Performance Audit Report: Road Surface Repairs on the Arterial and Distributor Road Network
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-offerti li ntefgħu minn kuntrattur wieħed, f'37 okkażjoni hekk kif imsemmija fir-rapport tal-Awditur Ġenerali rigward Performance Audit Report: Road Surface Repairs on the Arterial and Distributor Road Network?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-rapport tal-Awditur Ġenerali għamel assessment fuq 35 każ skont it-tablella 3.2 fl-istess rapport.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-kuntratturi u l-offerta rispettiva tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet marbuta mal-liċenzja tar-radam fil-barriera ta' Wied Inċita f'Ħaż-Żebbuġ u Ħ'Attard, li r-ritratti u d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Għaliex mhux jitteħdu passi sabiex l-għoli tar-radam f'Wied Inċita ma jibqax jogħla aktar? Għaliex ma tteħdux passi sabiex l-impjant tal-bricks bla permess li hemm f'Wied Inċita jieqaf jaħdem? Għaliex għadhom ma ttieħdu l-ebda passi sabiex fil-barriera f'Wied Inċita, Attard, li hi art tal-Gvern mogħtija b'ċens temporanju, fejn it-tqattigħ fil-barriera spiċċa jerġa' jiġi riabilitat għal art agrikola u dan kif obbligat jagħmel skont il-kuntratt taċ-ċens temporanju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Barrieri ta’ Ħ’Attard kienu liċenzjati bl-Avviż Legali 128 tal-1997 biex jintużaw bħala barrieri li jistgħu jaċċettaw skart mill-Industrija tal-Kostruzzjoni u tqattigħ ta’ blat. Il-kundizzjonijiet ta’ dik il-liċenzja għadhom in vigore sakemm joħroġ il-permess tal-Ambjent fuq l-operat kollu tal-barrieri msemmija. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mas-sidien ta’ dawn il-barrieri u l-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard biex tinstab soluzzjoni ħolistika għall-affarijiet pendenti li jinstabu f’dawn il-barrieri fosthom l-impjant tal-bricks u l-munzelli tat-terrapien.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-2008 sal-lum minn uffiċjali li jaqgħu fi ħdan ir-responsabiltà tiegħu, jiġifieri minn uffiċjali fl-awtoritajiet, dipartimenti governattivi u oħrajn? Jista' jagħti d-destinazzjoni u l-iskop tas-safra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f' seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-2008 sal-lum minn uffiċjali li jaqgħu fi ħdan ir-responsabiltà tagħha, jiġifieri minn uffiċjali fl-awtoritajiet, dipartimenti governattivi u oħrajn? Tista' tagħti d-destinazzjoni u l-iskop tas-safra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
B'riferenza għall-ewwel parti tal-mistoqsija rigward safar fl-2008 nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 11221/09.
Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tweġiba għall-kumplament tal-mistoqsija.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-2008 sal-lum minn uffiċjali li jaqgħu fi ħdan ir-responsabiltà tiegħu, jiġifieri minn uffiċjali fl-awtoritajiet, dipartimenti governattivi u oħrajn? Jista' jagħti d-destinazzjoni u l-iskop tas-safra?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 23829, 16759,15464,13831,6456, 5024 u 2798, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar safar li sar mid-dipartimenti u minn entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru li huma s-segwenti:-
L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali
L-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati
Uffiċċju tal-Manager tas-Sigurtà tal-Ajruport
Aġenzija għal Ħarsien ta' Persuni li jkunu qed ifittxu l-Ażil
Faċilita' Korrettiva ta' Kordin
Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili
Diviżjoni Qrati tal-Ġustizzja
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali
Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija
Attachments:Template PQ 25241 - Safar MJHA Dipartimenti.xlsTemplate PQ 25241 Safar AWAS.xlsTemplate PQ 25241 CCF.xlsTemplate PQ 25241 - Safar Data Protection.xlsTemplate PQ 25241 - Safar CPD.xlsTemplate PQ 25241 Safar Law Courts.xlsTemplate PQ 25241 - Safar AG.xlsTemplate PQ 25241 Safar Police.xls
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23984 u jgħid kemm mit-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali twettqu, kif imwiegħda lejlet l-elezzjoni ġenerali li għaddiet minn Gvern Nazzjonalista? Liema huma dawk li għadhom ma sarux u għal liema raġuni għandhom ma sarux?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari Nru 19277 u 24717.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23986 u jgħid kemm intnefqu flus fir-ristrutturar ta' toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali mis-sena 2003 sas-sena 2008? Liema kienu dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-somma li ntefqet kienet ta’ €115,219,181 li €49,300,000 minnhom kienu fondi mill-Gvern Taljan u UE biex tlestew dawn it-toroq.
