Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk l-istop notice maħruġ mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq l-MOBC għadux fis-seħħ u x'qed jieħu daqstant fit-tul?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi-istop notice għadu fis-seħħ. Il-MEPA qiegħda tistenna proposti dettaljati dwar it-teknoloġiji ambjentali li ser jintużaw sabiex tittaffa l-problema tal-emissjonijiet.
Jista' l-Ministru jikkonferma li ebda ħaddiem ma jiġi sagrifikat kemm qabel kif ukoll wara l-privatizzazzjoni tal-MOBC, Petroleum Division - Enemalta, Ras Ħanżir, 31 ta' Marzu u Ħas-Saptan?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27109.
Jista' l-Ministru jgħid liema kumpaniji qed jaħżnu ż-żejt illum, jiġifieri matul Mejju u Ġunju 2011 fl-istorage facilities tal-MOBC u kemm qed iħallsu kera għall-użu tal-ħażniet taż-żejt? Jista' jpoġġi d-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul Mejju 2011 il-kuntratti tal-istorage kienu ma’ Island Bunker Oils u l-Enemalta.
F’Ġunju l-uniku kuntratt li baqa fis-seħħ huwa mal-Enemalta. Dan ġara minħabba l-i
stop notice
li ħarget il-MEPA lil MOBC.
Rigward kemm titħallas kera din hija informazzjoni ta’ natura kummerċjali.
Jista' l-Ministru jgħid liema kumpaniji kienu jaħżnu fl-istorage facilities tal-MOBC mis-sena 2004 sa April 2011 u kemm ħallsu f'kirjiet għall-użu tal-ħażniet taż-żejt? Jista' jagħti din l-informazzjoni, kull kumpanija għaliha sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2004 u April tal-2011 il-kuntratti tal-istorage fil-faċilitajiet tal-MOBC kienu kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward kemm tħallas kera din hija informazzjoni ta’ natura kummerċjali.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk bejn is-snin 2002 - 2004 l-MOBC għamlitx tajjeb permezz ta' letter of credit għan-nom tal-IBOL (Island Bunker Oils), meta l-istess IBOL kienet kompetitur tal-istess MOBC?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid xi pjan hemm min-naħa tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ sabiex isibu impjiegi adegwati u fl-iqsar żmien għall-ħaddiema tal-Air Malta milquta mid-deċiżjoni meħuda u kif mistqarr mill-Prim Ministru? Tista' tagħti d-deadline sa meta dan il-pjan se jseħħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ qiegħda f’kuntatt mal-Air Malta sabiex tkun tista’ tagħti l-assistenza tagħha lil ħaddiema ta’ l-Air Malta li jistgħu jiġu milquta bil-mizuri ta’ ristritturazzjoni li jistgħu jittieħdu fil-futur. Iżda għalissa għadhom ma ttieħdux deċiżjonijiet u sallum il-Korporazzjoni ma għandha ebda informazzjoni konkreta dwar il-ħaddiema li se jiġu milquta mid-deċiżjonijiet meħuda.
Fir-rigward tal-ħaddiema tal-kumpanija sussidjarja tal-Air Malta, Selmun Palace, l-ETC diġà għamlet l-ewwel intervent fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Fil-27 u 28 ta’ Ġunju 2011, żewġ
Employment Advisors
tal-Korporazzjoni marru s-Selmun Palace fejn iltaqgħu ma’ l-impjegati kollha li ser jispiċċaw bla xogħol.
B’kollox 57 persuna huma mpjegati mas-Selmun Palace. Ħafna minnhom għandhom
notice period
sa l-14 ta’ Settembru u oħrajn għandhom
notice period
ftit iqsar.
