Legislature:
Category:
Reset
Active:

Marsa — Skola F X Attard - pjanijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-ex iskola sekondarja tas-subien tal-Marsa, F.X. Attard, tinsab magħluqa u x’inhu maħsub li jseħħ mill-użu tal-proprjetà msemmija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iskola F.X. Attard fil-Marsa, li għalqet is-sena skolastika li għaddiet, hija fil-pjan tad-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi dwar it-twaqqif tal-Kulleġġi u għall-iskejjel t’għada. Bħalissa hemm numru ta’ proġetti edukattivi li qed jiġu kkunsidrati iżda mhux eskluż li l-bini jingħata lura lill-Gvern Ċentrali biex jiddisponi minnu fl-aħjar mod possibli.

sistema ta' distribuzzjoni tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kien hemm, u meta saru, bejn l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u d-29 distrubutur tal-gass, jew rappreżentanti tagħhom, rigward is-sistema ta' distribuzzjoni tal-gass? Jista' jgħid x'kienu l-pariri li ngħataw s'issa u jekk is-sistema, li ilha titħaddem għal snin twal minn mindu Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea u allura parti mis-suq ħieles għal dawn is-snin kollha, hix kompatibbli mal-liġijiet tal-kompetizzjoni u mar-regoli tal-Unjoni Ewropea?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni, fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur kien iltaqa' mad-distributuri tal-gass u r-rappreżentanti tagħhom rigward is-sistema’ ta' distribuzzjoni tal-gas f'żewġ laqgħat, waħda fit-19 t'Ottubru 2011 u l-oħra fl-4 ta' Novembru 2011. Rigward l-eżitu għandu jkun magħruf illi l-investigazzjoni min-naha tal-Ufficcju għadha ghaddejja u għalhekk l-Ufficcju ma huwiex f’qagħda li jagħti pariri jew opinjoni f’dan l-istadju.

sistema ta' distribuzzjoni tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, ġaladarba qiegħda tinvestiga s-sistema ta' distribuzzjoni tal-gass, li se taffettwa lid-29 distributur tal-gass; hix se tinvestiga, ex officio, id-deċiżjoni ta' Transport Malta li ma tipproċessax iktar liċenzji għall-garaxxijiet tal-VRT? Jista' jgħid jekk l-awtorità kelliex taħdidiet ma' Transport Malta u x'kienet l-opinjoni tal-awtorità f'dan ir-rigward?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni, fi hdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ser ikun qed jiltaqa’ ma Transport Malta fil-jiem li gejjin dwar il-licenzji tal-garaxxijiet tal-VRT. Wara li jkun gabar l-informazzjoni mehtiega, l-Ufficcju jkun f’posizzjoni biex jiddeciedi x’azzjoni tista’ tittiehed.
Leg 11 PQ #37564 Sitting 517 2012-11-05 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kastilja — impjieg ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37102 u jagħti dettalji lil dan il-Parlament dwar x'inhija l-funzjoni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, f'Kastilja u min huma n-nies u l-karigi tagħhom li għandu u li qed joperaw taħtu u x'inhuwa l-kuntratt li ngħataw? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-salarju annwali kemm tal-individwu indikat nnifsu u kemm tan-nies li hemm jaħdmu taħt id-direzzjoni tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36744.