· It-toroq finanzjati mill-Protokol Taljan , minn Ħal-Luqa sal-Imġarr
· Triq ta’ Ħal Far, Ħal Far – Phase 3
· Vjal l-Avjazzjoni Ċivili, Luqa
· Il-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar
· Il-Bridge ta’ Manoel Dimech
· It-Triq mit-Terminal ta’ Għawdex sal-Heliport
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' toroq oħra.
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi wkoll għat-tweġibiet li kienu ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari Nru 26880 tas-sena 2007 u 22232 tas-sena 2006.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23752 u jgħid kemm huma l-ambulanzi tal-istat li għandu għad-dispożizzjoni l-Isptar Mater Dei? Meta matul is-sena l-oħra kien ġie rappurtat li l-ambulanzi kienu bil-ħsara u minflok bdew jinkrew l-ambulanzi mill-privat, jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-ambulanzi tal-istat humiex jiffunzjonaw sew illum u kemm tħallsu f'kirjiet għall-ambulanzi u għal kemm tul ta' żmien?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-Isptar Mater Dei għandu seba’ ambulanzi tal-istat għad-dispożizzjoni tiegħu għall-emerġenzi. L-ambulanzi kollha jiffunzjonaw sew. Dan ma jfissirx li qatt ma jkollhom ħsarat jew bżonn ta’ service, speċjalment meta wieħed iqis l-użu ntensiv tagħhom. Meta ambulanza tkun bil-ħsara jew tittieħed għal service, l-isptar jikri ambulanza mill-privat għal żmien temporanju.
Matul l-2010, tħallsu €53,129 f’kirjiet għal dawn l-ambulanzi privati għal total ta’ 302 ġurnata. Ir-rata medja għall-kiri ta’ ambulanza privata kuljum kienet ta’ € 175.92.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-2008 sal-lum minn uffiċjali li jaqgħu fi ħdan ir-responsabbiltà tiegħu, jiġifieri minn uffiċjali fl-awtoritajiet, dipartimenti governattivi u oħrajn? Jista' jagħti d-destinazzjoni u l-iskop tas-safra? Jista' jagħti din l-informazzjoni ukoll għar-rigward tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mit-Turiżmu, kif ukoll għar-rigward tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Djalogu Pubbliku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Ministeru għandhu bżonn din l-informazzjoni mingħand id-Dipartimenti u Entitajiet li jaqaw taħt dan id-dekasteru u għalhekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan il-proċess jkun konkluż.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-2008 sal-lum minn uffiċjali li jaqgħu fi ħdan ir-responsabbiltà tiegħu, jiġifieri minn uffiċjali fl-awtoritajiet, dipartimenti governattivi u oħrajn? Jista' jagħti d-destinazzjoni u l-iskop tas-safra?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar safar li sar mill-Uffiċċjali tal-Head Office mill-2008 sal-2010. Spejjeż li saru din is-sena għadhom fis-stadju li jingħalqu.
