Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #29690 Sitting 406 2011-11-09 Oral · Interim From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — kawżi pendenti quddiem il-bord tal-appell

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28639, jista' l-Prim Ministru jgħid min hu responsabbli sabiex jinkitbu d-deċiżjonijiet, li bosta minnhom qabżu l-limitu ta' sitt xhur u saħansitra għaddew sentejn minn fuq ir-riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid min se jinżamm politikament responsabbli għal dan in-nuqqas, meta nafu kif u b'kemm jitħallsu diversi fi ħdan l-awtorità, filwaqt li hemm diversi li qed ibatu l-konsegwenzi ta' dan l-aġir inkompetenti u li jmur kontra l-ispirtu tal-istess riformi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.

PBS — Bord Editorjali - onorarja u perkaċċi

Question

Tista' l-Ministru tinforma lil din il-Kamra minn min hu kostitwit il-Bord Editorjali tal-Public Broadcasting Services u x'inhi l-kariga li jokkupaw barra mill-Bord? Kemm jitħallas kull membru f'onorarja u perkaċċi talli jifforma parti mill-istess bord? Kemm-il siegħa fil-ġimgħa huma obbligati li jagħtu lill-istess Bord bħala parti mill-kuntratt tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

PBS — Bord Editorjali

Question

Tista' l-Ministru tinforma lil din il-Kamra meta ġie kostitwit il-Bord Editorjali tal-Public Broadcasting Services preżenti u meta jiskadilu t-termini tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Bord Editorjali preżenti ġie kostitwit fit-2 ta’ Mejju 2008. It-termini tiegħu jiskadi fit-30 ta’ April 2012.

ħaddiema li rtiraw

Question

B’referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 28287, tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-pesuni indikati fl-informazzjoni mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra kienu jaħdmu mas-settur pubbliku, inkluż il-korporazzjonijiet? Għall-istess perjodu, kemm kien il-livell numeriku tal-impjiegi fis-settur pubbliku inkluż tal-korporazzjonijiet matul dawk is-snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ma jżommx statistika ta’ kemm mill-persuni li jirtiraw bl-eta’ fis-snin 2008 sal-2011 kienu jaħdmu mas-settur pubbliku inkluż il-korporazzjonijiet u lanqas kemm kien il-livell numeriku tal-impjegati msemmija matul l-istess snin.

Dental Surgery Assistants — Qasam tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnhu li ġew ingaġġati dental surgery assistants fuq bażi ta' kuntratt ta' tliet snin mal-Qasam tas-Saħħa liema kuntratt jiġi eżawrit fl-20 ta' Lulju, 2013?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ġew ingaġġati numru ta’ dental surgery assistants fuq bażi ta’ kuntratt ta’ tliet snin. Madankollu qed jiġi kjarifikat li d-data tal-iskadenza tat-tali kuntratti m’huwiex l-20 ta’ Lulju 2013 izda s-26 ta’ Settembru, 2014.

Dental Surgery Assistants

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ġiex ingaġġat it-tieni grupp ta' dental surgery assistants ? Jekk huwa l-każ, jista' jikkonferma li: a) is- seniority tiġi rikonoxxuta fir-rigward tal-ewwel grupp li daħal; u b) li l-kuntratt tal-ewwel grupp ta' dental surgery assistants hux se jiġġedded mill-ġdid minn nhar l-20 ta' Lulju 2013?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li t-tieni grupp ta’ dental surgery assistants ġie ngaġġat. Is- seniority tigi kkunsidrata skont il-kriterji stabbiliti fil-Public Service Management Code u għaldaqstant tingħata seniority abbażi tad-data tal-ħatra u l-ordni fir-riżultat tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Il-Ministeru jirriżerva d-dritt li jġedded il-kuntratti skont l-esiġenza tas-Servizz Pubbliku.

impjegati li jużaw il-mobile u l-vetturi personali tagħhom fuq qadi ta' xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hiex il-prassi li kulmin huwa impjegat u juża l-mobile tiegħu u l-vettura tiegħu għal skop ta' xogħol, hux intitolat li jiġi rikumpensat għall-ispejjeż li jagħmel matul il-qadi ta' dmirijietu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Riforma fit-trasport pubbliku

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7971, jista' l-Ministru jipprovdi statistika ta' min ipprovda konsulenza speċjali u spejjeż professjonali, kif intgħażlu tali entitajiet jew individwi, kemm tħallsu u fir-rigward ta' xiex ipprovdew il-konsulenza li ammontat għal €140,000(stima)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ambulanzi — kiri

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27990, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-gvern qed iħallas €47,035 f'kirja għal ambulanza waħda (garaxx ta' Gwardamanga) sabiex tiġi replaced ambulanza li l-ispiża għat-tiswija tlaħħaq €9,170 u dan mill-28 ta' Mejju 2011? Jista' jgħid jekk l-ammont imsemmi li tħallas f'kirja, jfisser li jkopri sal-jum tar-risposta parlamentari jiġifieri sat-18 t'Ottubru 2011 u dan ifisser li l-kirja tammonta għas-somma ta' madwar €300 kuljum? Jekk le, kemm iħallas kuljum għal tali kirja?

