Legislature:
Category:
Reset
Active:

Riforma fit-trasport pubbliku

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7971, jista' l-Ministru jipprovdi statistika ta' min ipprovda konsulenza speċjali u spejjeż professjonali, kif intgħażlu tali entitajiet jew individwi, kemm tħallsu u fir-rigward ta' xiex ipprovdew il-konsulenza li ammontat għal €140,000(stima)?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22578.
Leg 11 PQ #30864 Sitting 427 2011-12-06 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Director Probation & Parole Services — call for application

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ħarġet il-call for application għal Director Probation & Parole Services u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-applikazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma ħarġitx sejħa għall-pożizzjoni ta’ Direttur (Probation and Parole). Din il-pożizzjoni ntliet b’ direct recommendation .

Pensjonanti residenti barra minn Malta li jirċievu pensjoni tal-irtirar

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar kemm huma dawk il-pensjonanti residenti barra minn Malta li jirċievu pensjoni tal-irtirar, jiġifieri dik kontributorja? Tista' tara li jiġu skedati bl-età rispettiva u l-pajjiż li fih qed jirresjedu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vetturi mill-bidu tas-sena 2008 sa Novembru tas-sena 2011 għall-użu tal-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta’ vetturi li kera l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità għas-snin imsemmija, huwa hekk: 2008 – mitejn u dsatax (219) 2009 – tliet mija (300) 2010 – ħames mija u sitta u tmenin (586) 2011 (sa Novembru) – seba’ mija u tlieta u ħamsin (753)

MITA — breakdown tas-somma relatata mat-trasferiment

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 27833, jista' l-Ministru jipprovdi statistika dettaljata ta’ x’intnefaq, min issuplixxa u kemm sewa kull item li kellu x’jaqsam ma' xogħol u apparat elettriku, mekkaniku u finishing works fil-binja l-ġdida tal-MITA, li ammontaw hekk kif dikjarat li ammontaw għal € 3,179,837?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

nefqa fuq dipartimenti u awtoritajiet differenti

Question

Jista' l-Ministru jispjega x’inhi r-raġuni li l-ex Malta Maritime Authority mis-sena 2004 sa sena 2009, intnefaq f’manutenzjoni € 3,670,751 filwaqt li f’dipartimenti/awtoritajiet bħall-ex Awtorità dwar it-Trasport fl-istess perjodu ntnefqu € 22,728 u fl-ex Department of Civil Aviation intnefqu € 61,566? Jista' jgħid fiex u fejn intnefqu €1,294,588 fit-Transport Malta bejn is-snin 2010 u 2011 sa Awwissu, jiġifieri fil-propretajiet tal-ex Awtorità dwar it-Trasport, l-ex Malta Maritime Authority u l-ex Department of Civil Aviation separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji dwar l-ammont li ntnefaq minn Transport Malta f’manutenzjoni matul is-snin 2010 u 2011

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vetturi mill-bidu tas-sena 2008 sa Novembru tas-sena 2011 għall-użu tal-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #30394 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

ilment dwar fabbrika tal-ħobż

Question

Jista' l-Minsitru jgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn qabel kien hemm forn u llum hemm fabbrika tal-ħobż li qed tikkawża strobju qawwi li l-ġirien mhumiex jistgħu jorqdu, u li kien hemm diġà xi rapporti, jekk effettivament dan il-fond hux kopert bil-liċenzji skont il-liġi u jekk il-Pulizija hijiex qiegħda tagħmel xi spezzjonijiet għall-għarrieda biex jiġi assigura l-bon viċinanza u l-ordni pubblika?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha ilmenti dwar ipparkjar u konġestjoni tat-traffikku kkawżat minn persuni li jieqfu bil-vetturi tagħhom sabiex jixtru l-ħobż mill-forn imsemmi, kif ukoll dwar istorbju ikkawzat minn bowser li jforni t-dqiq darbtejn fil-ġimgħa u ħsejjes ikkaġunati bit-tagħbija u l-ħatt tat-tilari tal-ħobż. Infurmat ukoll illi l-Pulizija dejjem ħadet passi dwar kull ksur ta’ ligi li irriżulta kif ukoll wissiet lis-sid sabiex juża l-prudenza fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu. Jirriżulta wkoll illi l-forn huwa kopert b’liċenzja tad-Dipartiment tal-Kummerċ.

Awtorità tad-Djar — post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu jżomm milli l-Awtorità tad-Djar tgħaddi post alternattiv lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li huwa dikjarat skont l-istess Awtorità bħala post imxajtan u li llum tinsab homeless meta hemm postijiet bħala Block B, Flat 5, Apartment 21 ta' Settembru 1964, Triq Għassiel, Kalkara huwa allegat li l-inkwilin qed jikrih lill-ħaddieħor?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-post identifikat mill-applikanta mhuwiex mikri lil terzi persuni iżda okkupat regolarment mill-inkwilina legali u binha. L-Awtorita’ tad-Djar qegħda tagħmel mill-aħjar biex tipprovdi post li jwieġeb għall-ħtiġijiet u x-xewqat tal-applikant.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vetturi mill-bidu tas-sena 2008 sa Novembru tas-sena 2011 għall-użu tal-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #30364 Sitting 412 2011-11-23 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vetturi mill-bidu tas-sena 2008 sa Novembru tas-sena 2011 għall-użu tal-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — kiri ta' vetturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inkrew vetturi mill-bidu tas-sena 2008 sa Novembru tas-sena 2011 għall-użu tal-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #30366 Sitting 412 2011-11-23 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kiri ta' vetturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inkrew vetturi mill-bidu tas-sena 2008 sa Novembru tas-sena 2011 għall-użu tal-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar vetturi mikrija mill-Ministeru għal Għawdex u d-direttorati li jaqgħu taħtu hija mogħtija fil-lista annessa.

persuni li jirreġistraw

Question

Tista' l-Ministru tipprovdi statistika xahar b'xahar ta' kemm kienu dawk li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq part 1 u part 2 minn Novembru 2010 sa Ottubru 2011? Kemm minn dawn inqelbu fuq l-għajnuna soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #30358 Sitting 411 2011-11-22 Oral · Interim From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inkrew vetturi mill-bidu tas-sena 2008 sa Novembru tas-sena 2011 għall-użu tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qegħda tinġabar. L-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan l-eżerċizzju jiġi ffinalizzat.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm inkrew vetturi mill-bidu tas-sena 2008 sa Novembru tas-sena 2011 għall-użu tal-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Marzu 2008 sa Novembru 2011 inkrew 6 karozzi mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vetturi mill-bidu tas-sena 2008 sa Novembru tas-sena 2011 għall-użu tal-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vetturi mill-bidu tas-sena 2008 sa Novembru tas-sena 2011għall-użu tal-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vetturi mill-bidu tas-sena 2008 sa Novembru tas-sena 2011 għall-użu tal-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.