Legislature:
Category:
Reset
Active:

OHSA — enforcments fuq siti kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-OHSA f’siti kummerċjali privati fejn saru enforcements? Jista' jara li jiġi ppreżentat rapport tax-xogħol li sar mill-OHSA f’dan ir-rigward, lil min saru l-inspections, ir-raġuni ta’ kull enforcement u l-eżitu wara l-enforcement?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

proġett ta’ Bieb il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiswa l-proġett ta’ Bieb il-Belt wara li issa x-xogħlijiet daħlu f'fażi avvanzata? Jista' jikkonferma jekk dan il-proġett huwiex co-funded mill-Unjoni Ewropea u jekk le, jagħti r-raġuni għaliex?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.

Go Plc — ħlas lill-ħaddiema

Question

Tista' l-Minsitru tgħid wara s-sentenza tal-qorti li saret quddiem l-Imħallef li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament dwar eks ħaddiema tal-cable and wireless, f'liema sentenza ġie deċiż li dawn l-ħaddiema huma intitolati għall-pesnjoni skont l-Kap 93 tal-Liġijiet ta' Malta, u jgħid jekk il-kumpanija Go p.l.c. għandhiex allura issa l-obbligu li tirrfondi kemm il-kwart għal 12-il sena u nofs, somma li ma titħallasx taxxa fuqha bħall-ħaddiema tal-gvern li għandhom din l-iskema ta' pensjoni, kif ukoll arretrati tal-pesnjoni tal-invalidità, mill-gurnata li dawn ġew dikjarati boarded out mit-tobba tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Xogħlijiet fuq fond

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu jżomm milli jsiru x-xogħlijiet tas-soqfa, apramorta u x-shaft fil-fond li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, bi tweġiba għall-mistoqsija tiegħu, illi mhux maħsub li jsiru xogħlijiet fil-fond imsemmi. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma għandhiex talba jew applikazzjoni taħt xi skema sabiex isiru xogħlijiet jew manutenzjoni f’dan il-fond.
Leg 11 PQ #26758 Sitting 365 2011-06-14 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern dwar l-overtime li għadu ma tħallasx fil-Korp tal-Pulizija mill-1993 'l quddiem?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba ta' Mistoqsija Parlamentari numru 26114.

Raħal Ġdid — xogħlijiet fuq fond

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jsiru x-xogħlijiet fuq il-fond li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-tiswijiet fis-soqfa tal-fond imsemmi huma inklużi f’kuntratt ta’ xogħlijiet li beda fl-1 ta’ Ġunju, 2011 u li għandu jiġi konkluż fis-6 ta’ Lulju, 2011.

każ ta' individwu li tilef l-għajnuna soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li kien ilu diversi snin jirċievi l-għajnuna soċjali minħabba raġunijiet validi li wieħed jista' jivverifika u liema l-istess Ministru tas-Saħħa preżenti, fl-2003 bħala psikjatra ċċertifika l-imsemmi li għandu jeqleb fuq għajnuna soċjali, kif issa wara li rah il-bord mediku, ġie notifikat li mhux se jibqa' jirċievi l-għajnuna soċjali? Tista' l-Ministru tgħid x'forma urġenti ta' dħul/għajnuna se tirċievi din il-familja li bilfors trid tassisti ġuvni ta' 33 sena li jsofri invalidità, liema ġuvni għandu bżonn assistenza kontinwa ta' 24 siegħa fuq 24 siegħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Parking Spaces quddiem Dar

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, biex tiġi solvuta il-problema ta' parkingli hemm quddiem id-dar tiegħu billi jsiru xi forma ta' double lines sofor, stante li literalment wara li xi ħadd jipparkja l-karozza, dan ma jkunx jista' joħroġ mid-dar tiegħu jew inkella jkun imbarrat milli jidħol lura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.

anzjani li jintbagħtu fid-djar tal-anzjani privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' anzjani li jinsabu fid-djar tal-anzjani privati? Jista' jgħid kemm huma dawk l-anzjani li l-gvern bagħat fid-djar tal-anzjani u kemm qed iħallas il-gvern għal dawn l-anzjani? Jista' jagħti rendikont abbażi tal-aħħar 3 snin? Jista' jgħid kif issir l-għażla sabiex dawn l-anzjani jintbagħtu fid-djar tal-anzjani?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta’ anzjani li jinsabu fid-djar tal-anzjani privati huwa ta’ 1,040. Matul dawn l-ahhar tlett snin, in-numru ta’ anzjani li l-gverrn bagħat fid-djar tal-anzjani u l-ispiza relatata, huma hekk: SENA NUMRU TA’ ANZJANI SPIŻA 2008 140 €1,071,827.67 2009 164 €2,116,422.45 2010 294 €2,826,627.08 Bi tweġiba għall-aħħar parti tal-mistoqsija, ninnforma lill-Onor. Interpellant li l-anzjani li jintbgħatu f’dawn id-djar ikunu identifikati li għandhom bżonn kura fit-tul. Meta ma jkollhomx bżonn ta’ iktar kura akuta jew kura ta’ rijabilitazzjoni, u wara li jkunu approvati għal kura fit-tul mill-Admission Board, dawn jiġu riferuti għad-dħul f’dawn id-djar skont il-bżonnijiet ta’ kura tagħhom u postijiet vakanti fl-Iskema tal-private public partnership.