Response (CASSAR, JOSEPH)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 27990, infurmat li l-Gvern ħallas €47,035 f’kiri ta’ diversi ambulanzi u mhux fuq ambulanza waħda mill-garaxx ta’ Gwardamangia. Dan il-garaxx għandu għad-dispożizzjoni tiegħu ħames ambulanzi. Biex ilaħħaq mad-domanda tax-xogħol il-garaxx ta’ Gwardamangia irid jaħdem b’ħames ambulanzi kuljum u jekk xi ambulanza tkun bil-ħsara jkollu bilfors jirikorri għall-kiri. Mit-tabella annessa mal-mistoqsija parlamentari 27990, wieħed jista jinnota li bejn Jannar 2011 u t-18 ta’ Ottubru 2011, f’xi żmien jew ieħor, xi waħda mill-ħames ambulanzi kienet bil-ħsara u allura kellha tinkera ambulanza. L-ambulanza GVN 233 li qed jgħamel referenza għalijha l-Onor. Interpellant, ma tgħamilx sens li tissewwa meta wieħed iqis l-ispiża biex tissewwa u li din hi vettura li ilha 16 il-sena tintuża. Sal-11 ta’ Ottubru 2011, għal kull kirja, id-dipartiment ħallas €150 għal ambulanza zgħira u €200 għal ambulanza kbira.

Ambulanzi — kiri

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27990, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-gvern qed iħallas €49,560 f'kirja għall-ambulanza waħda (Mater Dei) sabiex tiġi replaced ambulanza liema dettal tal-ħsara ma ġiex innutat, filwaqt li ġew innutati 2 ambulanzi oħra li għandhom ħsara? Jista' l-Ministru jgħid kif qed jopera b'ambulanza waħda mikrija sabiex jiġu replaced 2 li għandhom il-ħsara? Meta huwa mistenni li jissewwew iż-żewġ ambulanzi sabiex titwaqqaf kirja bla bżonn minn flus il-poplu, liema data minn meta bdiet il-kirja ma ġietx mogħtija? Jista' jgħid kemm qed titħallas f'kera kuljum għal din l-ambulanza minn mindu bdiet il-kirja?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-kiri tal-ambulanzi ma sarx minħabba ħsarat biss ta’ ambulanza waħda iżda minħabba diversi ħsarat li kellhom l-ambulanzi kollha li hemm fl-Isptar Mater Dei. Huwa tajjeb li wieħed jinnota li jekk ikun hemm ambulanza waħda biss bil-ħsara, b’mod immedjat, l-Isptar Mater Dei jikri ambulanza oħra. Issa jekk minħabba xi spare part li jdum biex jasal Malta, għal dak il-perjodu sakemm jasal l-spare part, l-Isptar Mater Dei ikun kostrett li jikri ambulanza oħra. Dan jgħodd ukoll jekk issir manutenzjoni regolari fuq ambulanza, u din normalment jista’ ddum bejn ġurnata u jumejn. Sitwazzjoni oħra fejn ikun hemm bżonn tinkera ambulanzi hija meta s-seba’ ambulanzi li hemm fl-isptar Mater Dei ma jkunux biżżejjed biex tintlaħaq id-domanda ta’ emerġenzi li jista’ jkun hemm f’ġurnata waħda. B’referenza għaż-żewġ ambulanzi li ilhom bil-ħsara minħabba l-istennija ta’ spare parts, irid jingħad li l-spare parts tal-ambulanza bin-numru GVH097 issa wasslu u din ġiet irritornata fl-isptar Mater Dei fit-28 t’Ottubru 2011. L-ambulanza l-oħra, bin-numru ta’ reġistrazzjoni GVN469, hu mistenni li tkun lesta fl-4 ta’ Novembru 2011. Il-Gvern iħallas € 150.00 kuljum għal kiri ta’ kull ambulanza.

