Jista' l-Ministru jindika għal kull power station, kemm-il KW unit jinħlew jew ma ġewx accounted for fl-aħħar ħames snin li għaddew?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tajjeb li wieħed jifhem li
Unaccounted units
huma technical losses li huma prodotti mill-
powerstations
tagħna u li ma jsibux ruħhom fil-kontijiet.
Bażikament, it-telf ta’ dawn il-
units
jirriżultaw minn proċess ta’ tisħin tal-linji,
cable transformers
, eċċ, kif ukoll minħabba l-ħolqien ta’
stray magnetic fields
.
Barra minn dawn, jista’ jkun hemm ukoll
non-technical losses
li jirriżultaw minn serq jew problemi tekniċi fil-
meters
. Dawn tal-aħħar huma mistennija jitnaqqsu konsiderevolment la darba tkun qed topera bis-sħiħ is-sistema tal-
ismart meters
.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet marbuta mal-liċenzja tar-radam fil-barriera ta' Wied Inċita f'Ħaż-Żebbuġ u Ħ'Attard, li r-ritratti u d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Għaliex mhux jitteħdu passi sabiex l-għoli tar-radam f'Wied Inċita ma jibqax jogħla aktar? Għaliex ma tteħdux passi sabiex l-impjant tal-bricks bla permess li hemm f'Wied Inċita jieqaf jaħdem? Għaliex għadhom ma ttieħdu l-ebda passi sabiex fil-barriera f'Wied Inċita, Attard, li hi art tal-Gvern mogħtija b'ċens temporanju, fejn it-tqattigħ fil-barriera spiċċa jerġa' jiġi riabilitat għall-art agrikola u dan kif obbligat jagħmel skont il-kuntratt taċ-ċens temporanju?
Tista' l-Ministru tara li l-persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separatament li applikat biex tiġi reinstated, effettivament din tiġi hekk reinstated bħalma ġara f'każijiet simili?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-każ tal-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant għadu qed jiġi kkunsidrat.
Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar il-pagi/salarji inkluż allowances tal-Management, Chairman u Chief Executive Officer tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-pagi/salarji inkluż allowances tal-Management, Diretturi u Chairman ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kif mitlub.
Peress li f'Malta, l-unika żewġ power stations jużaw fil-maġġor parti tagħhom il-heavy fuel oil, jista' l-Ministru li huwa responsabbli tal-Korporazzjoni Enemalta jagħti breakdown tat-turbini kollha eżistenti mħaddma b'dan it-tip ta' fuel, inkluż l-effiċjenza tagħhom għal kull tunellata metrika heavy fuel oil li jinħaraq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ebda mit-turbini taż-żewġ power stations ma joperaw bil-heavy fuel oil. Madankollu l-effiċjenza tal-boilers tal-impjant li joperaw bil-heavy fuel oil u li jissuplixxu steam lit-turbini, għal kull tunellata metrika ta’ fuel, huwa indikat hawn taħt:
Marsa Steam Units 3-7 3.0 MWh kull tunnellata metrika fuel
Marsa Steam Unit 8 3.6 MWh kull tunnellata metrika fuel
Delimara Steam Units 1-2 3.0 MWh kull tunnellata metrika fuel
Jista' l-Ministru jgħid jgħid fiex waslet l-investigazzjoni li tikkonċerna rapporti ta' evażjoni ta' VAT fil-konfornt tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba li hija marbuta bis-segretezza uffiċċjali skont l-Artikolu 56 ta’ l-ATT XXIII dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud.
Jista' l-Ministru jg]id x'inhi r-raġuni għaliex s-shift allowance għal Health Assitant ma nħarġitx għalkemm inħadmet lil dawk jew dak li mhux fil-wards?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ippubblikati inventarji ta’ tniġġis ta’ stabbilimenti li jaqgħu taħt il-provediment tal-integrated pollution and control directive – IPPC tal-1996, fejn l-istabbilimenti inkluż il-power stations u miżbliet, huma rikjesti li jagħtu rendikont lill-pubbliku u liċ-ċittadini? Kemm ippubblikat minn dawn ir-rapporti l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-impjanti f'Malta li jaqgħu taħt id-Direttiva tal-IPPC (Integrated Pollution Prevention and Control) huma obbligati li jissottomettu rapport annwali rigward il-performance ambjentali tagħhom (Annual Environmental Report). Il-MEPA qed tippubblika dawn ir-rapporti fuq il-websajt tagħha, (www.mepa.org.mt/ippc-applications-installations, fejn ir-rapporti annwali huma maqsumin skont l-impjant). S'issa l-MEPA ppublikat disa' Annual Environmental Reports ta' impjanti tal-IPPC. Barra minn hekk, il-pubbliku jista' wkoll jitlob informazzjoni ambjentali addizzjonali li tkun ġiet sottomessa lill-MEPA minn dawn l-impjanti.