Impjegati ta' nazzjonalità barranija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 37063, jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-barranin impjegati fil-qasam tas-saħħa fil-grad rispettiv kif ġie mitlub oriġinarjament, kif ukoll f'liema sena dawn ġew ingaġġati?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Garaxxijiet tal-VRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi studju għamlet biex Transport Malta waslet għal konklużjoni li mhemmx bżonn aktar garaxxijiet tal-VRT f'Malta u Għawdex? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istudju, jekk sar, li jispjega r-raġunijiet wara din il-konklużjoni? Jista' jikkwota dik il-parti tal-liġi li tillimita in-numru ta' garaxxijiet tal-VRT għal erbgħin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi kien sar studju biex jiġi ddeterminat in-numru ta' test lanes li huma meħtieġa biex ikunu eżaminati vetturi f’Malta u f’Għawdex, u dan kien tħejja minn konsulent barrani f’Lulju tas-sena 1996, liema konsulent kien imqabbad mid-Dipartiment tal-Liċenzji u l-Ittestjar fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u Portijiet ta’ dak iż-żmien. Dan l-istudju, li kien intitolat “Vehicle roadworthiness testing in Malta”, kien irrakkomanda illi jekk it- test lanes ikunu qed joperaw b’kapacità medja, in-numru ta’ dawn it- test lanes kellu jkun limitat għal 20. Jidher illi din ir-rakkomandazzjoni kienet intlaqgħet mill-Ministru responsabbli ta’ dak iż-żmien (l-Onorevoli Joe Debono Grech), tant illi fi stqarrija għall-istampa li ħarġet fit-3 ta’ Settembru 1997, li fiha ġiet ippreżentata l-White Paper bl-isem “White Paper li Tipproponi l-Introduzzjoni ta’ Eżami ta’ Vetturi għat-Triq (VRT)”, l-ex Ministru Debono Grech stqarr illi abbażi tad-daqs ta’ Malta, huwa stmat illi jkunu meħtieġa 20 test lane . Minkejja dan, bejn is-sena 1999 (meta daħlu fis-seħħ ir-regolamenti għall-ewwel darba) u s-sena 2003, l-Awtorità ta’ dak iż-żmien ħarġet total ta’ 40 awtorizzazzjoni, u sal-lum in-numru ta’ awtorizzazzjonijiet baqa’ dak ta’ 40. Minn dak iż-żmien li sar dan l-istudju 'l hawn, l-Awtorità ma' kkummissjonat ebda studju ieħor dwar in-numru ta’ test lanes jew in-numru ta’ awtorizzazzjonijiet li għandhom jinħarġu. Biss jekk wieħed juża l-istess analiżi li saret fl-istudju tal-1996 u jestrapola il-kalkoli li saru fl-istess studju għaż-żmien tal-lum, jirriżulta illi biex l-istazzjonijiet ikunu qed joperaw b’kapacità medja, hemm bżonn ta’ mhux aktar minn 40 test lane . Ninsab infurmat ukoll illi fir-Regolamenti dwar Testijiet biex Jiċċertifikaw li Vetturi bil-Mutur huma Tajba għat-Triq (L.S. 65.15), m’hemm l-ebda provediment li jillimita n-numru ta’ awtorizzazzjonijiet li għandhom jinħarġu. Fil-fatt, Transport Malta, flimkien mal-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, qiegħdha fil-proċess li tressaq notifika u proposta għall-emenda fir-Regolamenti msemmija lill-Kummissjoni Ewropea, bil-għan li dan in-numru jibqa’ limitat għal 40. Din in-notifika qed issir skont il-provedimenti tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, u speċifikament skont Artiklu 15 tal-istess Direttiva. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti elenkati hawn taħt: 1. Kopja tal-istudju intitolat “Vehicle roadworthiness testing in Malta”, li tħejja f’Lulju tal-1996; 2. Kopja tal-Istqarrija għall-Istampa intitolata “White Paper on Vehicle Roadworthiness Testing Presented”, maħruġa fit-3 ta’ Settembru 1997; u 3. Kopja tal-White Paper intitolata “White Paper li Tipproponi l-Introduzzjoni ta’ E¿ami ta’ Vetturi għat-Triq (VRT)”, datata Settembru 1997.

Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur — rendikont ta' infiq mill-vot

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-vot allokat għall-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur mis-sena 2008 'l hawn, sena b'sena, u jagħti rendikont ta' kif intnefaq dan il-vot għas-snin imsemmija, sena b'sena?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Karen Grech — nefqa fuq manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu separatament f'manutenzjoni u refurbishment neċessarju fl-Isptar tar-Rijabilitazzjoni Karen Grech mis-sena 2008 sa sena 2012, sena b'sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fl-Isptar tar-Rijabilitazzjoni Karin Grech, mis-sena 2008 sas-sena 2012 in-nefqa f'manutenzjoni kienet hekk: Sena Manutenzjoni Refurbishment € € 2008 206,592 169,701 2009 188,423 367,669 2010 237,838 935,939 2011 251,053 617,981 2012 126,082 296,924 2012 400,000* Total 1,009,988 2,788,214 *Ħlas pendenti ta’ xogħolijiet li tlesta f’dawn l-aħħar ġimgħat u għadhom ma tħallsux.

