ power stations jużaw fil-maġġor parti tagħhom il-heavy fuel oil, jista' l-Ministru li huwa responsabbli tal-Korporazzjoni Enemalta jagħti breakdown tat-turbini kollha eżistenti mħaddma b'dan it-tip ta' fuel, inkluż l-effiċjenza tagħhom għal kull tunellata metrika heavy fuel oil li jinħaraq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f'seduta oħra.
Awtoritajiet, Dipartimenti u Aġenziji tal-Gvern — ħlas ta' kera
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm iħallsu f’kera fuq bażi annwali dawk l-Awtoritajiet, Dipartimenti tal-Gvern u Aġenziji tal-Gvern bħalma hi l-MITA (ex-Mitts)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha topera l-MITA, qabel magħrufa bħala l-MITTS, kemm ħallset f’kera għall-proprjetajiet li topera minnhom f’kull xahar, lil min kienet tħallas u llum lil min tħallas tali kera?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi l-oriġini tal-MITA hi l-MSU li ġiet imwaqqfa fl-1990.
Ninsab infurmat ukoll li għall-proprjetajiet mikrija l-MITA tħallas €30,186 fix-xahar (€28,381) għall-Gattard House u fl-1992 kienet tħasllas €15,634.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallas f’kera d-Dipartiment tat-Taxxi Interni tal-proprjetà li kien jopera minnha għal xi snin fil-Furjana, fejn dahri kien hemm il-Customer Service? Lil min kienet titħallas il-kirja u għal kemm żmien?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tat-Taxxi Interni għamel total ta’ ħames snin (1999 sa 2004) jopera il-Customer Service Section minn propjetà mikrija minngħand KPMG Services Ltd. Il-kera li tħallset tul dawn il-ħames snin ammontat għal total ta’ Lm 44,200 (Euro 102,958).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset f’kera għall-perjodu ta’ żmien li t-Tax Compliance Unit għamlet topera minn ġol-proprjetà fil-Marsa u għal kemm żmien damet topera minn hemm?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-Tax Compliance Unit għamlet total ta’ għaxar snin topera minn ġol-proprjetà fil-Marsa, u għal dan il-perjodu tħallset kera ta’ €1,483,989.
Breast Screening Unit — spiża ta' embellisment u apparat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-post mnejn qed topera l-Breast Screening Unit fil-Belt, kemm bħala embellishment tal-proprjetà kif ukoll l-apparat? Jista' jikkonferma jekk wara li jinfetaħ l-isptar tal-onkoloġija din il-unit hix se tiġi trasferita għal hemm?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ċ-Ċentru Nazzjonali għall-Breast Screening f’Lascaris, il-Belt Valletta, ġie jiswa Ewro 1,346,012.00 bħala spiża kapitali. Din tinkludi apparat mediku, apparat tal-I.T., u xogħol ta’ refurbishment.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan iċ-ċentru joffri servizz ta’
breast screening
lil nisa li huma b’saħħithom, waqt li l-Isptar ta’ l-Onkoloġija huwa immirat lejn dawk il-pazjenti li huma morda bil-kanċer. Il-Gvern qiegħed jimxi mal-linji gwida tal-Unjoni Ewropeja dwar assikurazzjoni ta’ kwalità fi programmi ta’
screening
, li jirrakkomandaw li dawn is-servizzi jiġu offruti fil-komunità u mhux f’ambjent ta’ sptar għaliex huma servizzi preventivi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-perjodu ta' żmien li tabib li għandu jagħmel wara li jkun iggradwa bħala servizz fl-isptar (internship)? Kemm hemm każijiet li tobba ma komplewx dan is-servizz u għal liema raġuni, mis-sena 1994 sal-2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma hemm l-ebda perjodu li t-tobba huma obbligati li jagħtu s-servizz tagħhom fl-Isptar tal-Gvern wara li jiggradwaw.
Dħul dikjarat ta' kumpaniji reġistrati bħala self employed
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dħul dikjarat għall-fini tat-taxxa mill-kumpaniji u minn dawk reġistrati bħala self employed għas-snin bażi 2006 sa 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba rigward kumpaniji ma tistax tingħata għas-snin bażi minħabba li numru ta’ kumpaniji jkollhom accounting date differenti u għalhekk is-sena tagħhom ma tkunx dik kalendarja.
Għaldaqstant rigward kumpaniji l-informazzjoni għas-‘snin ta’ stima’ 2007 sa 2009 qed tingħata f’Tabella Numru 1 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu, tajjeb li jingħad li dan id-dħul ma jikkorrispondix mal-
income
li jkun maqlugħ fis-snin bażi 2006 sa 2008. Ta’ min iżid jgħid ukoll li dwar is-sena ta’ stima 2010 l-informazzjoni ma tistax tingħata minħabba li l-maġġoranza ta’ dawn il-kumpaniji jissottomettu l-formoli tat-taxxa rispettivi lejn l-aħħar ta’ Novembru.