Malta wkoll kull sena tissottometti rapport lill-Kummissjoni Ewropea li jikkonsisti f'inventarju ta' rilaxx ta' inkwinanti u trasferimenti ta' skart minn impjanti li jaqgħu taħt id-Direttiva tal-IPPC u xi oħrajn. Żewg rapporti (tas-sena 2007 u 2008) diġa' ġew sottomessi taħt il-provvedimenti tar-Regolament dwar ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti, EC 166/2006 u huma disponibbli għall-pubbliku minn http://prtr.ec.europa.eu/. Ir-rapport tal-2009 ser ikun sottomess fis-sena 2011, skont il-provvedimenti ta' dan ir-Regolament.
Jista’ l-Prim Ministru jassigura li t-tarzna, issa operata minn Palumbo u l-proġett l-ieħor tal-yachts, hux se jiġi marbut bl-istess proċeduri tad-direttiva IPPC tal-1996, u jekk qabel jingħata l-go ahead sabiex jopera, tawx rendikont ibbażat fuq studju serju ta’ x’se jkun l-impatt fuq l-ambjent? Kemm se jiġi ġġenerat tniġġis? Kif se jiġi trattat u kif se jissalvagwardja liċ-ċittadini tad-dawra u dawk li jinsabu fis-South ta’ Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett tal- yachtsma jaqax taħt l-iskop tad-direttiva ta' l-IPPC (L.N. 234 ta' 2002 kif emendata). Fir-rigward tat-tarzna, il-MEPA bħalissa għadejja minn diskussjonijiet ma' l-operatur tat-tarzna biex tevalwa jekk l-operat jaqax taħt l-iskop ta' din id-direttiva. Jekk wara dawn id-diskussjonijiet, jirriżulta li t-Tarzna ma taqax taħt l-iskop ta' l-IPPC, il-MEPA tibda diskussjonijiet ma' l-operatur rigward il-possibilita' li l-operat ikun suġġett għal permess ambjentali (environmental permit). Dan il-permess ikun ikopri aspetti ambjentali bħal emissjonijiet lejn l-arja u l-baħar u l-immaniggjar ta' l-iskart fost l-oħrajn. Bħalissa il-MEPA qiegħda timplimenta dawn il-permessi b'mod volontarju, għalkemm hemm il-ħsieb li fil-futur din is-sistema ta' permessi ambjentali issir obligatorja għal attivitajiet ta' dan it-tip.
Jista' l-Ministru jgħid kemm illum jaħdmu jew aħjar ġew kummissjonati, sew mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u sew mill-Protokol Taljan? Jista' jgħid kemm tunellati ta' sludge ġew iġġenerati u kif dan ġie trattat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor Interpellant jiċċara l-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew trasportati tunellati ta' sludge s'issa mill-impjant t'Għawdex għall-faċilità tat-trattament f'Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ġew trasportati madwar 3,700 tunellati ta’ sludge sax-xahar t’Awwissu 2010 minn meta beda jopera l-impjant f’ Novembru ta’ l-2007.
Naħseb li l-Ministru jaqbel li l-akbar impjant illi se jilqa' fih 85% tad-drenaġġ ta' Malta, li preżentament dan jispiċċa f'Wied Għammieq qiegħed fil-proċess ta' kostruzzjoni, għalkemm il-gvern kien wiegħed lill-Kummissjoni Ewropea li kellu jitlesta bejn 2007 u 2008. Jista' l-Ministru jagħti stima ta' kemm se jiġi ġġenerat sludge fis-sena minn dan l-impjant, kemm se jiġu jiswew it-treatment costs ta' dan is-sludge għal kull tunellata? Fejn se jiġi trattat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-impjant li qed jinbena f’Ta’ Barkat limiti tax-Xgħajra, qiegħed fi stadju avvanzat.
Huwa mistenni li l-impjant se jiġġenera madwar 34,000 tunnellata ta’ sludge fis-sena.
Hemm ftehim mal-Wasteserv li dan l-i
sludge
se jintlaqa' il-
landfill
ta’ l-Għallis. Minkejja dan l-arrangament il-KSI se tibda tikkonsidra mezzi ta’ trattament sabiex timinimizza l-impatt ta’ dan il-materjal fuq il-
landfill
u tnaqqas l-ispejjeż ta’ l-operat f’dan ir-rigward.
L-ispiża sabiex dan il-materjal jintrema il-landfill hija stmata li se tammonta madwar € 0.85 miljun fis-sena.
