Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-manutenzjoni biss tal-Isptar Mater Dei matul is-sena 2008 u 2009? Jista' jpoġġi breakdown tal-ispiża fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru, issa li ta r-risposta fejn ikkonferma li dak li ġie mqiegħed huwa kollu korrett, jgħid jekk l-ispiża f’kirjiet għall-ambulanzi privati, hijiex ta’ €53,129 kif iddikjarat fil-mistoqsija parlamentari 25244, jew inkella ta’ €5,280, kif iddikjarat fl-istess leisure tal-ispejjeż relatati pprovduti f’mistoqsija parlamentari 26028? Jista' jgħid xi jfisser f’dan l-istatement of accounts, l-aħħar item li jaqra others li jammonta għal €15,487.65? Jista' jikkonferma jekk l-ispiża issa hijiex dik ta’ €105,527.09 f’manutenzjoni tal-ambulanzi u mhux kif mistqarr? Jikkonferma li hemm tbagħbis fl-accounts f’dan ir-rigward?
Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi, jista' l-Ministru jikkonferma r-risposta li ssottometta għall-mistoqsija parlamentari 26029? Jista’ issa ladarba kkonferma dan, jispjega kif fil-
breakdown
li ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra relatat ma'
repair and upkeep
tal-Isptar Mater Dei għas-sena 2010, f’paġna 8 jerġgħu jiġu elenkati l-ispejjeż relatati ma'
maintenance of vehicles
, f’dak li għandu x’jaqsam ma'
plant equipment
? Jista’ jgħid lil din il-Kamra, kif l-istess
maintenance
tal-vetturi kif spjegata f’mistoqsija parlamentari 25246 tinsab elenkata separatament u mhux parti minn
repair & upkeep
,
materials & supplies
,
maintenance medical equipment
,
facilities management
? Jiġifieri li f’
repair & upkeep
fis-sezzjoni tal-
plant & equipment
li jġibu t-total ta’ €332,773.83, parti mis-somma globali ta’ €1,158,575.38, qed terġa' tinkorpora s-somma ta’ €57,678 bħala
maintenance
tal-vetturi u għalhekk is-somma fir-rigward tal-vetturi issa telgħet għal €115,356 f’
maintenance
tal-vetturi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26029, jista' l-Ministru jispjega lil din il-Kamra fiex intnefqet is-somma ta' €245,265.95 fir-rigward ta' repairs and upkeep, liema ammont jidher bħala others? B'referenza għall-istess breakdown ippreżentat, jista' jissuplixxi l-valur fi flus li rċeviet kull entità għas-servizz provdut?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk in-Northwest Local Plan li daħal fis-seħħ mill-11 ta' Awwissu 2006 għadux fis-seħħ, u jekk sarux xi emendi minn dak iż-żmien 'l hawn fir-rigward tal-pjan imsemmi?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 25613, jista' l-Ministru jgħid kif id-Dipartiment tal-Artijiet aċċetta u awtorizza tibdil fl-użu minn store għal bar, meta l-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jgħid: “Change of use from a store to a premises for the promotion and permanent display of artesan artefacts with secondary ancillary dispensing facility”? Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ftehim imsemmi fil-mistoqsija parlamentari 25613?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara li l-inkwelin ta’ dan il–fond ottjena il-permess mill-MEPA, l-Awtorità tat-Turiżmu ħarġet il-permess meħtieġ lill-inkwelin biex juża il-fond bħala second class restaurant u ħarġitlu l-liċenzja.
Peress li l-kundizzjonijiet tal-ftehim tal-kirja, tippermetti li l-użu tal-fond jista’ jinbidel, dan id-dipartiment ikkonċeda l-fond jintuża għall-skopijiet kummerċjali minħabba li ngħataw il-permess mill-Awtorità kemm, mill-MEPA u mill-Awtoritajiet tat-Turiżmu.