Id-dħul dikjarat minn individwi reġistrati bħala
self employed
għas-snin bażi 2006 sa 2008 (snin ta’ stima 2007 sa 2009) hu kif indikat f’Tabella Numru 2 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni mitluba fir-rigward tas-sena bażi 2009 għadha mhux iffinalizzata, għaldaqstant mhux qed tingħata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11414 li saret f'Ottubru 2009 u jagħti rendikont dettaljat ta' fiex wasal il-proġett tat-Terminal taċ-Ċirkewwa? Kemm kienet in-nefqa proġettata lura għas-snin 2002/2003? Kemm intnefaq sal-lum, maqsumin fuq kull sena u għaliex dan il-proġett dam daqstant? Fl-istess waqt, nitlob li jiġi ppubblikat kemm kien ser jiswa oriġinarjament il-proġett tat-Terminal tal-Imġarr, kemm dam għaddej ix-xogħol fuqu, kemm ġiet tiswa d-differenza fl-ispiża għal kull terminal, għaliex u fid-dettall?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi l-proġett tat-Terminal taċ-Ċirkewwa wasal fil-fażi tat-tendering u aġġudikazzjoni relattiva;
L-istima oriġinali tat-terminal taċ-Ċirkewwa kienet ta’ €17.3 miljun iżda l-iskala issa tnaqqset u l-ispiża kuntrattata mistennija tonqos;
S’issa fuq il-breakwater u mollijiet fiċ-Ċirkewwa ntefqu €18.6 miljun u ma jidhirlix li kien hemm xi dewmien partikolari;
L-istima għall-proġett tat-terminal tal-Imġarr kienet €13-il miljun waqt li ntefqu €11.8 miljun.
Konsulenzi minn entitajiet tal-Gvern minn kumpanija legali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13810 li saret Prim Ministru u issa qed tiġi riferuta lilu u jagħti rendikont ta' kemm il-kandidat Nazzjonalista li ismu qed jintbagħat separatament jew il-kumpanija legali tiegħu, daħħal/daħħlet f'konsulenzi minn entitajiet tal-Gvern matul dawn l-aħħar żewġ leġislaturi? Fuq liema merti ġie magħżul hu jew il-kumpanija legali tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14378 li saret f'Jannar li għadda u jgħid x'kienet ir-raġuni għala Manuel Dimech Bridge dam aktar mill-previst sabiex jitlesta? B'kemm ġie mtawwal dan il-proċess u kemm ġie jiswa aktar dan il-bridge mill-budget previst sabiex tlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed iżżomm ammont ta’ pagamenti ekwivalenti għall-ammont ta’ penali skont il-kuntratt tax-xogħlijiet in kwistjoni minħabba li qed tisħaq illi d-dewmien fit-tlestija tal-proġett kien minħabba numru ta’ nuqqasijiet min-naħa tal-kuntrattur. Il-proġett dam 267 jum iktar mill-perjodu stipulat fil-kuntratt. L-ammont tal-kuntratt huwa ta’ EUR 4,649,562.08. Il-pagamenti li tħallsu għal xogħol fuq dan il-proġett ma jeċċedux dan l-ammont.
Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet l-applikazzjoni urġenti tal-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, stante li hija vittma ta' vjolenza?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna in kwestjoni qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa, iżda ma jidher imkien li hi vittma ta’ vjolenza. Għalhekk, l-aħjar pass ikun li l-applikanta tmur fis-sezzjoni tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar u twassal din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu smart meters sa Novembru 2009 u kemm twaħħlu minn Novembru 2009 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ smart meters ta’ l-elettriku li twaħħlu sa Novembru 2009, kif ukoll minn Novembru 2009 s’issa, huwa kif ġej:
Sa l-aħħar ta’ Novembru 2009
6,863
Minn Diċembru 2009 sa 17 ta’ Settembru 2010
23,758
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont miġbur fi flus bħala differenza fejn twaħħlu l-ismart meters minflok il-meters l-antiki, jiġifieri d-diskrepanza li twassal sabiex wieħed jagħraf li bniedem kien jisraq fid-dawl?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jiċċara l-mistoqsija tiegħu.
Awtoritajiet, Dipartimenti u Aġenziji tal-Gvern — ħlas ta' kera
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm iħallsu f’kera fuq bażi annwali dawk l-Awtoritajiet, Dipartimenti tal-Gvern u Aġenziji tal-Gvern bħalma hi l-MITA (ex-Mitts)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.
proprjetà tal-Gvern fil-Belt Valletta — qliegħ minn kiri
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se tibda topera s-sistema kompjuterizatta LEMIS fi ħdan it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern, sabiex b'hekk ikun jista' jirrispondi t-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 11762?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġett tal-Lemis għadu fi stadju ta’ implimentazzjoni. L-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett fih varji stadji u meta dan jitlesta, ippjanat għall-aħħar ta’ l-2012, jibda l-proċess ta’ data inputting fis-sistema. Għad m’hemmx data meta dan il-proċess se jitlesta, u għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant, tkun tista’ tingħata meta dan il-proċess ikun komplut.
kawżi li tressqu quddiem it-Tribunal tal-Inġustizzji, l-Ombudsman u l-Qrati kontra l-Gvern Nazzjonalista
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ kawżi li tressqu quddiem it-Tribunal tal-Inġustizzji, l-Ombudsman u l-Qrati dwar kawżi ta’ diskriminazzjoni li saru mill-Gvern Nazzjonalista ta’ bejn 1987 u 1996? Kemm minnhom tilef il-Gvern u x’inhu l-ammont totali li tħallas bħala settlement vis-à-vis dawn il-kawżi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab informat illi fit-Tribunal ta’ l-Inġustizzji kienu ġew ippreżentati 906 kawżi.Kien hemm 479 kawża li ġew deċiżi kontra l-Gvern u dan sad-data li baqgħet tinżamm tali statistika u ċioe sas-27 ta’ Mejju 2004.
Ma tinżammx statistika ta’kawzi ta’ diskriminazzjoni li saru kontra l-Gvern ta’ bejn l-1987 u l-1996 u li ġew intavolati fil-Qrati Ċivili.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12008 li kienet saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm tħallsu l-konsulenti li ġew minn barra fir-rigward tar-rehabilitation hospital li kien ippjanat li jsir f'St Vincent de Paule?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-konsulenti li ġew minn barra fir-rigward tar-rehabilitation hospital li kien ippjanat li jsir f’St. Vincent de Paule tħallsu €11,985.00.