Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-assi li għandha l-Air Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni tinstab fl-aħħar Audited Financial Statements tal-kumpanija li ġew ippublikati f’Jannar ta’ din is-sena. Qed inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tbati minn kundizzjoni tistax tingħata għajnuna finanzjarja mill-gvern Malti peress li hemm kura speċjalista fl-Italja li qed tagħti r-riżultati u dan peress li din il-kura speċjalista f'Milan tista' tevita intervent ta' operazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Gvern jgħin lil persuni jieħdu kura speċjalizzata barra minn Malta permezz tal-Programm Nazzjonali għal-Kura Speċjalizzata. Permezz ta’ dan il-programm, persuni eliġibbli jintbagħtu l-Ingilterra għal kura speċjalizzata għal kundizzjoni medika li jkollhom wara li jkunu riferuti mill-ispeċjalista kuranti tagħhom. F'dan il-programm il-Gvern iħallas direttament il-kura tal-pazjent.
Persuni li jkunu jixtiequ jieħdu kura f'pajjiz ieħor skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropeja, huma obbligati li jissottomettu talba għall-awtoriżżazzjoni lid-Dipartiment tas-Saħħa skond il-proċeduri amministrattivi stabbiliti, liema talba tiġi evalwata skont kriterji stabbiliti fosthom li l-kura li tkun qed tintalab trid tkun tifforma parti mill-pakkett ta’ kura offruta mill-Gvern Malti. F'kaz li t-talba tal-pazjent biex imur f'pajjiz ieħor għall-kura tintlaqa’ mid-Dipartiment tas-Saħħa, l-gvern iħallas direttament l-ispejjeż tal-kura.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm daħlu priġunieri mis-sena 1992? Kemm minnhom daħlu fuq serq, traffikar ta' droga, użu ta droga, frodi, qtil, attentati ta' qtil u vizzji oħra każ b'każ u sena b'sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Attachments:31888 - Informazzjoni Dwar Prigunieri 1992-2012.xls
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħadmu films f'pajjiżna mis-sena 2010? Kemm dam jinħadem kull film f'pajjiżna u kemm tħaddmu Maltin f'kull film inklużi extras? Jekk hemm proġettat aktar filming ta' films f'pajjiżna, kemm hemm films proġettati, meta u kemm se jitħaddmu Maltin f'kull film inklużi l-extras?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm talbiet pendenti għal-learning support assistants għal studenti fl-iskejjel tal-Gvern? Tista' tikkwalifika xi proċess jintuża biex l-istudenti jingħataw LSA? F’każ li tifel ta’ 7 snin, ikun għadda mill-proċeduri kollha u l-ġenituri jinsabu nfurmati li jikkwalifika sabiex ikollu l-assistenza ta’ LSA, tista’ l-Ministru tgħid kemm-il xahar irid jgħaddi sabiex dan is-servizz jingħata lil min għandu bżonnu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Talbiet Pendenti għal-learning support assistant għal studenti fl-iskejjel tal-Gvern huma 347
Din il-lista ma tinkludix tfal b’diżabilità għax dawn dejjem jingħataw assistenza ta’LSA.
Fil-kaz ta’ tfal b’kundizzjoni, l-prijorità u l-assistenza tingħata skont l-
assessment
tal-professjonisti li jkunu bagħtu l-genituri.
Bħalissa qed isiru l-interviews għal
supply learning support assistants
li se jiġu nġaggati dalwaqt.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti li għadhom għaddejjin bil-kors tal-PGCE? Minn fost dawn, kemm ma setgħux jattendu fil-format tal-kors ta’ matul il-ġurnata, jiġifieri kemm hemm studenti li qed jagħmlu l-kors fuq bażi ta’ sentejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
ċittadini li l-istat jipprovdilhom servizz ta’ sigurtà mill-membri tal-Korp tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma u min huma dawk iċ-ċittadini li l-istat qed jipprovdilhom is-servizz ta’ sigurtà mill-membri tal-Korp tal-Pulizija u għal liema raġuni partikolari qed jingħataw dan is-servizz? Jista' ma' din l-informazzjoni jgħid kemm ilha b’dan is-servizz kull persuna?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li diġà tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10509.
Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjieg — ilmenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet ilmenti s-sezzjoni tal-ispettorat tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjieg fuq ksur tal-liġi rigward kundizzjonijiet tax-xogħol fl-2010 u l-2011? F'kemm minnhom ittieħdet azzjoni u x'tip ta' azzjoni ttieħdet? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm hu n-numru ta’ ilmenti pendenti fil-preżent?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-2010 u l-2011 kien hemm 1767 ilment li ġew investigati mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. Minn dawn 994 kienu magħluqa wara intervent tad-dipartiment, 96 oħra ġew magħluqa wara li ttieħdet azzjoni l-Qorti, 560 każ ieħor għadhom qed jiġu nvestigati fil-waqt li 117-il każ ieħor ġew riferuti l-Qorti.