sistema ta' distribuzzjoni tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kien hemm, u meta saru, bejn l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi u l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur rigward is-sistema ta' distribuzzjoni tal-gass u d-29 distrubutur konċernati? Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pariri tal-Awtorità ta' Malta ghall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur f'dan ir-rigward? Jista' jgħid jekk is-sistema eżistenti hix kompatibbli mal-liġijiet enforzati mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 36634 ninfurmah li ma saru ebda laqgħat oħra partikolari rigward l-Opinjoni li għadha trid toħroġ l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Leg 11 PQ #37442 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Kummissarju tal-Pulizija — rilaxxar ta' armi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-Kummissarju tal-Pulizija għadu ma rrilaxxax l-armi li ilhom fil-pussess tiegħu snin twal wara li l-President tar-Repubblika kien ta l-maħfra minn konfiska wara sentenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi din it-talba ġiet finalizzata u l-armi se jiġu rreġistrati mal-Pulizija.

Arriva — investigazzjoni fuq skema ta' tariffi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema ta' tariffi tal-Kumpanija Arriva, kif approvata minn Transport Malta, hiex qed tiġi investigata mill-Kummissjoni Ewropea għal xi ksur ta' acquis communautaire? Jekk iva, ġewx Transport Malta u l-Ministeru konċernat, avviċinati mill-Kummissjoni Ewropea biex jagħtu spjega għall-istruttura ta' tariffi u jistax ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, jekk inhu l-kaz, kopja tal-korrispondenza li għaddiet bejn iż-żewġ naħat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta — post tal-Executive Distribution

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-post ta' executive tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li sa ftit ilu kien jokkupa ta' executive distribution, fejn llum applika għall-postijiet oħra, u wara 34 sena mal-kumpanija Air Malta fejn kważi kien ilu hemm minn mindu twieldet, spiċċa f'kamra ma jagħmel xejn u ma jitkellem ma ħadd? Jista' jgħid għaliex qed isiru dawn l-inġustizzji flagranti fl-Air Malta? Se jieħu azzjoni biex jjirrimedja dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li bir- ristrutturar li sar u li qiegħed isir fl-Air Malta, din il-pożizzjoni msemmija ma’ baqatx fis-seħħ u il- persuna kkonċernata ġiet mgħarrfa b’dan it-tibdil. Bħala riżultat ta’ dan, huwa applika għal numru ta' pożizzjonijiet fi ħdan il-Kumpanija u sfortunatament ma kienx ta' suċċess fl-applikazzjonijiet tiegħu. Għalhekk fil-jiem li ġejjin din il persuna ser tingħata l-“ Early Retirement” skont l-applikazzjoni tiegħu

Impjegati ta' nazzjonalità barranija

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument li juri kemm hemm impjegati ta' nazzjonalità barranija, f'liema kariga jinstabu ingaġġati (kull kariga) u mil-liema sena ilhom ingaġġati fis-settur tas-saħħa? Jista' jipprovdi ukoll is-salarju annwali li qed jirċievu dawn l-impjegati?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li hemm 352 impjegat ta’ nazzjonalità barranija mal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità. Dawn huma ingaġġati fil-karigi segwenti: Basic Specialist Trainee 1 Basic Specialist Trainee 2 Consultant Dental Technician Enrolled Nurse Expatriate Radiographer (Therapy) Expatriate Radiotherapy Physicist Expatriate Scientific Officer (Radiotherapy Physics) Expatriate Scientific Officer (Radiotherapy) Higher Specialist Trainee House Officer Medical Laboratory Technologist Medical Officer Midwife Paramedic Aide Physiotherapist Radiographer Resident Specialist Senior Radiographer Staff Nurse Staff Nurse Dawn ġew ingaġġati hekk: 1 fl-1978; 2 fl-1989; 1 fl-1992; 4 fl-1993; 3 fl-1994; 1 fl-1995; 1 fl-1996; 1 fl-1997; 3 fl-1998; 1 fl-1999; 2 fl-2000; 11 fl-2001; 6 fl-2002; 3 fl-2003; 2 fl-2005; 5 fl-2006; 15 fl-2007; 42 fl-2008; 19 fl-2009; 29 fl-2010; 91 fl-2011; 109 fl-2012. Is-Salarji tal-Uffiċċjali kollha huma ekwivalenti għal dawk stipulati għall-gradi rispettivi jew għar-rati kuntrattwali approvati mill-Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.

mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29953 u jipprovdi lista dettaljata ta' mediċini li kienu jinsabu out of stock mis-sena 2009 sa Ottubru 2011 u jgħid meta ġew supplied wara li kienu rapportati out of stock? Jista' jgħid kemm ilhom out of stock? Jista' jgħid jekk is-sistema ta' stock management control bdietx taħdem?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #37102 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kastilja — impjieg ta' individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji lil dan il-Parlament dwar x'inhija l-funzjoni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, f'Kastilja u min huma n-nies u l-karigi tagħhom li għandu u li qed joperaw taħtu u x'inhuwa l-kuntratt li ngħataw? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-salarju annwali kemm tal-individwu indikat nnifsu u kemm tan-nies li hemm jaħdmu taħt id-direzzjoni tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 36744.

bord mediku — tabib kadidat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36879, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown tal-persuna u minn fejn jaqdu li ġew mogħdija bord mediku fejn bħala wieħed mill-bord mediku hemm it-tabib li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant għal din is-sena.
Leg 11 PQ #37205 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kwestjoni dwar permessi ta' xogħol lill-barranin

Question

B’referenza għad-dokument: Raba Sena ta’ Ħidma tal-Gvern 1998 – 2003, jista' l-Prim Ministru li dak iż-żmien kien jokkupa l-kariga ta’ Viċi Prim Ministru u Ministru responsabbli mill-Politika Soċjali, jikkonferma jekk id-deroga li rrifera għaliha fid-dokument u li ġiet negozjata bejn Malta u l-Unjoni Ewropeja dwar il-ħruġ ta’ permessi tax-xogħol lill-barranin, baqgħetx fis-seħħ wara l-iskadenza ta’ seba’ snin kif kien miftiehem? F’dan l-ambitu, kemm kienu l-permessi tax-xogħol approvati u dawk rifjutati? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta’ dawn il-permessi maqsuma bl-industrija rispettiva u pajjiż rispettiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #34124 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

playing fields li għandhom CCTV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-playing fields li għandhom CCTV System operabbli u liema huma? Jista' jgħid kif u min jopera s-sistema sabiex tissalvagwardja t-tfal li jattendu f'dawn il-playing fields bil-funzjoni tas-CCTV? Jista' jitqiegħed dokument li juri din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

infiq fuq car/fuel allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk l-uffiċċjali, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu inkluż awtoritajiet u entitajiet oħra, li huma intitolati għal car/fuel allowance? Kemm kienet l-ispiża għal konsum ta' petrol minn dawn l-ufficjali matul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: - Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali: ufficjal wiehed €7,047.64 - Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza: nil - Kummissarju ghall-Ghaqdiet Volontarji: nil - Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’: 2 ufficjali €10,192.78 - Fondazzjoni ghas-Servizzi tal-Harsien Socjali: Seba’ ufficjali €33,698.56 - Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: ufficjali wiehed €4,659.89 - Qrati tal-Gustizzja: Bejn 33 u 38 Gudikatura (ivarja matul l-erba' snin) €226,829.53, 4 ufficjali €17,090.54 - Awtorita’ tad-Djar: Bejn 12 u 15-il ufficjal (ivarja matul l-erba' snin) €104, 316.21 - MCESD: 2 ufficjali €10,629.89 - MEUSAC: Bejn 2 u 4 ufficjali (ivarja matul l-erba' snin) €11,485.47 - Kummissarju ghat-Tfal: ufficjal wiehed €13,980 - Sigurta’ Socjali: 5 ufficjali €28,890.65

infiq fuq karozza jew car/fuel allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni fil-Ministeru, awtoritajiet, aġenziji fi ħdan il-Ministeru tiegħu li jgawdu mill-benefiċċju ta’ karozza jew car/fuel allowance? Jista' jagħti l-mudell ta’ kull karozza, meta nxtrat, il-valur ta' kemm inxtrat u kemm intnefaq flus fuq fuel fuq kull karozza f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.