L-
employment advisors
iltaqgħu ma’ 53 minn dawn l-impjegati, 2 minnhom ħa jkunu rtiraw sa Ottubru li ġej, 48 ġew reġistrati fuq it-tielet parti tar-reġistru ta’ l-ETC, 2 ma rreġistrawx u wieħed (1) mhux se jitlef ix-xogħol ghax kien mpjegat mal-
parent company
jigifieri l-Air Malta.
L-
Employment Advisors
taw lil dawn l-impjegati kollha, informazzjoni fuq is-servizzi li jstgħu jużaw biex isibu x-xoghol fl-iktar żmien qasir, apparti l-informazzjoni fejn is-servizzi tal-Korporazzjoni kif ukoll informazzjoni fuq skemi bħall-
Employment Aid Programme
, korsijiet u skemi ta’ taħriġ li l-ETC toffri, eċċ... L-
Advisors
daru l-informazzjoni kollha ma’ kull persuna individwalment u spjegaw il-materjal li ngħataw. Sar ukoll eżercizzju ta’
profiling
ma’ kull persuna biex l-ETC tkun tista tgħamel
matching
ta’ vakanzi mal-
profiles
ta’ dawn in-nies u ninfurmawhom meta jkun hemm xogħol li jista’ jkun tajjeb għalihom.
B’din is-sistema l-
Advisors
setgħu wkoll jibbukjaw min ried japplika għal kors tal-ETC direttament. L-impjegati ngħataw dak il-ħin stess
contact details
ta’
employers
li kelhom vakanzi mal-Korporazzjoni, kif ukoll dettalji ta’ xogħol ieħor f’diversi lukandi li ġew mwassla lil-Korporazzjoni mill-MHRA (Malta Hotel and Restaurants Association).
L-
Advisors
spjegaw ukoll lil kull klijent id-differenza bejn reġistrar fuq l-ewwel parti u t-tielet parti, kif ukoll l-eliġibilita’. Għalissa dawn l-impjegati ħa jkunu fuq it-tielet parti tar-reġistru (part 3) sakemm jaħdmu n-
notice
jew isibu xogħol. Ġew infurmati wkoll bil-proċedura li jridu jsegwu meta jiġu qiegħda.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk hux permessibbli li persuna jkollha żewġ full-time jobs? Jekk huwa l-każ, tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, elenku tal-persuni li maċ-Ċivil għandhom din il-fakultà?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sistema tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ taċċetta li persuna jkollha iżjed minn full time job wieħed.
Skont il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ in-numru ta` persuni li għandhom iżjed minn full time job wieħed maċ-Ċivil kien ta' wieħed.
Nixtieq ninfurmaw lill-Onorevoli Interpellant li ma tistax tingħata lista bl-ismijiet tal-persuni li għandhom izjed minn
full-time
wieħed minħabba li l-informazzjoni hi kkunsidrata bħala kunfidenzjali minħabba l-Att XXVI tal-2001 li titratta dwar il-protezzejoni tad-data.
