Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptarijiet f'Malta — nefqa fuq manutenzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25247, jista' l-Ministru jispecifika fiex kienet tikkonsisti l-ispiża msemmija relatata ma' manutenzjoni fl-Isptar San Luqa għas-snin 2007 u 2008?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Marsa — żona ta' Albertown - żbroff ta' dmija mill-biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif u fiex wasal il-proċess sabiex tinstab soluzzjoni adegwata u konformi mal-liġijiet kollha, fir-rigward ta' dak li jiġri kull meta jiżbroffa ammont sostanzjali ta' dmija mill-biċċerija tal-gvern? Jista' jagħti garanzija fuq dan sabiex b'hekk, il-komunità tal-lokal tal-Marsa, speċjalment iż-żona ta' Albertown, flimkien ma' sidien ta' negozji tiġi mgħarrfa b'dan u tingħata s-serħan il-moħħ tant meħtieġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-aħħar li żbroffa d-drenaġġ minħabba skart li daħal fis-sistema tad-drenaġġ mill-Biċċerija kien f'Novembru tal-2009. Kif kien dikjarat pubblikament (stqarrija numru 1961 mahruga mid-DOI fil-11 ta' Novembru 2009) il-Ministeru mill-ewwel ħa passi biex jirretefika s-sitwazzjoni u fil-fatt inbidlu l-filtri tal-biċċcerija u saru tiswijiet oħrajn b'kollaborazzjoni mal-WSC. Tajjeb ukoll li ngħid li minkejja kollox l-management tal-biċċeria se jibqa' vigilanti ħalli jirretifika dak kollu li b' mod imprevist jista' jinqala' ħalli dan l-inkonbvent jkompli jixxejjen. Ta’ min jinnota li l-iżbroff ta’ drenaġġ f’April 2011 ma kienx relatat mal-Biċċerija, kif kien spjegat.
Leg 11 PQ #25857 Sitting 345 2011-05-11 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — Marsa - ronda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed isiru rondi fil-lokal tal-Marsa mill-membri tal-Korp tal-Pulizija, sabiex joffru serħan il-moħħ lir-residenti minn diversi attijiet, fosthom ta' prostituzzjoni u kif ukoll minħabba l-aġir ta' bosta immigranti irregolari li jiffrekwentaw il-Marsa, propju fiċ-ċentru tal-Marsa, kif ukoll fil-playing field tal-lokal?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett, tal-Mobile Squad, kif ukoll tal-Vice Squad jagħmlu ronda regolari fil-lokal imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Fil-fatt, infurmat ukoll illi matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena inħarġu 154 akkuża dwar prostituzzjoni.

Persuni li nqalbu mir-reġistrar għal fuq l-assistenza soċjali

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont ta' kemm huma dawk li nqalbu minn eleġibbli għar-reġistrar, għal fuq l-assistenza soċjali mis-sena 2008 sal-2011, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Istitut tal-Istudji Turistiċi — securities - sigħat ta' ħidma

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huma s-sigħat ta' xogħol li qed jaħdmu fil-ġimgħa s-securities fi ħdan l-Istitut tal-Istudji Turistiċi? Kemm ġie claimed f'overtime?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-Istitut tal-Istudji Turistici securities li jaħdmu fuq bażi ta’ 42 siegħa fil–ġimgħa jitħallsu shift allowance peress li jaħdmu l-Ħdud, u l-grad sostantiv tagħhom huwa ta’ general hand . Dawn jitħallsu overtime meta tkun festa pubblika. Dawk is -securities li jaħdmu fuq bażi ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa jaħdmu overtime konness mal-ftuħ u l-għeluq tal-Istitut li huwa ferm itwal minn office hrs . Is-sigħat ta’ overtime mill-1 ta’ Jannar sal-aħħar t’April ta’ din is-sena kienu 810.25 sigħat.

persuni li jirreġistraw part 1 u part 2 — għajnuna soċjali

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont ta' kemm huma dawk li kienu jirreġistraw fuq part 1 u part 2, li nqelbu fuq għajnuna soċjali għas-snin 2007, 2008, 2009 u 2010? Tista' tpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 25850.

Marsa — Triq is-Sajjieda - culvert - irwejjaħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ilment tressaq lid-Dipartiment li jitratta problemi ta' drenaġġ, fir-rigward tal-problema ta' rwejjaħ li joħorġu mill-culvert fi Triq is-Sajjieda, l-Marsa u xi żviluppi seħħew? Jista' jagħti garanzija lir-residenti li din il-problema ġiet solvuta? Jekk le, għaliex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r–responsabilita ta’ drenaġġ taqa taħt ir-responsabilità tal-Water Services Corporation. Għalhekk nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsijja lill-Ministru koncernat.