WasteServ — rapport fuq il-livelli ta' diosina u persistant organic pollutants
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport imħejji mill-konsulenti mqabbdin mill-WasteServ sabiex jistudjaw u jiżvellaw il-livelli ta' diosina u persistant organic pollutants fil-lokalitajiet u l-viċinanzi tal-Magħtab, qabel ma sar it-trattament u de-gassing meħtieġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-rapport tpoġġa fuq il-website tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali fil- 11 ta’ Frar 2005 fil-link http://www.mrra.gov.mt/downloads.asp . Għall-benefiċċju tal-Onor. Membru qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja elettronika ta' dan ir-rapport.
Rapport ta' moniteraġġ tal-persistant organic pollutants
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti ta' moniteraġġ għal dawn l-istess pollutants (persistant organic pollutants) sabiex iserraħ moħħ il-poplu illum, li t-trattament li sar fil-Magħtab li kien sewa madwar €40miljun, kien effettiv?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-proġett tal-Aerial Emissions Control fil-Magħtab ma sewiex €40 miljun iżda madwar €10 miljuni u kien jinkludi trattament ta’ emissjonijiet f’żewġ miżbliet oħra. Rapporti dwar il-moniteraġġ ta’ diossina jingħataw b’mod regolari lill-MEPA. Ir-rapport għas-sena 2009 li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra juri li l-kwantità ta’ diossina naqset b’99% mill-medja li ġiet identifikata fir-rapport mħejji qabel ma sar it-trattament u de-gassing meħtieg. Sadanitant dan il-monitoraġġ baqa' għaddej fl-2010 u r-riżultati uffiċjali jiġu rappurtati lill-MEPA fl-ewwel kwart tas-sena 2011.
Jista’ l-Prim Ministru jirrivela kif il-provedimenti tal-air quality framework directive tal-1996 qed jiġu mwettqa, speċjalment vis-à-vis it-tagħrif li jingħata lill-pubbliku rigward il-livelli tat-tniġġis fl-arja b’mod li jkun aktar user friendly, inkluż anke l-forecasting ta’ ċerti pollutants fuq medda ta’ tlett ijiem bil-quddiem? Kemm sar minn dan ir-rappurtaġġ kemm ilna li dħalna membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa il-pubbliku jista' jaċċessa d-data li jiġġeneraw l-istazzjonijiet ta' kejl fiss li għandha il-MEPA permezz tas-sit elettroniku tal-MEPA http://www.mepa.org.mt/airquality . L-istazzjonijiet tal-Għarb u f'Kordin juru d-data in real time u flimkien mal-kejl tal-konċentrazzjoni tas-sustanza inkwinanti f'ug/m3 jew mg/m3 juru ukoll air quality index li jaqsam il-kejl f'descriptors bħal low, moderate, high u very high. Ovvjament id data li tidher in real time tkun għadha mhux ivvalidata, għaliex dan huwa proċess ta' Quality Control tad- data li ħafna minnhu jrid jsir manwalment u jieħu l-ħin. Min-naħa l-oħra l-istazzjonijiet tal-Msida u taż-Żejtun għandhom sistema differenti (għalissa) l-ġġiegħel lill-MEPA tniżżel id-data darba kull jum u allura jidhru fuq is-sit elettroniku tal-MEPA ġurnata b'lura. F'dan il-każ ma jagħmilx sens li jkun hemm air quality index ħdejn din id-data. Però permezz tal-proġett fuq l-istrateġija dwar il-monitoraġġ ambjentali li huwa kofinanzjat mill-Fondi ta' struttura l-istazzjonijeit taż-Żejtun u l-Imsda se jinqalbu fuq is-sistema li għandhom l-istazzjonijiet l-oħra u jkollhom ukoll l-air quality index . Jekk kollox jimxi mal-programm dan se jseħħ sa l-aħħar ta' Marzu 2012. Eventwalment ġaladarba jkun operattiv l-istazzjon ta' kejl fiss f'Attard dan ukoll se jkollu din is-sistema. Ta' min jsemmi li b'erba' stazzjonijiet Malta huma konformi mar-rekwiziti tad-Direttiva 2008/50/KE f'dak li għandu x'jaqsam man-numru ta' siti ta' kampjunament u bl-istazzjoni f'Attard, Malta tkun qed tmur oltre dan ir-rekwizit.
Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant ghall-fatt li Direttiva 2008/50/EC li tirrevoka id-Direttiva Kwadru fuq il-kwalità tal-arja 96/62/EC ma tinkludi l-ebda obbligu li jingħata "il-
forecasting
ta' ċerti sustanzi inkwinanti fuq medda ta' tlett ijiem bil-quddiem". Skont Artiklu 26 ta' din id-Direttiva (li jittrata fuq l-informazzjoni li għandha tingħata lill-pubbliku), fejn jiġu osservati livelli ta' sustanzi inkwinanti ogħla mill-valuri limitu, flimkien mal-informazzjoni l-oħra li għandha tingħata l-pubbliku, għandu jkun hemm ukoll tbassir għall-wara nofs in-nhar jew ġurnata/ġranet sussegwenti rigward a) l-
area
geografika ta' fejn hu mbassar li jiġu rreġistrati dawn il-livelli għolja kif ukoll informazzjoni fuq xi tibdil li hu mbassar li jkun hemm fil-livelli ta' sustanzi inkwinanti (titjib, stabilizzazzjoni jew deterjorament).
Bħalissa il-MEPA qeda fil-proċess li tibni l-kapacità sabiex jkun jista' jsir l-immudellar tal-kwalità tal-arja kif ukoll it-tbassir tal-kwalità tal-arja u fil-fatt dawn it-tekniċi isemmew fil-miżura li tittrasponi id-Direttiva 2008/50/EC u li ħarġet għall-konsultazzjoni permezz ta' Notifika tal-Gvern 961/2010. Sa ma tinbena din il-kapacità l-MEPA qed toffri r-riżultati ta' dak li jisejjaħ kejl indikattiv u li f'Malta jsir permezz tan-
network
tal-
passive diffusive tubes
. Dan in-
network
jinkludi 'l fuq minn 100 sit ta' kampjunament mqassam f' 40 lokaliltà f'Malta u Għawdex u l-kejl jittieħed kull xahar. Permezz ta'dawn it-tubi, jitkejjlu l-ammonti ta' dijossidu tal-kubrit, dijossidu tal-azotu, bezene, toulene u xilene fl-arja u ġeneralment il-pubbliku jista' jingħata r-riżultati bejn wieħed u ieħor tliet xhur b'lura.
Il-Gazzetta tal-Gvern bid-data 4 ta' Awwissu 1961 ippubblikat 45 territorji esproprijati, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn ġew imħallsin? Kemm hemm minnhom li t-trattativi quddiem il-board tal-esproprijazzjoni spiċċaw u għalhekk huma konklużi però l-bord għadu ma tax sentenzi finali? Dan l-atteġġjament qed jinblokka l-proċeduri neċessarji biex il-proprjetarji jkunu jistgħu japplikaw il-Qorti ta' Strasbourg peress li l-Konvenzjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem hemm klawsola f'Artiklu 35 li tgħid: "The court may only deal with the matter after all domestic remedies have been exhausted, according to the generally recognized rules of international law and within a period of six months from the date on which the final decision was taken"? Ma jidhirlux l-Ministru li dan huwa atteġġjament abbużiv kontra d-demokrazija li tant niftaħru biha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern ta’ kull sena qed jalloka ammont ta’ flus fil-Budgets tiegħu fejn dawn imorru speċifikament għal ħlas ta’ art esproprijata. Dan se jibqa’ jsir sakemm għal dawk il-kuntratti u/jew artijiet li kienu esproprijati fil-passat, is-sidien jiġu kkumpensati. Mill-1993 'il hawn, il-gvern beda jħallas mill-ewwel għal kull espropriazzjoni li saret bil-prezz tas-suq sabiex ma jerġax jiġri dak li ġara fil-passat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex tiffunzjona l-pompa tad-drenaġġ li tinsab fil-bajja tar-Rinella u li tilqa' fiha d-drenaġġ tal-Ex Married Quaters u jekk tinsab wieqfa, kemm ilha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-pompa tad-drenaġġ li tinsab fil-bajja tar-Rinella u li tilqa' fiha d-drenaġġ tal-Ex Married Quarters taħdem normali fuq bażi ta' ON/OFF kull meta timtela is-sintina.
Bajja tar-Rinella — permessi ta' ristoranti u gabbani
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx permessi ta' ristoranti/gabbani li jinsabu fil-viċinanzi tal-bajja tar-Rinella u ta' min huma dawn il-propretajiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-applikazzjoni PA 3742/06, fejn kienu proposti “Additions and alterations to existing rooms and change of use to snack bar (including placing of tables and chairs)” fil bajja tar-Rinella, ġiet approvata u l-permess inħareġ fit-23 ta’ Ġunju 2009. Aktar dettalji dwar l-applikant jinkisbu mill-website tal-MEPA.
Bajja tar-Rinella — gabbani u ristoranti - komunikazzjoni tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-ristoranti/gabbani li jinsabu fil-viċinanzi tal-bajja tar-Rinella, għandhomx il-komunikazzjoni tad-drenaġġ kif stipulata fil-liġi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-ristoranti/gabbani li jinsabu fil-viċinanzi tal-bajja tar-Rinella, għandhom il-komunikazzjoni tad-drenaġġ kif stipulata fil-liġi u bil-permessi necessarji.