Tista' l-Ministru tgħid kif ċertu lecturer fl-Università qajla tidher l-Università u għandha impjieg ma' kumpanija partikolari fuq bażi full-time? X'passi jittieħdu fil-konfront ta' min qed jabbuża mis-sistema u min qed jippermetti, b'mod amministrattiv, tali abbuż?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Università ta' Malta għandha proċeduri fis-seħħ permezz tal-Ftehim Kollettiv u tittieħed azzjoni fejn isir abbuż. Azzjoni tittieħed ukoll meta jkun hemm ilment bil-miktub.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26807 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid wara s-sentenza tal-qorti li saret quddiem l-Imħallef li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament dwar eks ħaddiema tal-cable and wireless, f'liema sentenza ġie deċiż li dawn l-ħaddiema huma intitolati għall-pesnjoni skont l-Kap 93 tal-Liġijiet ta' Malta, u jgħid jekk il-kumpanija Go p.l.c. għandhiex allura issa l-obbligu li tirrfondi kemm il-kwart għal 12-il sena u nofs, somma li ma titħallasx taxxa fuqha bħall-ħaddiema tal-gvern li għandhom din l-iskema ta' pensjoni, kif ukoll arretrati tal-pensjoni tal-invalidità, mill-gurnata li dawn ġew dikjarati boarded out mit-tobba tal-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dwar din il-kwistjoni, kien intlaħaq ftehim ta’ prinċipju mar-rappreżentanti legali tal-ħaddiema. Il-maġġoranza kbira tal-ħaddiema jidher li għażlet li taċċetta dan il-ftehim li permezz tiegħu dawn jingħataw lump-sum payment in lieu of pension. Kwart ta’ din is-somma ġiet meqjusa bħala kommutazzjoni u għalhekk eżenti mit-taxxa skont il-liġi, filwaqt li fuq il-kumplament titħallas it-taxxa dovuta fuq din is-somma meqjusa bħala ‘likwidazzjoni ta’ fond tal-pensjoni’ u għalhekk taxxabbli bl-10%. Naturalment jekk xi ħaddiema ma jaċċettawx il-ftehim u jirċievu pensjoni, dawn jiġu ntaxxati bir-rati normali tat-taxxa. GO plc kienet ġiet infurmata wkoll dwar it-trattament tat-taxxa ta’ dawn il-pagamenti.
Il-parti tal-mistoqsija parlamentari dwar jekk GO plc hijiex obbligata li tirrifondi s-somom ta' flus imsemmija tinvolvi punt legali, u ma jispettax lil dan il-Ministeru li jaghti l-interpretazzjoni tiegħu.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-MOBC ma tħallsitx tal-kiri ta' storage taż-żejt li kienet qed toffri l-istess MOBC lill-kumpaniji lokali? Kemm tilfet l-MOBC minn din il-kirja u għaliex ma tħallsitx din il-kirja?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-fatturi li ħarġet l-MOBC għall-kiri tat-tankijiet għax-xahar ta’ Mejju huma disputed u għaldaqstant għadhom ma tħallsux. Ir-raġunijiet għal din id-dispute huma relatati ma’ l-iStop Notice li nħarget mill-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-ħaddiema tal-MOBC qed jiġu avviċinati sabiex jikkonsmaw il-vacation leave fi-iqsar żmien u jgħid dan għaliex? Jista' jikkonferma u jassigura li l-ebda impjieg tal-ħaddiema tal-MOBC m'huwa se jintilef meta sseħħ il-privatizzazzjoni? Dan japplika ukoll għall-ħaddiema tal-intrapriżi l-oħra involuti f'din il-privatizzazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-Kumpanija fil-preżent għandha restrizzjoni fuq l-operat tagħha, il-Management tal-Kumpanija qiegħed jitlob lill-ħaddiema biex jieħdu parti mill-leave tagħhom.
Il-Privatisation Unit għandha
brief
biex tinnegozja t-trasferiment tal-Operat tal-Petroleum ta’ l-Enemalta u ta’ l-MOBC bħala ‘
going
concern
’. Għaldaqstant l-impjegati kollha jridu jiġu trasferiti lill-konċessjonarju mat-trasferiment ta’ l-Operat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus (bħala finanzi) lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn Settembru 2010 sa Mejju 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, fil-perjodu imsemmi, t-trasferimenti li saru mill-Fond Konsolidat lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienu jammontaw għal €7 miljun. Dawn ġew ikkreditati bħala revenue peress li kienu dovuti lill-gvern mingħand l-istess awtorità. L-ammonti involuti kienu €4,087,701 bħala Infrastructure Fees u €2,912,298.19 bħala Taxxa tad-Dħul u Sigurta Soċjali.
