Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #24664 Sitting 332 2011-03-28 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sospensjoni tal-Fondi tal-UPA mill-Unjoni Ewropea

Question

B'referenza għal dak li deher fil-ġurnal "The Sunday Times" ta' 13 ta' Marzu 2011, f'intervista lill-Principal Permanent Secretary Dr Godwin Grima fir-rigward tal-każ tas-sospensjoni tal-fondi tal-UPA mill-Unjoni Ewropea, u nikkwota x'qal: “Professor Bezzina had ample opportunity to present his case to the Board of Inquiry in May 2010. At no stage did he mention, let alone provide evidence for, (these) allegations of mismanagement from people of higher authority than his office.”, jista' l-Prim Ministru jagħti raġuni kif Dr.Godwin Grima wasal għal tali konklużjoni? Jista' jgħid minn min kien kompost il-Bord ta' Investigazzjoni (Inquiry Board) u x'karigi iħaddnu dawn il-persuni maħtura f'dan il-bord? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti u recordings li ttieħdu mill-membri tal-bord fil-konfront ta' dan il-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi Dr.Godwin Grima ibbaża r-risposta tiegħu fuq ir-Rapport tal-Inkjesta. Ir-rapport ilu pubbliku sa min meta tlesta u kien ġie ppublikat fit-2 ta’ Ġunju 2010. Il-kompożizzjoni tal-bord hi pubblika wkoll u l-membri tal-Bord tal-Inkjesta intagħżlu minħabba li huma fost l-aktar persuni intiżi fuq it-tħaddim tal-Fondi tal-Unjoni Ewropea. Għalkemm ma hemm l-ebda obbligu li r-rapport jiġi ppublikat, il-gvern ippublika dan ir-rapport. Għar-rigward tad-dokumenti u r- recordings infakkar lill-Onor.Interpellant illi l-Bord tal-inkjesta ġie mwaqqaf skond il-liġi u bħal ma jsir fil-każ tal-proċessi verbali tal-inkjesti maġisterjali x-xiehda normalment ma tiġix ippublikata.

Skola Wistin Born — każ ta' vjolenza fuq l-istudenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu proċedurali kemm amministrattivi kif ukoll ex officio bil-pulizija dwar il-każ ta' vjolenza mwettqa allegattament ġewwa l-Kullegg Sta Margerita Kalkara – Skola Wistin Born u dan fil-perjodu skolastiku 2009 – 2010, fejn il-ġenituri ta' studenti diġà għamlu rapporti uffiċjali dwar din il-vjolenza mwettqa fuq l-istudenti? Tista' l-Ministru tgħid ukoll jekk il-persuna involuta addirittura għadhiex tgħallem studenti f'xi skola oħra, u jekk hu l-każ, tara li l-persuna għandha tiġi mwaqqfa minnufih, tal-anqas sakemm ikun hemm dikjarazzjoni ċara kif jidher li din il-persuna verament wettqet din il-vjolenza?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fis-sena skolastika 2009/2010 kien hemm allegazzjoni li saret kontra supply teacher fl-iskola msemmija. F’dan il-każ, id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi mexa b’mod strett mal-proċeduri tad-Direttorat f’każijiet bħal dawn. Meta saret l-allegazzjoni il-kap tal-iskola infurmat mill-ewwel il-Prinċipal tal-Kulleġġ. Hu informa lid-Direttur Ġenerali tal-Direttorat għal Servizzi Edukattivi. Id-Direttur ħatret Bord ta’ investigazzjoni magħmul mill-Prinċipal tal-Kulleġġ u Service Manager mill-Aġenzija Appoġġ. Il-bord għamel l-istħarriġ tiegħu u sab li l-allegazzjonijiet ma kienux ippruvati. Iż-żewġ ġenituri konċernati għamlu rapport ukoll lill-pulizija dwar l-allegazzjoni. Id-Direttorat, il-Prinċipal tal-Kulleġġ u l-Kap tal-Iskola kollha kkollaboraw b’mod sħiħ u mill-ewwel mal-uffiċjali tal-Pulizija u għaddew l-informazzjoni u materjal kollu kif ukoll r-rapporti kollha li kellhom dwar il-każ lill-Pulizija. Id–Direttorat mhux infurmat fejn wasal il-każ ta’ stħarriġ tal-Pulizija. Peress li l-investigazzjoni nterna ma sabet l-ebda provi, l-persuna kkonċernata għadha fl-impjieg imma sservi fi skola oħra.

Arms Ltd — agreement ta' arretrati dovuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-aktar ammont ta' xhur li fuqu jibbaża agreement fir-rigward ta' arretrati dovuti? Jista' jgħid jekk teżistix kuxjenza soċjali meta jkollok każ ta' persuna, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li ġie mgħoddi minn bord mediku u għandu dħul li ma jeċċedix €448 fix-xahar u jsirlu agreement fuq bażi ta' 12-il xahar fejn irid iħallas €410 fix-xahar u jrid jgħajjex familja ta' tliet persuni? Jista' jgħid jekk hemmx forma ta' means testing f'dawn il-każijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-Arms Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.