Kopja tal-liċenzja u tal-ftehim tal-kirja qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif l-Awtorità ta' Malta dwar it-Turiżmu ħarġet liċenzja ta’ bar u snack bar meta l-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent ta' Malta jkun ħareġ bħala exhibition hall? Jista’ jgħid kif saħansitra l-istess każ, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, mhux talli qed jopera bħala snack bar abbazi ta’ secondary ancillary dispensing facility, iżda qed jopera ta’ restaurant / wine bar meta mhux approvat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dan il-għan, iżda ġie mogħti permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sa mis-sena 2008, bħala exhibition hall? Għaldaqstant, fuq liema mertu l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu ħarġet il-liċenzja ta’ bar u snack bar meta ma kienx hemm approvazzjoni mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal stabbiliment tal-ikel? Jista' jgħid kif dan għandu s-seating ġewwa l-istabbiliment b’mod irregolari għal skop ta’ servizz ta’ ikel u xorb? X'passi se jittieħdu fil-konfront ta’ dan l-istabbiliment u s-sid li qed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti u kif ukoll jista' jħalli lok ta’ abbuż sabiex jinħoloq preċedent?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema proċess waslet l-enforcement tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fir-rigward tal- stop order li ħarget lill-MOBC fir-rigward ta’ air pollution? Jista’ jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġitx l-istess stop order fil-konfront ta’ kumpanija privata li tagħmel l-istess xogħol, kif ukoll dak ta’ storage ta’ waste oils? Jista' jgħid ukoll jekk inħarġitx l-istess stop order fil-konfront tal-Korporazzjoni Enemalta fir-rigward tal-power station tal-Marsa li fl-istess żona qiegħda tagħmel xogħlijiet simili għal dak imwettaq mill-istess MOBC? Jista’ jikkonferma jekk it-tliet entitajiet humiex konformi mar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ air pollution?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-entita’ kkonċentrata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-privatizazzjoni tal-MOBC? Jista’ jikkonferma li ebda impjieg m'hu se jintilef f’dan il-proċess, jiġifieri ebda impjegat, u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tiegħu preżenti mal-MOBC mhux se jiċċaqlaq jew jintilef ma' din il-privatizazzjoni, bħalma seħħ f’diversi entitajiet li ġew privatizzati? Fir-rigward tal-privatizazzjoni msemmija, il-ħaddiema jew ir-rappreżentant tal-ħaddiema, qed jiġu infurmati dwar il-proċess skont l-istess Council Directive 2001/23/EC li tittratta dwar safeguarding employees’ rights in the event of transfers of undertaking?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-negozjati dwar il-proċess tal-Privatizzazzjoni tal-operat tal-Petroleum tal-Enemalta u l-attivitajiet kummerċjali tal-MOBC għadhom għaddejjin. Il-proċess ta’ privatizzazzjoni jinkludi wkoll it-trasferiment tal-ħaddiema mal-kumpanija li magħha qed isiru n-negozjati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed titlef f’revenue l-MOBC minn kirjiet relatati mal-istorage ta’ żjut sa minn meta ħarġet li stop order jiġifieri sa mill-aħħar ġimgħa ta’ April 2011? Jista’ jgħid liema huma l-kumpaniji li għandhom il-ħażna taż-żejt tagħhom fi ħdan il-faċilitajiet tal-MOBC tul iż-żmien imsemmi? Jista' jgħid kemm qed titlef l-MOBC minn mindu ħarġet l-stop order tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuqha, fir-rigward ta’ supply lis-suq lokali? Jista’ jgħid min illum qed joffri l-istess servizz imsemmi fir-rigward ta’ supply lis-suq lokali flok l-MOBC?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mhux prudenti tingħata l-informazzjoni mitluba minħabba li din hija ta’ natura kummerċjali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-eks AFM li għalqu 25 sena servizz u daħlu fid-detention services wara sena, hux il-każ li għandu jiġi estiż ix-xogħol tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi hemm żewġ kategoriji bażiċi ta' persuni li jaħdmu fis-servizz ta' detenzjoni għar-rigward l-eks AFM. L-ewwel hemm dawk li kienu ġew ingaġġati bħala Detention Officers taħt sejħa pubblika u dawk huma regolati minn dik is-sejħa; u t-tieni dawk li fl-Armata jispiċċaw fl-età ta' 55 sena u ma jkunux għadhom għalqu l-25 sena servizz. Dawn għandhom l-għażla li jservu fis-servizz sakemm jilħqu l-età ta' 25 sena jew l-età ta' 61 sena, skont liema tiġi l-ewwel.
