Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-proċedura addottata għall-għoti ta' permess ta' kiosk (struttura permanenti) fuq art tal-gvern fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura li ttieħdet f’dan ir-rigward kienet skont id-disposizzjoni tal-artiklu 3. (1) (a) tal-Att li jirregola it-Trasferiment ta’Artijiet tal-Gvern (Kap 268) li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet u fuq liema kriterji ħarġet il-permessi neċessarji sabiex il-kiosk li nbniet bħala struttura permanenti, ġiet mogħtija l-permess li titqiegħed f'pożizzjoni li ossia ħolqot blind corner bejn Triq il-Kaħli u Triq il-Mosta f'San Pawl il-Baħar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-kiosk ġiet mogħotija permess wara konsultazzjoni mal-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta, għaliex tikkonforma mal-Policy and Design Guidance tal-Kiosks, tinsab f'post ċentrali fit-town centre, u viċin ta' bus shelter, u għalhekk ideali bħala tourist information point. Il-permess ħareg b'kundizzjoni li l-kiosk tintuża biss bħala tourist information point, fejn ma jistax isir bejgħ ta' prodotti.
nies li jirreġistraw li issa għandhom għajnuna soċjali
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont minn Jannar 2007 sa Ottubru 2010 xahar b'xahar, kemm huma dawk li kienu jirreġistraw għax-xogħol fuq part 1 u part 2 u nqalbu fuq l-għajnuna soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn impjegati f’pajjiżna minn Jannar 2008 sax-xahar ta’ Ottubru 2010, li qegħdin jaħdmu abbażi ta’ kuntratt definit, kemm mas-settur pubbliku u anke fis-settur privat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ impjegati f’Malta u Għawdex li bdew jaħdmu bejn ix-xahar ta’ Jannar 2008 sax-xahar ta’ Ottubru 2010 u li għadhom jaħdmu s’issa, abbażi ta’ kuntratt definit (full time jew part time) kemm mas-settur pubbliku u anke fis-settur privat huwa kif ġej:-
Settur Pubbliku
Settur Privat
1,993
13,236
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa l-ammont ta’ impjegati minn Jannar 2008 sa Novembru 2010, li qed jigu impjegati fuq bażi ta’ xogħol temporanju (dawk mhux impjegati part-time)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ammont ta’ impjegati li bdew jaħdmu minn Jannar 2008 sa Novembru 2010 u li għadhom jaħdmu s’issa fuq bażi ta’ xogħol temporanju (impjegati
full time
biss) huwa ta’ 640.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jara jekk hemmx proċeduri pendenti biex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li preżentament tinsab fil-ħabs ta' Messina, Sqallija, u li mill-Appell illum ġew maħfura lilu għaxar snin ħabs, li jinġieb lura Malta biex ikompli jiskonta l-piena fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u dan b'rispett lejn it-trattati li hemm viġenti bejn Malta u l-Italja?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-korrispondenza dwar talba għat-trasferiment tal-persuna indikata taħt il-Konvenzjoni Ewropea għat-Trasferiment ta' Persuni Ikkundannati, li l-Ministeru tiegħi irċieva mill-Ministeru tal-Gustizzja, Dipartiment Amministrazzjoni Penitenzjara, Direzzjoni Distrettwali, Ragusa f'Gunju 2008, intbagħatet lill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, Malta li taħtu taqa' din il-materja.
.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19989 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta rriżenja l-bord tal-Pension and Contingency Fund?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Port Workers Pensions Contingency Fund ma rriżenjax.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il reserved parking għandha l-Awtorità dwar it-Trasport u għal min huma riservati? (awtoritajiet mhuwiex suppost li jkollhom reserved parkings)
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-reserved parking li għandha Transport Malta huwa maqsum kif ġej:
Uffiċini Floriana (Licencing & Testing) – 4
parking spaces
għall-impjegati u 2
disabled persons.
Uffiċini Sa Maison – 2
parking spaces
riservati għall-impjegati, 1 għal
authorised visitors
u
reserved parking
għall-
loading/unloading
u
disabled persons.
L-awtorità għandha wkoll
reserved parking
fil-
premises
tagħha f’dawn il-lokalitajiet: Marsa, Luqa u B’Kara, kif ukoll
reserved parkings
għal skopijiet ta’ nfurzar f’’diversi vened tal-karozzi tal-linja u
parkings
f’uffiċini fejn jinġabru flus mill-pubbliku (
offices handling cash
).