Marsa — Triq Diċembru 13 - problema ta' żbroff tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ilment tressaq lid-Dipartiment li jitratta problemi ta' drenaġġ, fir-rigward tal-problema tad-drenaġġ li jiżbroffa minn Triq Diċembru 13, jinżel fil-playing field li jinsab taħt il-Monument tar-Republika, l-Marsa u jibqa' sejjer fi Triq is-Sajjieda, b'inkonvenjent u b'detriment għal saħħet itfal u r-residenti tal-inħawi msemmija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 25853.
Leg 11 PQ #25855 Sitting 344 2011-05-10 Oral · Interim From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa — Triq is-Salib - miżbla

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fi Triq is-Salib tal-Marsa, quddiem il-Bank of Valletta, għad hemm ħofra jew barriera, li ilha hemm diversi snin li l-unika skop tagħha llum huwa sempliċiment ta' miżbla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali talab l-informazzjoni mingħand il-kunsill lokali konċernat u għalhekk, kif dan l-informazzjoni tasal, tiġi ppreżentata fil-Parlament.

Impjegati abbażi ta' kuntratt definit

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21903, tista' l-Ministru tindika kemm minn dawk indikati li bdew jaħdmu mix-xahar ta' Jannar 2008 sa Ottubru 2010, huma impjegati abbażi ta' kuntratt definit full-time u kemm abbażi ta' kuntratt definit part-time?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta` ħaddiema li bdew jaħdmu mix-xahar ta` Jannar 2008 sa Ottubru 2010 abbażi ta` kuntratt definit kienu maqsuma hekk: Full Time Part Time Total Settur Pubbliku 1,359 634 1,993 Settur Privat 11,211 2,025 13,236
Leg 11 PQ #25443 Sitting 341 2011-05-03 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sospensjoni tal-Fondi tal-UPA mill-Unjoni Ewropea

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24664, billi jidher ċar li minn artiklu li kiteb il-professur Bezzina, Dr Godwin Grima seta' informa lill-Kabinet fix-xahar ta' Awwissu u dan skont l-awtur ħareġ fix-xhieda tiegħu iżda ma ġiietx inkluza fir-rapport, għal darboħra aħna nħossu li d-dokumentazzjoni kollha kif ukoll ir-recording tax-xhieda għandha titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, għalhekk jista' l-Prim Ministru jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma għandhi xejn x’inżid mar-risposta li ngħata għall-Mistoqsija Parlamentari nru 24664.
Leg 11 PQ #25517 Sitting 341 2011-05-03 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Applikazzjoni għal gwardjan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk b'referenza għall-applikazzjoni tal-persuna bħala gwardjan privat, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadux isir kif wieħed jistenna li l-Ministru jagħti ċans lil dan l-individwu li jkompli fil-ħajja t-tajba u jaħdem skont l-istess applikazzjoni li tagħha hemm ukoll korrispondenza?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li dejjem jingħata ċans lil individwu, kull każ ikun ikkunsidrat fuq il-merti tiegħu.

MTA — interviews

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25191, tista' l-Ministru tgħid x'kienu l-karigi ta' postijiet ta' xogħol li għalihom ġew riferuti d-disa' persuni konċernati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għal interview mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-karigi ta` postijiet ta` xogħol li għalihom ġew riferuti d-disa' persuni għal interview mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu huma dawn:- KARIGI PERSUNI QUALITY ASSURANCE EXECUTIVES 1 SENIOR CLERK - QUALITY ASSURANCE 1 QUALITY DEVELOPMENT EXECUTIVE 1 EXECUTIVE-TOURISM SERVICE PROVIDER DEVELOPMENT 1 I. T. TECHNICIAN 1 FIELD OFFICER (QUALITY ASSURANCE) 1 EXECUTIVE SECRETARY 1 INDUSTRY HR DEV EXECUTIVE SECRETARY 2 TOTAL 9

Kiri ta' fond fl-Imdina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jinsab fi Triq l-Imħażen fl-Imdina, hux proprjetà tal-gvern? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid lil min ġiet mikrija din il-proprjetà u għal liema skop ta' użu ġiet mikrija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-fond li dettalji tiegħu ntbagħtu separatament huwa proprjetà tal-gvern u ġie mikri lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament, wara li nħarget sejħa għall-offerti. Fis-sejħa għall-offerti dan il-fond kien deskritt bħala store. Il-kerrej li ġie rikonoxxut ġab permess tal-MEPA biex ibiddel l-użu ta’ dan l-istore f’użu ta’ bar, kif ukoll ġab liċenzja kummerċjali. Għaldaqstant wara talba li għamel lill-Kumissarju tal-Artijiet biex ibiddel l-użu, id-Dipartiment tal-Artijiet tah l-permess lill-kerrej biex isir il-bdil tal-użu iżda b’kera ogħla, skont kif stipulat f’kundizzjoni 6 tal-ftehim tal-kirja.

