Legislature:
Category:
Reset
Active:

Spiża fuq salarji u perkaċċi li l-Gvern iħallas lill-awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30163 u 27925 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-ispiża tas-salarji u perkaċċi li l-gvern iħallas lill-awtoritajiet? Jistgħu dawn ikunu preżentati separatament skont il-gradi sa mis-sena 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Sptar Mater Dei — nefqa fuq operational materials and supplies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq f’operational materials and supplies fis-snin 2010 u 2011 fl-Isptar Mater Dei?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-ispiża minfuqa mill-Isptar Mater Dei fuq Operational Materials and Supplies matul l-2010 u l-2011 sa issa hija hekk: 2010 - €4,177,948.35 2011 - €2,907,420.25

Spiża fuq salarji u perkaċċi li l-Gvern iħallas lill-awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27925 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-ispiża tas-salarji u perkaċċi li l-gvern iħallas lill-awtoritajiet? Jistgħu dawn ikunu preżentati separatament skont il-gradi sa mis-sena 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Sptar Mater Dei — nefqa fuq spare parts

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni dwar kif fis-sena 2008 u 2009, fl-Isptar Mater Dei intnefqu fi spare parts €424,341, filwaqt li fl-ewwel tmien xhur tas-sena 2011 intnefqu €483,301? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown ta’ fiex intnefqu fl-ewwel tmien xhur tas-sena 2011?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — nefqa f'manutenzjoni ta' non medical equipment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq f’manutenzjoni relattata ma' non medical equipment fis-snin 2010 u 2011 fl-Isptar Mater Dei? Jista' jiġi ppreżentat breakdown speċifiku ta’ x’tip ta’ manutenzjoni saret u kemm intnefaq għal kull manutenzjoni fuq kull item?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — nefqa fuq manutenzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 26270, jista’ l-Ministru jispjega n-nefqa ta’ € 66,516 bħala other contractual services, fiex intnefqu, min issuplixxa s-servizz u kemm tħallas għas-servizz provdut?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-nefqa ta’ €66,516.00 ġiet imħallsa lil Joseph F. Spiteri & Co. (1927) Ltd. għal manutenzjoni fuq CT-Scanner.

MITA — nefqa fuq kirjiet ta' vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Malta Information Technology Agency (MITA ) tikrix vetturi għall-użu tax-xogħol tagħha? Jista’ jgħid kemm intnefqu f’kirjiet matul is-snin 2008 sa 2011 separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-fatt il-MITA tikri vetturi għall-użu tax-xogħol tagħha. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-infiq f’kirjiet matul is-snin 2008 sa 2011.

każ ta' individwu li ma rċeviex l-injury benefits

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li weġġa' fl-10 ta' Settembru 2011 u li huwa self employed, sal-lum ma irċieva l-ebda injury benefits?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

e-registration

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8462, jista' l-Ministru jgħid jekk is-sistema tal-e-registration bdietx topera mill-pubbliku, kemm ilha topera b’dan il-mod u kemm kienu l-individwi li użaw din is-sistema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta' Marzu ta' din is-sena, s-sistema sabiex tirreġistra vettura online kienet ukoll estiża sabiex tkun aċċessibbli anke mill-pubbliku permezz ta' l-e-ID. Madankollu sa issa ma kien hemm l-ebda applikazzjoni ta' reġistrar ta' vetturi online.

Transport Malta — segretarji ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk l-impjegati mas-Secreterial Services li jinsabu ingaġġati ma' Transport Malta u kemm tħallset il-kumpanija msemmija minn Ġunju 2010 sa Ottubru 2011?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-preżent Transport Malta tingaġġa s-servizzi klerikali ta' 21 persuna minn Secretarial Services. Madankollu, l-ammont ta' ħaddiema li jkunu provduti lil Transport Malta jista' jvarja minn żmien għal żmien skont il-workload li jkollha. Il-kumpanija tħallset total ta' €295,000 minn Ġunju 2010 sa Ottubru 2011.

Transport Malta — ħaddiema li qed jagħmlu l-overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk l-impjegati ma' Transport Malta li qed jagħmlu l-overtime minn mindu beda l-operat tal-Arriva? Kemm tħallsu s’issa f’overtime dawn l-impjegati? Kemm-il siegħa overtime qed jagħmlu l-ħaddiema u kif qed jiġi mqassam l-overtime msemmi ta’ dawn l-impjegati? Jista’ l-Ministru jgħid xi skali għandhom dawn l-impjegati li qed jagħmlu l-overtime u jagħti l-ammont li tħallas s’issa f’overtime u jiġi spjegat fi breakdown dettaljat skont il-grad?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

nefqa fuq dipartimenti u awtoritajiet differenti

Question

Jista' l-Ministru jispjega x’inhi r-raġuni li l-ex Malta Maritime Authority mis-sena 2004 sa sena 2009, intnefaq f’manutenzjoni € 3,670,751 filwaqt li f’dipartimenti/awtoritajiet bħall-ex Awtorità dwar it-Trasport fl-istess perjodu ntnefqu € 22,728 u fl-ex Department of Civil Aviation intnefqu € 61,566? Jista' jgħid fiex u fejn intnefqu €1,294,588 fit-Transport Malta bejn is-snin 2010 u 2011 sa Awwissu, jiġifieri fil-propretajiet tal-ex Awtorità dwar it-Trasport, l-ex Malta Maritime Authority u l-ex Department of Civil Aviation separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

tfal bid-diabete — kaxxi tal-isticks

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tfal li jsofru bid-diabete humiex intitolati għal kaxxa sticks? Jista' jara li ġenituri li għandhom paga minima jew saħansitra dawk li jinsabu fuq il-benefiċċji soċjali, jingħataw għajnuna b’aktar supply meta nafu li f’ċerti każijiet jintużaw aktar minn 150 stick?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-pazjenti dijabetiċi kollha taħt il-ħamsa u tletin sena bħalissa huma kollha ntitolati għal 150 blood glucose sticks fix-xahar.