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — benefiċċji u allowances ta' assistant managers 'il fuq
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13292 u jgħid kemm hemm nies jaħdmu fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu u għandhom grad ta' assistant manager 'il fuq? Jista' jgħid dawn in-nies x’benefiċċji u allowances għandhom kull wieħed, kif ukoll x’pagi għandhom individwalment?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar ħames snin ġie trattat ilma minn impjant li ġie stallat għal dan il-għan f'Għawdex (ION Exchange)? Jista' jgħid jekk jeżistux impjanti simili għal Malta, hekk kif il-Gvern kien wiegħed fin-National Plan for the adoption of the acqui NPAA fl-2002? Meta ser jibda jiffunzjona dan l-impjant u b'liema teknoloġija ser jiġi mħaddem?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda impjant ta’ ion exchange maħsub u mwiegħed fin-National Plan tal-Acqui (NPAA) fl-2002, la għal Malta u lanqas għal Għawdex. Kien hemm biss impjant tat-trattament (polishing) tal-ilma għal Għawdex, liema impjant juża t-teknoloġija reverse osmosis. Qatt ma kien specifikat xi ħaġa simili għal Malta.
Permezz ta’ dan l-impjant f’Għawdex, fl-aħħar 5 snin ġew trattati il-volumi ta’ ilma kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
WasteServ — rapport fuq il-livelli ta' diosina u persistant organic pollutants
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19801, nixtieq niġbed l-attenzjoni li kont qed nitlob għar-rapport li sar fl-2002, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li ġie anness mal-applikazzjoni sabiex jinġabru l-fondi sabiex jiggustifikaw id- de-gassing ta’ diosina u l-persistant organic pollutants?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li r-rapport li ġie sottomess mal-applikazzjoni għall-fondi huwa dak li għalih saret riferenza fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19801.
Rapport ta' moniteraġġ tal-persistant organic pollutants
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19801 u 19802, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx l-istess kuntrattur li ċċertifika li s-sustanzi imsemmija fl-ambjent tal-madwar, naqas 99%? X’tip ta’ Quality Assurance Practice ġew addottati u li għadhom fis-seħħ s’issa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-figura ta’ 99% li waslet għaliha l-WasteServ tirriżulta minn kalkolu tal-emissjonijiet li tkejlu qabel sar il-proġett u dawk li tkejlu dan l-aħħar. Ix-xogħol tal-kuntrattur kien iċċertifikat minn konsulenti indipendenti. Il-Quality Assurance practice li ġiet addottata f’dan il-qasam hija permezz ta’ kejl ta’ emissjonijiet b’mod regolari.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari19805, jista' l-Prim Ministru jgħid x’se jiġri jekk kemm il-darba il-Palumbo, l-operatur tat-Tarzna, jinstab li jmur kontra l-provedimenti tad-direttiva 96/61 fuq l- Integrated Pollution Prevention Control? X’evalwazzjoni saret qabel ma ġie iffirmat il-kuntratt finali u meta beħsiebha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar toħroġ id-deċizjoni jekk il-Palumbo u l-operat tagħha, taqax taħt din id-direttiva jew le?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-operat tat-tarzna ma jaqax taht l-iskop tad-direttiva 2008/1/EC.
Jista' l-Ministru jispjega kemm fir-realtà huma effiċjenti d-distribution lines u kemm jinħlew GWH ta’ elettriku fis-sena u x’qed jagħmel il-gvern biex inaqqas din il-ħela?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-total tat-technical losses fuq is-sistema tad-distribution hija estimata ghal 4.13% li tirriżulta fi 84GWH fis-sena. Din il-ħela tiġi kkaġunata minħabba (a) sħanat ta’ komponenti bħal
cables
u
transformers
u (b) produzzjoni ta’
electromagnetic fields
. Enemalta qiegħda tnaqqas din il-ħela billi tinvesti f’
cables
ġodda u infrastruttura u tinvesti
f’low loss components
.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19795, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li l-mistoqsija parlamentari kienet waħda speċifika, għaldaqstant nitlob lill-Ministru jgħid liema turbini jaħdmu bil-heavy fuel oil u jagħti ukoll il-persentaġġ ta' effiċjenza ta' kull waħda minn dawn il-magni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fiż-żewġ power stations, iż-żejt (heavy fuel oil) jiġi maħruġ ġo numru ta’ boilers li jipproduċu steam fejn imbagħad jintuża biex jitħaddmu l-isteam turbines. L-ebda fuel oil ma jinħaraq fit-turbini. Il-boilers tal-Marsa huma konnessi ma’ steam header (pipe) komuni li jissuplixxi l-isteam turbines barra l-boiler u t-turbina numru 8 li huma indipendenti. Iż-żewġ boilers ta’ Delimara huma wkoll indipendenti u jissuplixxu lit-turbini separatament. Dan huwa ppreżentat fid-diagram li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-turbini tal-gass (combustion turbines) jużaw gas oil (diesel) u mhux heavy fuel oil.