Sptar San Luqa — servizz ta' van bil-lifter

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23753 u jivverifika l-fatt jekk huwiex minnu li van bil-lifter, li jintuża għan-nies bi bżonnijiet speċjali l-aktar ġewwa l-Isptar San Luqa, huwiex jinkera? Jekk huwa minnu, kemm qed titħallas f'kera għal dan is-servizz u kemm ilu għaddej dan is-servizz?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-van bil-lifter, li jintuża għan-nies bi bżonnijiet speċjali l-aktar ġewwa l-Isptar San Luqa, jinkera skont in-neċessità tax-xogħol. Wara li kienet ħarġet tender u eventwalment sar kuntratt f’Awwissu 2010, id-Diviżjoni tas-Saħħa tħallas €138.00 għal kull ġurnata li tkun kriet is-servizz tal-van bil-lifter

Sptar Mater Dei — spiża tal-manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23754 u jgħid kemm kienet in-nefqa tal-manutenzjoni biss, tal-Isptar Mater Dei matul is-sena 2010? Jista' jpoġġi breakdown tal-ispiża fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li in-nefqa tal-manutenzjoni fl-Isptar Mater Dei hi kif tidher hawn taħt. Materials & Supplies €2,673,396.40 Repair & Upkeep €1,158,575.38 Facilities Management €5,360,564.81 Maintenance Medical Equipment €2,492,398.00 Maintenance Vehicles € 57,678.09 Total €11,742,612.68

Sptarijiet f'Malta — nefqa fuq manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23755 u jgħid x'inhi n-nefqa tal-manutenzjoni fl-isptarijiet San Luqa, Boffa u San Vincenz de Paule, separatament għas-snin 2007, 2008, 2009 u 2010?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-nefqa tal-manutenzjoni fl-isptarijiet San Luqa, Sir Paul Boffa u San Vincenz de Paule, separatament għas-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 hija hekk. Nefqa għall-Manutenzjoni 2007 2008 2009 2010 Sptar Sir Paul Boffa € 207,880.55 € 222,722.20 € 233,947.13 € 242,670.13 San Vincenz De Paule € 207,987 € 255,627 € 166,457 € 229,398 Sptar San Luqa € 61,574.33 € 27,445.94 NA NA Sptar ta’ Rijabilitazzjoni Karen Grech NA NA € 325,002.47 € 297,794.10 Spiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek NA NA € 2,694.67 NIL

Sptar Mater Dei — kiri ta' apparat lil sptarijiet privati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23756 u jikkonferma jekk għadhiex il-prattika li sptarijiet/kliniċi privati jikru apparat mediku mingħand l-Istpar Mater Dei? Jekk huwa l-każ, x'effett tħalli fuq iż-żmien li jkollhom jistennew iċ-ċittadini biex jinqdew fil-Mater Dei u b'liema sistema l-Ministru jista' jikkonferma li tali arranġament ma jiżvantaġġax liċ-ċittadin milli jiġi offrut is-servizz fil-ħin?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-awtoritajiet tal-Isptar Mater Dei ma jikrux apparat mediku lil sptarijiet privati.

Sptar Mater Dei — ħlas għal xogħlijiet krelikali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23757 u jikkonferma li għas-servizz klerikali li qed jiġi offrut l-isptar tal-istat, Mater Dei, il-gvern qed iħallas €17,000 f'salarju lil kull wieħed mill-103 impjegati tal-kumpanija G4S li qed joffru servizz klerikali?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Isptar Mater Dei se jkun ħallas total ta’ €1,959,149.46 lill-kuntrattur G4S Security Services (Malta) Ltd għas-servizz klerikali matul is-sena 2010. L-Isptar Mater Dei ma jħallasx dirett lill-impjegati tal-kumpanija G4S. Matul is-sena 2010, ir-rati li fuqhom isir il-pagament lill-kuntrattur huma hekk: Matul il-Ġimgħa €8.78 kull siegħa Sahra €13.17 kull siegħa Ħdud €17.56 kull siegħa