Marsa — problema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25854 li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il ilment tressaq lid-dipartiment li jitratta problemi ta' drenaġġ, fir-rigward tal-problema tad-drenaġġ li jiżbroffa minn Triq Diċembru 13, jinżel fil-playing field li jinsab taħt il-Monument tar-Repubblika, l-Marsa u jibqa' sejjer fi Triq is-Sajjieda, b'inkonvenjent u b'detriment għal saħħet itfal u r-residenti tal-inħawi msemmija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-drenaġġ jiżbroffa fi Triq Diċembru 13, il-Marsa, kull darba li tagħmel xita qawwija. Dan jiġri peress li l-volum tal-ilma fis-sistema tad-drenaġġ jiżdied minħabba li hemm użu irregolari minn sistemi esterni fejn l-ilma tax-xita jispiċċa fis-sistema tad-drenaġġ. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha pjan li bih ser tkabbar is-sistema tad-drenaġġ f’dawn l-inħawi biex issolvi din il-problema.

Marsa — Triq is-Sajjieda - problema ta' rwejjaħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25853 li saret lill-Ministru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il ilment tressaq lid-dipartiment li jitratta problemi ta' drenaġġ, fir-rigward tal-problema ta' rwejjaħ li joħorġu mill-culvert fi Triq is-Sajjieda, l-Marsa u xi żviluppi seħħew? Jista' jagħti garanzija lir-residenti li din il-problema ġiet solvuta? Jekk le, għaliex?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26037.

Materials and Supplies — valur ta' flus

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26031, jista' l-Ministru jissuplixxi l-valur fi flus li rċeviet kull entità għas-servizz provdut fir-rigward ta' materials and supplies?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Infiq fuq butir, sliced cheese, ċereali u ħalib tat-trabi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26031, jista' l-Ministru jgħid kif filwaqt li l-ħobż u l-perżut huma elenkati, kif il-butir, sliced cheese, ċereali u ħalib tat-trabi ma jidhru elenkati mkien? Jista' jgħid kemm intnefaq, minn min u kemm irċeviet kull entità għas-servizz provdut f'dan ir-rigward?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-oġġetti msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari 26274 kienu inklużi bħala “others” fit-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26031. In-nefqa totali kienet ta’ €67,876.45 kif spjegat fit-tabella ta’ hawn taħt. Charles Darmanin & Co Cereals € 5,939.81 Rimus Trading Agency Ltd Low fat spread & sliced cheese €13,493.10 Vivianne Corp Ltd Infant Milk € 4,953.82 Alfred Gera & Sons Ltd Infant Milk € 648.00 Nestle Products (Malta) Ltd Infant Milk €2,694.08 A.M. Mangion Ltd Infant Milk € 543.11 Anglu Xerri Ltd Cereals €11,258.29 Pemix Ltd Cereals €13,604.96 Quality Exp & Imp Ltd Sliced Cheese €14,741.28 Total € 67,876.45

Sptar San Luqa — breakdown tal-ispejjeż

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26032, jista' l-Ministru jipprovdi breakdown tal-ispejjeż kollha relatati mal-manutenzjoni fl-Isptar San Luqa, kemm ipprovduti mill-privat permezz ta' tenders u kemm mill-gvern innifsu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Università — requirements

Question

Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar diskussjonijiet li qed isiru fi ħdan id-Divizjoni tal-Edukazzjoni fuq abbozz li jixħet dawl fuq tibdiliet li jistgħu jsiru fir-requirments għad-dħul fl-Università, jiġifieri jekk hux veru li l-istudenti fis-sixth forms jistgħu jintalbu ħames intermediates fil-first year u żewġ A levels fis-second year?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-diskussjonijiet fil-Working Group imwaqqaf biex jagħti pariri dwar riforma fil-MATSEC għadu kemm temm ir-rapport tiegħu. Hemm diversi tibdiliet li qed jiġu rakkommandati. Dawn se jkunu ippubblikati għal konsultazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin.