Il-kundizzjonijiet tas-salarju taż-żewġ kategoriji huma differenti, tal-ewwel skont is-sejħa u tat-tieni skont dak li kellhom fl-Armata.
anzjani li jintbagħtu fid-djar tal-anzjani privati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' anzjani li jinsabu fid-djar tal-anzjani privati? Jista' jgħid kemm huma dawk l-anzjani li l-gvern bagħat fid-djar tal-anzjani u kemm qed iħallas il-gvern għal dawn l-anzjani? Jista' jagħti rendikont abbażi tal-aħħar 3 snin? Jista' jgħid kif issir l-għażla sabiex dawn l-anzjani jintbagħtu fid-djar tal-anzjani?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta' employers li talbu l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ jippubblikaw it-talba tagħhom sabiex jimpjegaw ħaddiema magħhom matul is-sena 2009 u 2010? Tista' tipprovdi breakdown xahar b'xahar, kemm minnhom minn Malta u kemm minnhom minn Ghawdex? Tista' tgħid kemm minn dawk li sabu xogħol fl-istess perjodu aktar 'il fuq msemmija, ġew impjegati ma' dawk l-employers li għamlu t-talba mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u jiġu elenkati fl-istess breakdown mitluba aktar 'il fuq?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' ċittadini li qegħdin fil-waiting list għall-operazzjonijiet u jipprovdi elenku ta' x'inhuma l-kategoriji u kemm-il sena ilhom fil-waiting list?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25854 li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il ilment tressaq lid-dipartiment li jitratta problemi ta' drenaġġ, fir-rigward tal-problema tad-drenaġġ li jiżbroffa minn Triq Diċembru 13, jinżel fil-playing field li jinsab taħt il-Monument tar-Republika, l-Marsa u jibqa' sejjer fi Triq is-Sajjieda, b'inkonvenjent u b'detriment għal saħħet itfal u r-residenti tal-inħawi msemmija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25853 li saret lill-Ministru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il ilment tressaq lid-dipartiment li jitratta problemi ta' drenaġġ, fir-rigward tal-problema ta' rwejjaħ li joħorġu mill-culvert fi Triq is-Sajjieda, l-Marsa u xi żviluppi seħħew? Jista' jagħti garanzija lir-residenti li din il-problema ġiet solvuta? Jekk le, għaliex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jkun hemm indikazzjoni ċara ta' slow sign fi Triq Dawret il-Wied, Mosta, meta wieħed jasal fejn hemm il-bus stop stage?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejt dan is-suġġeriment lit-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku fi ħdan Transport Malta għall-konsiderazzjoni tagħha.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25246, jista' l-Ministru jagħti rendikont fuq liema vetturi fl-Isptar Mater Dei saret l-maintenancefl-2010? Jista' jagħti breakdown tal-ispejjeż relatati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Mater Dei — spiża fuq manutenzjoni ta' repair and upkeep
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25246, jista' l-Ministru jispjega fiex jikkonsisti repair and upkeep li ammonta għall-€1,158,575.38 għas-sena 2010? Jista' jipprovdi min huwa jew huma l-entitajiet li qed jipprovdu is-servizz, f'każ li dawn huma entitajiet privati u jipprovdi breakdown tal-ispiża msemmija? Jista' jgħid ukoll kemm fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena intnefaq f'repair and upkeep?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25246, jista' l-Ministru jispjega fiex jikkonsisti l-operat ta' Facilities Management li jammonta għal €5,360,564.81 għas-sena 2010? Min qed imexxi u joffri dan is-servizz? Jista' jagħti breakdown ta' din l-ispiza?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei — maintenance - materials and supplies
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25246, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż inkorporati f'dak li jirrigwarda materials and supplies, li jammontaw għall-€2,673,396.40 li ġew minfuqa għas-sena 2010? Jista' jgħid kemm intnefqu fl-ewwel erba' xhur ta' sena 2011 f'dak li għandu x'jaqsam ma' materials & supplies?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.