Tista' l-Ministru tagħti breakdown dettaljat tan-numru ta' assentejiżmu f'kull wieħed mill-Istituti tal-Mcast għas-sena akkademika 2010-2011? Tista' tipprovdi n-numru ta' studenti reġistrati għall-korsijiet tal-ġurnata, jiġifieri korsijiet stipendjati matul is-sena akkademika 2010-2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba tinvolvi mas-sitt elef student imqassma f’għaxar istituti fuq perjodu ta’ għaxar xhur u 'l fuq minn 120 kors differenti. Din l-informazzjoni kif mitluba hija diffiċli li tinġabar f’qasir żmien peress li l-attendenza fl-MCAST tittieħed siegħa b’siegħa minn kull lekċerer ta’ kull suġġett għal kull student.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk l-ex reġistrar tal-Università ta' Malta, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament għadux jagħti s-servizz ta' konsulenza lill-Università? Jekk iva, x'inhu l-ammont ta' sigħat li jagħti kull ġimgħa, l-onorarju li qed jingħata għas-servizz tiegħu u f'liema qasam qed tingħata din il-konsulenza?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna msemmija għandha kuntratt definit bħala Advisor mal-Università ta' Malta. Il-kuntratt jeħtieġ li l-advisor jipprovdi bejn ħmistax (15) u għoxrin (20) siegħa fil-ġimgħa għal remunerazzjoni ta' Ewro 24,750 kull sena. L-advisor jipprovdi assistenza għat-titjib l-amministrazzjoni ta' programmi akkademiċi u l-utilizzazzjoni tar-riżorsi fl-Università.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, huwiex impjegat full-time permanenti mal-Università? Jekk fl-affermattiv, tista' l-Ministru tispjega kif l-istess individwu qed jagħti 25 siegħa fil-ġimgħa konsulenza meta suppost impjegat full-time permanenti l-Università?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna msemmija huwa impjegat permanenti full-time akkademiku tal-Università ta' Malta. M’għandi xejn li jindika li l-istess persuna għandha konsulenza ta’ 25 siegħa fil-ġimgħa.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk il-kors pedakoġiku kontemplat mill-Att tal-Edukazzjoni 2008, huwiex se jiġi offrut? Jekk fl-affermattiv, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm hemm kandidati potenzjali għal dan il-kors u meta se jiġi offrut? Tista' tinforma ukoll kemm hemm għalliema supply mad-DES li għandhom degree ta' master jew PhD u li jikkwalifikaw sabiex jattendu għall-kors pedakoġiku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-direttorati qegħdin f’diskussjonijiet mal-Università sabiex jingħata dan il-kors.
In-numru ta’ għalliema
supply
mad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li għandhom
degree
ta’
Master
huwa 6, filwaqt li m’hemm ebda għalliema
supply
li għandhom PhD.
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk il-bord tal-professjoni tal-psikoloġija huwiex kostitwit jew le? Jekk le, kemm ilu mhux kostitwit u x'kienet ir-raġuni li ma reġax ġie kostitwit dan il-bord? Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet ta' malpractice quddiem il-bord imsemmi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bord tal-Professjoni tal-Psikoloġija qed jiġi kostitwit skont l-Att dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija u bħalissa qed issir il-konsultazzjoni meħtiega skont Artiklu 4. Il-bord kellu jerga’ jigi kostitwit wara li xi membri rreżenjaw filwaqt li oħrajn skadilhom it-terminu tal-ħatra f’Jannar 2011. Il-Ministeru kellu jistenna li jidħlu n-nominazzjonijiet tal-Assoċjazzjonijiet tal-Psikoloġi qabel ma jiġi kostitwit il-bord.