Spejjeż li saru mid-diversi Ambaxxati u Uffiċċji Rappreżentattivi matul is-snin imsemmija għadhom qed jinġabru.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-2008 sal-lum minn uffiċjali li jaqgħu fi ħdan ir-responsabbiltà tiegħu, jiġifieri minn uffiċjali fl-awtoritajiet, dipartimenti governattivi u oħrajn? Jista' jagħti d-destinazzjoni u l-iskop tas-safra? Jista' jagħti din l-informazzjoni ukoll għar-rigward tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mil-Artijiet u SME's?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — nefqa fuq safar
Question
No question text.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qiegħda npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba minbarra dik tal-Università ta’ Malta u tad-Direttorat għall-Servizzi Korporattivi. Kif tasal din l-informazzjoni titpoġġa ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-2008 sal-lum minn uffiċjali li jaqgħu fi ħdan ir-responsabbiltà tiegħu, jiġifieri minn uffiċjali fl-awtoritajiet, dipartimenti governattivi u oħrajn? Jista' jagħti d-destinazzjoni u l-iskop tas-safra? Jista' jagħti din l-informazzjoni ukoll għar-rigward tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kura tal-Anzjani?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-2008 sal-lum minn uffiċjali li jaqgħu fi ħdan ir-responsabiltà tiegħu, jiġifieri minn uffiċjali fl-awtoritajiet, dipartimenti governattivi u oħrajn? Jista' jagħti d-destinazzjoni u l-iskop tas-safra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'ristrutturar ta' toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali mis-sena 2008 'l hawn u liema kienu dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-somma minfuqa fuq ristrutturar ta' toroq bejn l-2008 u l-2010 kienet ta' €41,380,282. Dwar il-lista ta' toroq involuti nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Numru. 24792.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 23932, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawn il-ħames persuni li kienu self employed mal-Awtorità Maltija għat-Turizmu u ngħataw impjieg permanenti mal-istess Awtorità? Jista’ jgħid jekk dawn baqgħux jagħmlu l-istess xogħol li kienu jagħmlu meta kienu self employed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li dawn il-persuni jokkupaw pożizzjonijiet kif ġej:
2 Segretarji Eżekuttivi – Industry HR Development;
1 Uffiċjal Eżekuttiv – Tourism Sustainable Development Unit (inkarigat minn Apprezza / Turiżmu / Calypso);
1 Field Officer (Segretarju Eżekuttiv) – Quality Assurance (Inkarigat minn timeshare / umbrelel / gwidi mhux liċenzjati eċċ);
1 Uffiċjal Eżekuttiv – Tourism Service Providers Development (jassisti lill-Manager fiex ikun hemm bżonn).
L-impjegati qed jagħmlu xogħol simili iżda b’responsabiltajiet addizzjonali ma dak li kienu jagħmlu meta kienu self-employed.
Ma nħossx li hu l-każ li nagħti l-ismijiet tal-individwi.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu u min huma dawk in-nies li f’dawn l-aħħar tliet snin kienu jirreġistraw taħt l-ewwel parti u ngħataw impjieg full-time mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu wara li ġew riferuti mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ biex jagħmlu interview mal-istess Awtorità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta` nies li f`dawn l-aħħar tliet snin (2008-2010) kienu qed jirreġistraw taħt l-ewwel parti u li ingħataw impjieg full-time mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu wara li ġew riferuti mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ biex jagħmlu interview mal-istess awtorità kien ta` 9 persuni.
Minħabba li din il-mistoqsija saret fuq mod individwali ma nistgħux ngħaddu l-informazzjoni mitluba għaliex inkunu qed niksru d-drittijiet ta’ privazija ta’ individwi. Għalhekk minħabba l-liġijiet applikabbli għad-divoluzzjoni u pubblikar ta’ nformazzjoni mhux permess li l-Korporazzjoni tagħti din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' proċess wasal il-bejgħ tas-Selmun Palace Hotel u għal liema prezz se tinbiegħ din il-lukanda? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-fondi li jistgħu jidħlu minn dan il-bejgħ hux se jmorru għall-gvern jew inkella għall-Air Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hija l-kumpanija “Selmun Palace Hotel Co. Ltd.” li qed tinbiegħ u mhux il-lukanda separatament.
Tista' l-Ministru tgħid kif is-somma mogħtija lill-persuna, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li kienet dovuta lilu minħabba li ħadem fis-Servizz Ingliż, u li ingħatat fl-2008, minnhom ġew meħuda bħala taxxa l-ammont ta' €13,064 meta dan ilu pensjonant għall-15-il sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu jew persuna tal-fiduċja tagħha biex tavviċina l-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.
Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — impjegati self-employed
Question
B’referenza għall mistoqsija parlamentari 23932, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mis-17-il persuna li ġew ingaġġati fuq bażi self-employed mal-Awtorità tat-Turizmu ta' Malta (MTA) f’dawn l-aħħar tliet snin ġew issa impjegati b’mod fiss b’salarju mal-istess awtorità? Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawn il-persuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ħamsa minn nies li joffru s-servizzi lill-Awtorita’ ġew magħżula għall-impieg mal-Awtorita’ wara l-ħruġ ta’ sejħiet pubbliċi.