Università ta' Malta — għażla ta' messaġġiera

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif qed tiġi ssalvagwardjata l-gender issue fl-Università ta' Malta meta fl-applikazzjoni għall-messaġġiera li ħarġet fi Frar 2010 intagħżlu 11-il raġel u ma ntagħżlet l-ebda mara? Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal dan il-post? Kemm kienu irġiel u kemm kienu nisa? Fuq liema kriterju ntagħżlu l-messaġġiera?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-sejħa għall-applikazzjoni għall-kariga ta’ “Beadle” ħarġet fl-24 ta’ Frar 2010. Total ta’ 147 persuna applikaw għal din il-kariga li minnhom 118 kienu rġiel u 29 kienu nisa. Il-kriterji wżati għall-għażla kienu li l-kanditati riedu: · Ikollhom ‘l fuq minn 25 sena eta’ · Ikollhom liċenzja tas-sewqan · Ikunu lestew l-istudji ta’ l-edukazzjoni sekondarja b’suċċess · Ikollhom kondotta tal-Pulizija tajba · Ikunu kapaċi jitkellmu, jiktbu u jaqraw l-Ingliż u l-Malti sew · Ikunu addattati għal dan l-irwol · Ikollhom kwalitajiet personali relevant għal dan l-irwol · Ikollhom presentazzjoni personali tajba waqt l-intervista. L-Università ta’ Malta tagħti opportunità indaqs lill-applikanti kollha u tiffoka fuq l-adegwatezza tal-applikant għall-kariga mingħajr ebda referenza għall-fatt ta’ jekk l-applikant huwiex raġel jew mara.

Dipartiment tas-Saħħa — konsulenza

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24192, jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess li persuna f'kariga ta' Direttur f'dipartiment tal-Gvern, f'dan il-każ f'Dipartiment tas-Saħħa, ikollha rwol ta' konsulent ta' azjenda privata li topera fl-istess qasam?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li meta jkun hemm talba minn Direttur biex jaħdem fil-privat, kull talba titqies fuq il-merti tagħha u skont il-provvedimenti tal-Public Service Management Code u ukoll skont il-Code of Ethics kif elenkati f’part 1, para 5, tal-Public Administration Act. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal xi ħadd partikulari, ta’ min jissuġġerixxi li wieħed jagħti d-dettalji tal-persuna/i konċernat/i sabiex il-Ministeru tal-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jindaga dwar il-każ.

Direttur f'dipartiment tal-Gvern — konsulent ta' azjenda privata

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess li persuna f'kariga ta' Direttur f'dipartiment tal-Gvern ikollha rwol ta' konsulent ta' azjenda privata li topera fl-istess qasam?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellat sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Nefqa fir-ristrutturar tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fir-ristrutturar ta' toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali mis-sena 2003 sas-sena 2008? Liema kienu dawn it-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23931 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għat-Turiżmu — sejħiet għall-applikazzjonijiet esterni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar 3 snin ħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet esterni fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u kemm minnhom ġew okkupati? Jista' jgħid f'liema data ħarġu u fuq liema mezzi ġew ippubblikati? Jista' jgħid minn min u xi kwalifiki għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-aħħar tliet snin ħarġu 29 sejħa għall-applikazzjonijiet esterni fi ħdan l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, li minnhom 24 ġew okkupati.
Leg 11 PQ #23932 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għat-Turiżmu — nies impjegati self employed

Question

Jista' l-Prim Minsitru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni fuq bażi self employed mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu? Jista' jgħid f'liema karigi ġew ingaġġati u min huma dawn in-nies u fuq liema mertu jintagħżlu dawn in-nies? Jista' jipprovdi kopja tad-dokument għas-sejħa għal dan is-servizz? Jista' jgħid kif u kemm minn dawn li kienu ingaġġati abbażi ta' self employed, illum, jinsabu impjegati b'mod fiss, jiġifieri abbażi ta' salarju fi ħdan l-istess awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li bejn l-2008 u l-2010 kien hemm 17-il persuna li toffri s-servizzi lill-MTA. Dawn il-persuni jiġu a konoxenza tal-awtorità, jew permezz ta’ CV li jintbagħtu lill-awtorità jew kandidati li jkunu applikaw għal xi interview għal xi post ieħor li jkun vakanti. Dawn in-nies jintgħażlu skond il-ħiliet neċessarji għad-doveri li jkunu jridu jaqdu l-bżonnijiet tal-awtorità. Il-karigi huma kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Double lines