Bħalissa hemm każ wieħed ta’ allegazzjoni ta’
malpractice
quddiem il-bord.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-OHSA timpjegax occupational doctor? Jekk fl-affermattiv, kemm ilu impjegat mal-awtorità u x’inhu x-xogħol prinċipali tiegħu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ilha timpjega occupational physician sa mill-1 ta’ Ġunju, 2009. Ir-responsabbiltajiet tiegħu huma relatati mal-qasam tal-mediċina okkupazzjonali, u jinkludu, skont kif meħtieġ, l-investigazzjoni tal-kawżi possibbli ta’ mard relatat max-xogħol, l-organiżżar ta’ taħriġ, il-ħarsien tar-regolamenti dwar prevenzjoni ta’ mard fuq ix-xogħol, iż-żamma u l-analiżi ta’ databases rigward mard relatat max-xogħol, u l-akkumpanjar ta’ Uffiċċjali oħra għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, inkluż waqt investigazzjonijiet ta’ espożizzjonijiet fuq ix-xogħol.
Din il-ħidma tikkonċerna kemm mard fiżiku, kif ukoll ta’ natura psikosoċjali.
OHSA — informazzjoni dwar apparat li jkejjel it-toxics
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-OHSA għandhiex apparat partikolari li bih jitkejlu t-toxics u jekk dan l-apparat qattx intuża? Jista' jgħid kemm sewa dan l-apparat u jekk huwiex minnu li dan l-apparat riċentament intbagħat barra minn xtutna sabiex jerġa’ jiġi kkalibrat? Kemm se jiswa sabiex jiġi kkalibrat u f’każ li hemm xi tiswijiet jew tibdiliet oħra, jista' jgħid kemm se jiswew?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba saru spezzjonijiet u rapporti mill-OHSA fir-rigward ta’ Hexagon House u l-impjegati tagħha fl-aħħar 10 snin? Jista' jgħid ukoll kemm-il darba impjegati tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jinsabu f’Hexagon House spiċċaw iddaħħlu l-isptar u l-OHSA x’passi ħadet fil-konfront ta’ dan kollu meta x-xogħol speċifiku tagħha huwa s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ġiet infurmata għall-ewwel darba fuq Hexagon House f’Marzu 2009. Wara żewġ spezzjonijiet tal-post, biex tinġabar ikar informazzjoni dwar in-natura tal-problema, kienu ġew orġaniżżati mill-OHSA diversi laqgħat li kienu jinvolvu lill-Management, lir-rappreżentanti tal-ħaddiema (unions rispettivi fil-Malta Environment and Planning Authority (MEPA)) u lir-rappreżentanti tal-ħaddiema skont l-Avviż Legali 36/2003. Minn dak iż-żmien l’hawn saru wkoll 3 spezzjonijiet oħra fil-post imsemmi, waqt li saru 3 laqgħat oħra fil-Head Office tal-MEPA. L-Awtorità eżaminat ukoll ċertifikati mediċi relatati mal-każ, waqt li tkellmet ma’ diversi esperti li kienu involuti fil-każ, u eżaminat u ddiskutiet ir-rapporti tekniċi mħejjija minnhom.
Kien hemm il-possibiltà li l-problema kienet kaġunata minn emissjonijiet ambjentali, li l-kontroll tagħhom ma jaqax taħt l-applikabbiltà tal-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol. Minkejja dan, u fid-dawl tal-allegati sintomi li kienu qed jgħidu li qed ibatu minnhom il-ħaddiema u wara l-investigazzjonijiet li għamlet, l-OHSA ippreparat rapport interim li kien jinkludi diversi rakkomandazzjonijiet dwar (i) il-kontroll tal-emissjonijiet ambjentali li setgħu kienu qed jikkaġunaw il-problema, u (ii) il-miżuri li riedu jittieħdu mill-MEPA biex ikun kkontrollat l-effett fil-ħaddiema li jaħdmu ġewwa Hexagon House.
Mill-investigazzjonijiet li għamlet l-OHSA, jirriżulta li s-sintomi deskritti mill-impjegati kienu kollha
non specific
, u mhux indikattivi ta’ xi espożizzjoni speċifika. Barra minn hekk, u skont l-informazzjoni li għandha l-OHSA, iddaħħlet persuna waħda biss l-isptar li nżammet ġurnata għall-osservazzjoni.