Jista' l-Ministru jispjega fuq it-trattament kollu u l-metodi addottati sabiex jiġi ttrattat l-ilma tax-xorb qabel jasal għand il-konsumatur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ilma li finalment jasal għand il-konsumatur jista’ joriġina minn żewġ sorsi, dak tal-pjan li minnu jiġi pproduċut madwar 46% u dak tar-Reverse Osmosis li minnu jiġi pproduċut madwar 54% bħala medja mill-2001 ‘il hawn. L-ilma tar-Reverse Osmosis jgħaddi minn diversi stadji ta’ desalinizzazzjoni fejn fl-aħħar tal-proċess jiġi injettat bil-“Chlorine” bħala disinfettant u finalment jiġi ippumpjat lejn ġibjun jew dirett għand il-konsumatur skont is-sistema tad-distribuzzjoni. L-ilma tal-pjan jiġi injettat bil-“Chlorine” direttament fis-sors minn fejn qed jitla l-ilma u wara jiġi ppumpjat lejn ġibjuni rispettivi, biex l-ilma jiġi mħallat ma’ dak tar-Reverse Osmosis qabel finalment jasal għand il-konsumatur. Il-“Chlorine” apparti l-użu prinċipali ta’ disinfettant, jintuża wkoll bħala indikatur biex jiġi żgurat ammont adekwat ta’ disinfettazzjoni f’kull stadju tal-proċess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar ħames snin ġie trattat ilma minn impjant li ġie stallat għal dan il-għan f'Għawdex (ION Exchange)? Jista' jgħid jekk jekk jeżistux impjanti simili għal Malta, hekk kif il-Gvern kien wiegħed fin-National Plan for the adoption of the acqui NPAA fl-2002? Meta ser jibda jiffunzjona dan l-impjant u b'liema teknoloġija ser jiġi mħaddem?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Tobba li jkun għadhom kemm iggradwaw — każ ta' tabib
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 19790, fejn ġie mistqar illi fl-ebda perjodu t-tobba m'huma obbligati li jagħtu s-servizz tagħhom fl-isptar tal-gvern wara li jiggradwaw, jista' l-Ministru jaċċerta li tabib wara li jirrigwarda mhuwiex u ma kienx obbligat fil-perjodu msemmi jiġifieri 1994 sal-2009, iservi fl-isptar tal-poplu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mill-1987 ‘l hawn dejjem kienet teżisti l-possibilità li tobba jagħzlu li ma jservux fl-isptar tal-Gvern wara li jiggradwaw.
Iżda, sabiex tobba jkunu jistgħu jipprattikaw il-professjoni medika f’Malta mingħajr superviżjoni, huma jeħtieġu liċenzja permanenti (
warrant
).
Din il-liċenzja tingħata mill-President tar-Repubblika fuq parir tal-Kunsill Mediku, liema parir jinħareġ wara li t-tobba jkunu servew b’suċċess għal sentejn wara l-gradwazzjoni bħala tobba fi sptar tal-gvern jew f’xi sptar iehor rikonoxxut mill-Kunsill Mediku u wara li jkunu ġew reġistrati fir-Reġistru tal-Kunsill Mediku.
Dawn kienu il–provedimenti tal-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l- Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu maghħa kif emendata fl-1987 sal-2003 u li baqgħu l-istess fl-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa mill-2003 ‘il quddiem.
Bajja tar-Rinella — permessi ta' ristoranti u gabbani
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19793, jista’ l-Prim Ministru jelenka l-permessi kollha li ħarġu għall-ristoranti/gabbani/snack bars fil-bajja tar-Rinella u fil-viċinanzi tal-bajja tar-Rinella kif mitlub fl-istess mistoqsija msemmija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, skond is-sistema tal-informatika tal-Awtorita`, fil-bajja tar-Rinella hareg permess wiehed ghal snack bar, hekk kif spjegat fi twegiba ghal mistoqsija 19793, cioe` PA 3742/06. Saru zewg applikazzjonijiet ohra ta' dan it-tip, izda dawn ma gewx milqugha.
L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu ma ħarġet l-ebda permess għall-ristoranti, gabbani jew
snack bars
fil-bajja tar-Rinella u fil-viċinanzi ta’ l-istess bajja. Wara investigazzjoni l-Awtorità osservat li fl-istess bajja hemm indikazzjoni li jistgħu qed jiġu operati żewġ stabbilimenti tal-ikel mingħajr il-permessi neċessarji ta’ l-Awtorità li ser tkompli tinvestiga u tieħu l-passi neċessarji skont il-liġi.
Bajja tar-Rinella — permessi ta' ristoranti u gabbani
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19793, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-gabbani/ristoranti/snack bars imsemmija, humiex konformi mal-liġijiet kollha eżistenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 20846.