Taxxa, VAT u kontribuzzjonijiet soċjali — eżenzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta' kemm saru talbiet għal maħfriet u eżenzjonijiet minn ħlas ta' taxxa, ħlas ta' VAT u ħlas ta' kontribuzzjoni soċjali? Kemm minn dawn ġew milqugħa, kemm minnhom ma ġewx milqugħa u kemm minnhom għadhom pendenti? Jista' jagħti din l-informazzjoni mis-sena 2008 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mhux magħruf għal liema maħfriet qed jirreferi, minħabba li d-dipartiment tat-taxxi interni ma jagħtix maħfriet mit-taxxa. Jekk però l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-Iskema ta’ Tnaqqis fil-Multi u l-Imgħaxijiet, in-numru ta’ persuni li sa issa gawdew minn tali tnaqqis kien dan: Fl-ewwel fażi kien hemm 25,939 individwi u 5,919 kumpanniji. Fit-tieni fażi – li kienet miftuħa wkoll għal employers li kellhom bilanċi ta’ taxxa jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegati tagħhom – kien hemm 8,347 individwi, 2,759 kumpanniji u 2,962 employers.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-liġi tal-VAT ma tippermettix maħfriet ta’ taxxa tal-VAT li tkun dovuta li titħallas. Rigward l-eżenzjonijiet, dawn stabbiliti fil-liġi u applikati direttament mill-persuna li tkun qed tiġġestixxi attività ekonomika. Id-Dipartiment tal-VAT ma jżommx statistika dwar dawn l-eżenzjonijiet u r-rwol tiegħu hu li jara li fejn dawn l-eżenzjonijiet jiġu applikati, jkunu applikati skond il-liġi tal-VAT.
kirjiet pendenti relatati ma' prorpjetà kummerċjali — eżenzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kirjiet pendenti relatati ma' proprjetà kummerċjali u jekk kien il-każ li kien hemm maħfriet jew eżenzjonijiet, jista' jagħti statistika dettaljata mis-sena 2008 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub u mistieden jikklarifika jew jippreċiża x’irid ifisser bil-frażi “kirjiet pendenti.”
Tista' l-Ministru tagħti rendikont dettaljat ta’ kemm intnefaq fi fuel fid-dekasteri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha minn Marzu 2008 sa Awwissu 2011?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — infiq fi fuel
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm intnefaq fi fuel fid-dekasteri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Marzu 2008 sa Awwissu 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu għas-snin 2008 sa 2010 diġà ngħatat fit-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 25158, 14052 u 5584, nifurmaħ li għal din is-sena minn Jannar sa Awwissu, in-nefqa fil-konsum ta’ fuel għall-Ministeru u dipartiment kollha li jaqgħu taħtu kien ta’ €1,025,567. Din il-figura tkopri 'l fuq minn 840 inġenji u vetturi li l-parti kbira minnhom, aktar minn 600 minnhom huma vetturi u inġenji tax-xogħol bħal cranes, bulldozers, forklifters, kompressuri li fid-dawl tan-natura tagħhom għax-xogħol rikjest minnhom jikkunsmaw konsiderevolment. Rigward l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi din kienet ta’ €12,986.00 u WasteServ Malta Limited din kienet ta’ €230.996. Din tal-aħħar tkopri seba’ trukkijiet kbar, tliet inġenji, ħames vannijiet kbar u vetturi.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — infiq fi fuel
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm intnefaq fi fuel fid-dekasteri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Marzu 2008 sa Awwissu 2011?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Rigward l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u 2010 nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 5124, 14054 u 23488.
Qed inqiegħed fuq il Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għas-sena 2011.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm intnefaq fi fuel fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fid-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu minn Marzu 2008 sa Awwissu 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nehmeż ma din it-tweġiba tabella bl-informazzjoni mitluba għas-sena 2011.