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk double line li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatment, ġiex awtorizzat mill-istess awtorità? Jekk hu l-każ, għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-double yellow lines imsemmija ma kenux awtorizzati mill-Awtorità tat-Trasport u minn spezzjoni li saret fuq il-post jirriżulta li dawn il-linji ġew imneħħija.
Leg 11 PQ #23983 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Interim From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx kunsilli li għad għandhom numru ta' toroq li jaqgħu fir-responsabbiltà tagħhom, li ma jistgħux isiru x-xogħlijiet fuqhom? Jista' jgħid liema huma dawn il-kunsilli, liema huma t-toroq u x'inhi r-raġuni għaliex ma jistgħux isiru x-xogħlijiet tant neċessarji għar-residenti fid-diversi lokalitajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed tinġabar mingħand il-kunsilli lokali permezz ta’ Memo 14/2011, maħruġ u mibgħut mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali lill-kunsilli lokali kollha ta’ Malta u Għawdex. Għaldaqstant tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’xi seduta oħra.

toroq li jridu jsiru mill-Gvern Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali twettqu, kif imwiegħda lejlet l-elezzjoni ġenerali li għaddiet minn Gvern Nazzjonalista? Liema huma dawk li għadhom ma sarux u għal liema raġuni għandhom ma sarux?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23021 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — skema ikkwotata miċ-Chairman

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma dak li ġie kwotat mic-Chariman tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fil-ħarġa ta' The Sunday Times datat 1 ta' Awwissu 2010 li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qegħda taħdem fuq skema u nikkwota "which will regularise their position following a screening process, intended to prevent people taking advantage" u dan in vista li hemm każijiet ġenwini li jistgħu taħt din l-iskema jiġu solvuti mingħajr bżonn ta' bdil fil-binja u danni strutturali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waqt id-dibattitu fil-Parlament meta kienet qed tiġi diskussa l-liġi l-ġdida tal-MEPA ġie espress il-bżonn minn numru ta’ kelliema miż-żewġ naħat tal-kamra, li għandha tiġi studjata l-possibilità ta’ skema sabiex bini akkwistat minn xerrejja in buona fede li ma jikkonfermawx bi sħiħ fl-interità tiegħu ma’ regoli tas-sanità, u li ma jistgħux jiġu regolarizzati permezz ta’ tibdil raġonevoli fil-binja, jiġi b’xi forma rikonoxxut taħt pattijiet u kundizzjonijiet stabbliti li però ma jagħtux dritt akkwiżit fuq il-binja kif inhi, fis-sens li jekk il-binja tiġi biex terġa’ tittella r-regoli kollha tal-ippjanar u s-sanità jkollhom jiġu rispettati. Din il-proposta qiegħda tiġi studjata u kkunsidrata, u meta jitlesta ser jitressaq għad-diskussjoni fil-Kumitat Permanenti tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

Sptar Mater Dei — informazzjoni dwar l-ambulanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-ambulanzi tal-istat li għandu għad-dispożizzjoni l-Isptar Mater Dei? Meta matul is-sena l-oħra kien ġie rappurtat li l-ambulanzi kienu bil-ħsara u minflok bdew jinkrew l-ambulanzi mill-privat, jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-ambulanzi tal-istat humiex jiffunzjonaw sew illum u kemm tħallsu f'kirjiet għall-ambulanzi u għal kemm tul ta' żmien?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar San Luqa — servizz ta' van bil-lifter

Question

Jista' l-Ministru jivverifika l-fatt jekk huwiex minnhu li van bil-lifter, li jintuża għan-nies bi bżonnijiet speċjali l-aktar ġewwa l-Isptar San Luqa, huwiex jinkera? Jekk huwa minnu, kemm qed titħallas f'kera għal dan is-servizz u kemm ilu għaddej dan is-servizz?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — spiża tal-manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-manutenzjoni biss, tal-Isptar Mater Dei matul is-sena 2010? Jista' jpoġġi breakdown tal-ispiża fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptarijiet f'Malta — nefqa fuq manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa tal-manutenzjoni fl-isptarijiet San Luqa, Boffa u San Vincenz de Paule, separatament għas-snin 2007, 2008, 2009 u 2010?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Spatr Mater Dei — kiri ta' apparat lil sptarijiet privati

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk għadhiex il-prattika li sptarijiet/kliniċi privati jikru apparat mediku mingħand l-Istpar Mater Dei? Jekk huwa l-każ, x'effett tħalli fuq iż-żmien li jkollhom jistennew iċ-ċittadini biex jinqdew fil-Mater Dei u b'liema sistema l-Ministru jista' jikkonferma li tali arranġament ma jiżvantaġġax liċ-ċittadin milli jiġi offrut is-servizz fil-ħin?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — ħlas għal xogħlijiet krelikali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li għas-servizz klerikali li qed jiġi offrut l-isptar tal-istat, Mater Dei, l-gvern qed iħallas €17,000 f'salarju lil kull wieħed mill-103 mpjegati tal-kumpanija G4S li qed joffru servizz klerikali?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.