Freedom of Movement li ġie rtirat lill-barranin

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm huma dawk il-barranin li ilhom miżżewġin Maltija aktar minn 13-il sena, residenti Malta, jħallsu t-taxxa u national insurance u impjegati f'Malta, li kellhom il-Freedom of Movement u li ġie rtirat? Jista' jagħti r-raġunijiet ta' dawn il-każijiet?

Response (BORG, TONIO)

B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 29893, niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-ħlas ta' taxxa, l-impjieg, kif ukoll in-numru ta' snin ta' residenza m'għandhom ebda effett dwar jekk persuna tgawdix il-Freedom of Movement. Il-persuni konċernati jkomplu jgawdu dan id-dritt sakemm il-koppja jibqgħu jgħixu flimkien. Id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal -Expatriates huwa inkarigat li jikkonferma lil dawn il-persuni jekk igawdux dan id-dritt jew le kif ukoll li joħroġ dokument ta' residenza li jitwaħħal fil-passaport tagħhom u li jirrifletti dan id-dritt. Għalhekk mhux il-każ li dan id-dritt jiġi irtirat iżda jintilef awtomatikament kif inhu stipulat fil-liġi konċernata. Mil-lat amministrattiv id-dipartiment imsemmi hawn fuq, jikkanċella d-dokument ta'residenza li jirrifletti dan id-dritt. Ninsab infurmat li ma tinżammx informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi msemmija kif mitluba mill-Onor Interpellant.

work permit u national health insurance ta' barranin li jgħixu Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk persuna barranija tkun ilha miżżewġa persuna Maltija għal aktar minn 13-il sena residenti f'Malta, impjegat f'Malta u tħallas it-taxxa u n-national insurance, x'inhi r-raġuni li tibqa' obbligata li tottjeni work permit li jiġġedded kull sena? X'inhi r-raġuni li nies li għandhom dan l-istatus, qed jiġu obbligati li kull sena jħallsu €481 għal private health insurance ladarba jħallsu n-national insurance daqs kull Malti ieħor?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Barranin miżżewġin Maltin għandhom id-dritt għall-Freedom of Movement u b’hekk ma jkollhomx bżonn il-liċenzja tax-xogħol biex ikunu jistgħu jaħdmu Malta.

MITA — breakdown tas-somma relatata mat-trasferiment

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 27833, jista' l-Ministru jipprovdi statistika dettaljata ta’ x’intnefaq, min issuplixxa u kemm sewa kull item li kellu x’jaqsam ma' xogħol u apparat elettriku, mekkaniku u finishing works fil-binja l-ġdida tal-MITA, li ammontaw hekk kif dikjarat li ammontaw għal € 3,179,837?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista dettaljata ta' mediċini li kienu jinsabu out of stock mis-sena 2009 sa Ottubru 2011 u jgħid meta ġew supplied wara li kienu rapportati out of stock?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kunsill Malti għall-Isport — informazzjoni dwar l-assistent tad-direttur

Question

Tista' l-Ministru tgħid b'liema kriterju d-Direttur tal-Kunsill Malti għall-Isport (non executive) għandu assistent? Kemm-il siegħa qiegħed jitħallas u kemm sigħat qed jaħdem?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttur li saret referenza għalih qiegħed iwettaq riforma fl-operat ta’ Kumpless Sportiv bil-għan li l-kumpless jitħaddem b’mod aktar effiċjenti filwaqt li jkompli jkattar is-servizzi u jindirizza l-ħtiġijiet tal-klijenti tal-kumpless. Kif ingħad mill-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija tiegħu, dan id-direttur ma hux wieħed eżekuttiv u kien propriju għalhekk li kien jeħtieġ li jkollu assistenza biex iwettaq il-ħidma tiegħu.

vetturi tal-Arriva — Euro V

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-vetturi tal-Arriva huma Euro V u kemm minnhom huma mgħammra skont ir-rekwiżiti miftehma, mill-bidu tal-operat sal-lum 28 ta' Ottubru, 2011?

Response (GATT, AUSTIN)

Waqt li nfakkar li qabel ir-riforma l-maġġoranza kbira tal-karozzi l-anqas biss kellhom Euro rating, jien infurmat illi l-karozzi tal-linja kollha kienu Euro V qabel ma Transport Malta għamlet il-konċessjoni riċenti li mhux aktar minn 36 karozza jkunu Euro IV jew III għal perijodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur.

Vetturi tal-Linja — Euro III u Euro IV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-vetturi tal-linja li kellna qabel ma r-riforma daħlet fis-seħħ, kienu b'magni Euro III u Euro IV?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn 508 xarabanks li kellna fit-triq qabel ma daħlet ir-riforma, 130 xarabank kellhom magna Euro III filwaqt li l-kumplament tax-xarabanks kellhom magna ta’ standard anqas minn Euro III. Infurmat ukoll li f’Għawdex, ix-xarabanks kienu kollha ta’ standard anqas minn Euro III. Ebda karozza tal-linja ma' kienet Euro IV, waqt li issa l-karozzi tal-linja huma kollha Euro V.