Ninforma lill-Onor.Interpellant biex jirreferi għar-risposti li nagħataw għall-Mistoqsija Parlamentari 5583, 14047 u 23843 rigward l-informazzjoni mitluba għas-sena 2008, 2009 u 2010.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat ta' kemm sewa l-leaflet propogandistiku li tqassam fid-djar relatat mas-suġġett tal-ilma? Nitlob li fir-rendikont jinkludi l-ispejjez kollha inkluż l-ispejjeż tad-distribuzzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għad-disinn tal-pubblikazzjoni informattiva ‘L-Ilma, l-Ħajja intalbu 3 kwotazzjonijiet u ntgħażlet l-orħos waħda li kienet ta’ €1,699.30.
Għall-istampar kien hemm sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern pubblikata fl-20 ta’ Mejju 2011. Intfegħu żewġ offerti u ngħażlet l-anqas waħda li kienet ta’ €20,160
Għad-distribuzzjoni thallsu €6,112.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Suġġett relatat mat-trattament tal-ilma
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-suġġett relatat mat-trattament tal-ilma, jidher li issa ġie shadowed mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li t-trattament tal-ilma urban mormi (urban waste water treatment) huwa suġett ta’ direttiva ambjentali tal-Unjoni Ewropea. Il-MEPA, li tifforma parti mid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, hija l-awtorita kompetenti fuq it-trattament tal-ilma urban mormi, bħala regolatur kif definita fil-liġi Maltija (inkluż Aviżż legali 340 ta’ l-2001 kif emendat b’ Avviż Legali 192 tal-2004 u b’Avviż Legali 191 ta’ l-2004). Il-Korporazzjoni għas-Servizz tal-ilma hija responsabbli għall-operat relatat ma-trattament tal-ilma.
Impjegati ta’ Transport Malta jassistu lill-klijenti tal-Arriva
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li impjegati ta’ Transport Malta spiċċaw jassistu lill-klijenti tal-Arriva? Jista’ jgħid min ħallas għal dan is-servizz li offrew l-impjegati ta’ Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li numru ta' impjegati ta' Transport Malta kienu assenjati f'numru ta' interchanges u bus stops biex jagħtu informazzjoni lill-pubbliku. Bħala mpjegati ta' Transport Malta dawn il-persuni tħallsu mill-istess awtorità.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — infiq fi fuel
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm intnefaq fi fuel fid-dekasteri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Marzu 2008 sa Awwissu 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — infiq fuq fuel
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm intnefaq fi fuel fid-dekasteri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Marzu 2008 sa Awwissu 2011?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — infiq fi fuel
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont dettaljat ta’ kemm intnefaq fi fuel fid-dekasteri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha minn Marzu 2008 sa Awwissu 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — infiq fi fuel
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm intnefaq fi fuel fid-dekasteri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Marzu 2008 sa Awwissu 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm intnefaq fi fuel fid-dekasteri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Marzu 2008 sa Awwissu 2011?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 5120, 14048, 23484 fejn ingħatat informazzjoni dwar kemm intefaq fi fuel matul is-snin 2008, 2009 u 2010 rispettivament. Din is-sena l-ispiża minn Jannar sa Awwissu kienet ta' €50,849.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk bejn is-snin 2002 - 2004 l-MOBC għamlitx tajjeb permezz ta' letter of credit għan-nom tal-IBOL (Island Bunker Oils), meta l-istess IBOL kienet kompetitur tal-istess MOBC?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-MOBC kellha arranġament mal-Island Bunkering Oils Ltd fejn l-MOBC tipprovdi letter of credit, sabiex jinxtara ż-żejt. L-Island Bunkering Oils Ltd imbagħad tħallas l-ispejjeż għas-servizz u l-prodott lill-MOBC. Din hija proċedura li tintuża f’każijiet fejn kumpanija toħroġ letter of credit għall-kumpanija oħra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li barrani, miżżeweġ Maltija u ilu Malta aktar minn ħdax-il sena, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ abbażi tal-estensjoni tal-employement licence, titlob li dan iċ-ċittadin jipprovdi private hospital health insurance?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-barrranin li huma miżżewġin ma’ ċittadini Maltin u li għandhom il-Freedom of Movement m’għandhomx bżonn il-liċenzja tax-xogħol biex jaħdmu Malta.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm irid ikun ilu jgħix Malta barrani ta' nazzjonalità mhux Ewropea, miżżewweġ Maltija, sabiex jottjeni ċ-ċittadinanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ ta' persuna barranija (inklużi persuni li huma ċittadini tal-Ewropa) miżżewġa ċittadin ta' Malta, m'hemm ebda kundizzjoni marbuta ma' residenza f'Malta sabiex din il-persuna tikseb ċittadinanza Maltija fuq bażi ta' żwieġ.