Residenza San Vinċenz de Paul — blokk ġdid - spiża

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi breakdown dettaljat tal-ispiża li laħqet is-somma ta' €9,000,000 fil-blokk il-ġdid f'San Vinċenz de Paul?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Lejn Edukazzjoni ta' Kwalità Għal Kulħadd — flus f'konsulenza

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27995, ġaladarba hemm persuni li ma ssemmewx fil-lista mogħtija tista' l-Ministru tinforma lil din il-Kamra kemm tħallsu u ta' liema xogħol tħallsu l-persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill tal-Università — konsulenza għall-gvern mir-Rettur

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27966, tista' l-Ministru tinforma lil din il-Kamra jekk ir-Rettur kienx preżenti fis-seduta tal-Kunsill tal-Università, meta ttieħdet id-deċiżjoni u ngħata l-permess biex jagħmel konsulenza għall-gvern u jekk dan il-permess ġiex imġedded minn sena għall-oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-prinċipju li r-Rettur jingħata permess biex ikun jista’ jagħmel xogħol barra mill-Università, sakemm dan bl-ebda mod ma jfixkel il-qadi ta’ dmirijietu, jew ikun ta’ kunflitt ma’ dmirijietu bħala rettur, ġie diskuss meta l-pakkett kollu tar-Rettur kien qed ikun iddeliberat mill-kunsill. Ir-Rettur ma kienx preżenti waqt din id-diskussjoni. Meta r-Rettur daħal lura fil-kunsill, u spjegawlu l-pakkett kollu, hu minn jeddu, iddikjara l-assi u l-interessi kollha tiegħu, inkluż il-konsulenza mal-Gvern. Il-Kunsill aċċetta d-dikjarazzjoni tar-Rettur u l-fatt li r-Rettur kien maħtur konsulent tal-gvern.

MITA — faċċata ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-faċċata l-ġdida tal-binja tal-Malta Information and Technology Agency ġewwa Santa Venera?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ispiża relatata ma' xogħlijiet fuq il-faċċata l-ġdida tal-binja tal-Malta Information and Technology Agency (MITA) ġewwa Santa Venera hija ta' €277,020 mingħajr il-VAT.

MOBC — storage facilities

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27233, jista' l-Ministru jgħid kemm ħallsu l-entitajiet għal ħażniet taż-żejt fl-istorage facilities tal-MOBC mis-sena 2004 sa April 2011? Jista' jagħti din l-informazzjoni, kull kumpanija għaliha, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali, u għaldaqstant ma tistgħax tingħata.

MCAST — assentejiżmu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26908, tista' l-Ministru tipprovdi r-rendikont mitlub?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rata ta’ assentejiżmu fl-MCAST għas-sena akkademika 2010/2011 ġiet kalkolata fil-livell ta’ 11.1%. Fl-istess sena, in-numru ta’ studenti reġistrati għall-korsijiet tal-ġurnata ( full-time ) matul is-sena akkademika 2010/2011 huwa ta’ 6072.

PBS — nefqa fuq kull sett tal-aħbarijiet

Question

Tista' l-Ministru tipprovdi statement ta' kemm intnefaq fuq kull sett tal-aħbarijiet tal-Public Broadcasting Services mis-sena 1998 sas-sena 2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-PBS nefqet is-somma ta’ €30,409 bejn is-sena 1998 u s-sena 2010. Din in-nefqa tirrikkwarda s-sett tal-aħbarijiet li kien sar fis-sena 2007 għax skont l-informazzjoni li għandu l-PBS, darba biss sar sett tal-aħbarijiet bejn is-sena 1998 u s-sena 2010.

PBS — Spejjeż tas-sett tal-aħbarijiet

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28156, tista' l-Ministru tippreżenta breakdown tal-ispejjeż tas-sett tal-aħbarijiet tal-PBS, li sewa lil pajjiżna s-somma ta' €98,700?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Riforma fit-trasport pubbliku

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7971, jista' l-Ministru jipprovdi statistika dettaljata ta' x'intnefaq, min issuplixxa u kemm sewa kull prodott li kellu x'jaqsam ma' xogħol, apparat elettriku, mekkaniku u finishing works li ammontaw għal €3,179,837?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal xiex qed jirreferi fil-mistoqsija tiegħu minħabba li l-Mistoqsija Parlamentari 7971 tidher li titratta suġġett differenti.

Arms Ltd — kirja tal-proprjetà l-ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tħallas l-Arms Ltd f'kirja tal-proprjetà l-ġdida, f'Gattard House? Jista' jgħid jekk tali kirja ssirx mingħand il-privat u jekk huwa l-każ, min hu sid il-proprjetà?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-kirja tal-proprjetà l-ġdida f’Gattard House hija ta’ €78,757 fis-sena. Tali kirja ssir mingħand il-gvern.