Kontribuzzjoni tal-għajnuna medika

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li fil-pensjoni tal-mard, il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, m'humiex qegħdin jirċievu l-kontribuzzjoni tal-għajnuna medika, meta dawn għandhom mard inkluż li r-raġel illum huwa pupletiku?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-persuna ndikata mill-Onorevoli Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Skejjel tal-istat — aċċess għall-ilma tax-xorb

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-iskejjel tal-istat li m'għandhomx aċċess għall-ilma tax-xorb mill-main tal-ilma u xi provedimenti qed jittieħdu fil-konfront ta' din is-sitwazzjoni mill-kapijiet tal-iskejjel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iskejjel kollha tal-Gvern għandhom aċċess għall-ilma tax-xorb mill- main tal-ilma tal-Gvern.

EUPA — eżitu tar-riżultat mill-awdituri

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk il-fondi lill-EUPA humiex se jingħataw mill-Unjoni Ewropea u tgħid x'kien l-eżitu tar-riżultat mill-awdituri? Tista' telenka fejn spiċċaw jaħdmu l-impjegati li kienu mal-EUPA wara d-deċiżjoni tal-OLAF?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kif kien maqbul mal-Kummissjoni Ewropea, id-Dikjarazzjonijiet tal-Assigurazzjoni tal-2010 tal-Programmi “ Lifelong Learning ” u tal-“Youth in Action ” intbagħtu b’mod elettroniku fid-29 ta’ April 2011 u kopja fiżika tad-dokumentazzjoni kollha fit-2 ta’ Mejju 2011. L-Aġenzija qed tistenna li tingħata l-informazzjoni mingħand il-kummissjoni dwar ix-xogħol li għamlet l-aġenzija. L-OLAF fl-ebda waqt ma kienu nvoluti fis-sospensjoni tal-Programmi.
Leg 11 PQ #26227 Sitting 350 2011-05-24 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Transfer ta' impjegat maċ-ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġeneralment idum sabiex iseħħ transfer ta' impjegat maċ-Ċivil meta l-individwu ilu li talab tali trasferiment aktar minn xahar? Jista' jgħid kif jiġu evalwati tali talbiet in partikolari meta hemm raġuni ta' saħħa fir-rigward tal-istess talba ta' trasferiment ta' impjieg fl-istess servizz Ċivili? Jista' jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li talab trasferiment peress li kien iwettaq xogħol manwali ta' strapazz u li kien u għadu ta' detriment għal saħħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-trasferimenti fis-Servizz Publiku jsiru skont l-esiġenzi tas-servizz kif elenkat f’ Sezzjoni 1.1.2 tal-Public Service Management Code. Meta jkun hemm raġuni ta’ saħħa, jitqiesu ċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ skont l-evidenza li tinġieb u l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa kif jinħtieġ. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari, nitlob lill-Onor.Interpellant sabiex jirreferi l-każ lid-Dipartiment ikkonċernat fejn ikun jista' jingħata spjegazjoni.

MCAST — Kindergarden Assistant

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu jżomm milli tiġi riveduta d-deċiżjoni tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li hija kindergarden assistant wara li din ikkonkludiet b'suċċess l-140 hours course li kien ġie aċċettat mill-MCAST fl-4 ta' Mejju 2010 u li għaddiet b'pass, skont ittra datata 25 ta' Jannar 2011 u li sal-lum hija għadha ma ġietx aċċettata bħala kindergarden 2 meta din għandha esperjenza ta' 24 sena? Tara li l-fatt li kienet fi special school u għaxar snin f'normal school m'għandux iżomm milli hija tingħata din il-pożizzjoni ta' kindergarden 2? Tara li jekk dan il-każ jibqa' kif inhu u li diġà kien hemm protest mill-istess MUT, huwa każ klassiku ta' inġustizzja maż-żgħir?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kindergarten Assistant imsemmija kien jonqosha li tattendi għal kors ta’ sebgħin siegħa addizzjonali li jlaħħaq 210 siegħa u Practicum Visit biex wieħed ikun jista’ jgħid li kompliet b’suċċess il-kors fl-MCAST. Il-kors ta’ 140 siegħa ma kienx biżżejjed biex hi tkun tista’ tikseb il-grad ta’ Kindergarten 2 għaliex is-snin t’ esperjenza b’responsabbilta’ għal grupp ta’ tfal tal-Kindergarten kien biss ta’ ftit snin u għaldaqstant kien meħtieġ li tagħmel kors ta’ 210 siegħa. Il-persuna nvoluta kienet konxja ta’ dan, iżda xorta waħda ħasset li ma tkomplix bil-kors. Il-kriterji dwar kemm għandhom ikunu s-snin stabbiliti biex wieħed isir kindergarten assistant 2 kienu ġew miftehma f’Agreement mal-MUT fl-2009 u għandhom jiġu osservati. Ma naqbilx li wieħed għandu jikkonkludi li saret inġustizzja meta wieħed iqis il-fatti kollha ta’ dan il-każ.