MITA — breakdown tas-somma relatata mat-trasferiment
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intlaħqet jew se tintlaħaq is-somma ta' €7.3 miljun f'xogħol relatat mat-trasferiment tal-Malta Information Technology Agency?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l -investiment msemmi kien stmat madwar 8 miljuni. Wara proċess ta’ tenders publiċi l-investiment mistenni li jkun ta’ madwar 7.3 miljun. It- total huwa soġġett għal xi tibdil skond il-bżonnijiet tal-proġett.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kif inhu mqassam dan l-investiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tiffranka l-Malta Information Technology Agency f'kera li tħallas sal-lum ta' Gattard House u x'se tħallas - jekk hux kera - għall-proprjetà l-ġdida li diġà bdew ix-xogħlijiet fiha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-MITA se tkun qed tiffranka Eur 10,000 f'kera fis-sena.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li ħareġ l-aħħar permess, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ivverifikatx on site:
a) jekk l-
area
mibnija issa hijiex aktar mill-40% permessi;
b) jekk attwalment il-garaxx u l-washroom li ġew approvati qabel l-aħħar elezzjoni wara li kienu diġà ġew miċħuda għal diversi drabi qabel humiex attwalment jintużaw għall-iskopijiet li għalihom saret it-talba;
ċ) jekk il-washroom, li saret ta' 13-il filata ġietx approvata li ssir hekk;
d) jekk ix-xogħol li sar under street level huwiex approvat minnha kif magħmul;
e) jekk il-kundizzjonijiet li għamlet biex joħroġ dan il-permess qabel l-aħħar elezzjoni ġewx segwiti skrupulużament? Jista jgħid għaliex qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li jinħareġ il-permess, min kien qed joġġezzjona m'għajtulux kif għamlu qabel meta l-permess kien jiġi miċħud?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li :-
a) Minn spezzjoni li saret ricentatment instab illi l- bini u l-
area
okkupata
(foot print)
hija skont kif approvat fil-pjanti tal-permess PA 4136/01 mahrug fis-6/6/2008.
b) Il-garaxx qed jintuza skont il-permess u rigward il-kamra tal-bejt nixtieq ninforma li m'hemm ebda użu speċifiku ħlief dak domestiku u bħala tromba tat-taraġ. Tajjeb jingħad li l-permess japprova ukoll estensjoni ta'
conservatory
fuq l-istess bejt li però sallum ghadu ma nbeniex.
c) Il-kamra tal-bejt inbniet skont il-pjanta approvata inkluż l-għoli (ara pjanta PA 4136/01/104A)
d) Il-xogħol
under street level
huwa mibni skont il-permess (ara pjanta PA 4136/01/104A)
e) Il-kundizzjonijiet tal-permess ġew kollha segwiti. Infakkar li l-permess inħareġ wara deċizjoni meħuda mill-Bord tal-Appelli dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (ara kaz PAB 323/05 datat 26 ta/ Marzu 2008) wara appell minn rifjut. Min-naħa tal-Bord tal-Appelli ġew infurmati s-segwenti persuni, (b'ittra reġistrata illi se tittieħed deċizjoni fis-26 ta' Marzu 2008, liema ittra hija datata 5 ta' Marzu 2008) : Ninu Galea, Perit Ian Zammit kif ukoll lil Alfred Grixti.