Kunsill Lokali tan-Naxxar — aċċess ħieles għall-karozza
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jkun hemm aċċess ħieles biex l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, ikun jista' jipparkja l-karozza fi Triq Labour Avenue numru 9 meta l-Kunsill Lokali tan-Naxxar għadu m'għamel xejn?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar li qatt ma rċieva xi talba jew ilment partikolari mingħand ir-residenti konċernat. Dan ir-resident jista’ jressaq it-talba tiegħu lill-Kunsill Lokali għall-kunsiderazzjoni tiegħu, bħal ma jista’ jagħmel kull resident ieħor. Hekk kif il-Kunsill jirċievi t-talba jkun jista’ jipproċedi.
Tista' l-Ministru tipprovdi statistika xahar b'xahar ta' kemm kienu l-individwi li jirreġistraw għax-xogħol u jirċievu l-benefiċċju tal-qgħad li nqelbu u bdew jirċievu l-benefiċċju magħruf bħala għajnuna soċjali għax-xhur Settembru sa Novembru 2011? Nitlob lill-Ministru tipprovdi l-istess statistika dwar dawk li kienu jirċievu l-benefiċċju tal-qgħad u bdew jirċievu pensjoni għall-istess perjodu? Nitlob lill-Ministru tipprovdi statistika oħra ta' kemm kienu dawk li jircievu l-beneficcju magħruf bħala għajnuna soċjali li nqelbu u bdew jirċievu l-għajnuna tal-qgħad fl-istess perjodu msemmi u dawk li bdew jircievu pensjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk is-servizz tat-tindif fl-Imtarfa Home, hux provdut mill-privat? Nitlob lill-Ministru jghid kemm hemm cleaners impjegati tal-Gvern li jservu fl-istess residenza msemmija? Nitlob lill-Ministru jghid kemm hu l-ammont tal-impjegati mqabbda mill-kuntrattur? Kemm qed jaħdmu sigħat kull wieħed u b'liema rata qed jitħallsu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li t-tindif fid-Dar tal-Imtarfa isir kemm mill-impjegati tal-Gvern kif ukoll minn impjegati tal-Kuntrattur. Bħalissa hemm 4 impjegati tal-Gvern f’din id-Dar li jgħamlu t-tindif waqt li hemm ukoll 7.05 whole time equivalent ta’ mpjegati mill-kuntrattur li jgħamlu dan ix-xogħol. L-impjegati ma jkunux dejjem l-istess minnħabba li d-Dipartiment jitlob l-ammont ta’ siegħat li għandu bżonn lill-kuntrattur u mhux in-numru ta’ mpjegati. Il-Gvern iħallas il-kuntrattur ir-rata ta’ Euro 5.76 għall-kull siegħa li tinħadem.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna bid-demensja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tpoġġiet ma' persuni li ma jbatux bid-demensja fil-ward MT3, meta hemm swali apposta għalihom fir-Residenza San Vincenz de Paul?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk is-servizz ta' tindif fl-Imtarfa Home huwiex provdut mill-privat? Jista' jgħid kemm hemm cleaners impjegati mal-gvern li jservu fl-istess residenza? Jista' jgħid kemm hu l-ammont ta' impjegati mqabbda mill-kuntrattur, kemm qed jaħdmu sigħat kull wieħed u b'liema rata qed jitħallsu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru wieħed u tletin elf, mitejn u erba’ u sebgħin (31274).
Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tbati minn kundizzjoni tistax tingħata għajnuna finanzjarja mill-gvern Malti peress li hemm kura speċjalista fl-Italja li qed tagħti r-riżultati u dan peress li din il-kura speċjalista f'Milan tista' tevita intervent ta' operazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’di Seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jinstema' l-każ ta' EC/00674/06 diġà rapportat snin ilu minn terzi lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-azzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 29422.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — infiq f'manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi statistika dettaljata ta' kemm intnefaq f'manutenzjoni fis-setturi kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, inkluż korporazzjonijet, dipartimenti u awtoritajiet, mis-sena 2008 sa Awwissu 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28639, jista' l-Prim Ministru jgħid min hu responsabbli sabiex jinkitbu d-deċiżjonijiet, li bosta minnhom qabżu l-limitu ta' sitt xhur u saħansitra għaddew sentejn minn fuq ir-riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid min se jinżamm politikament responsabbli għal dan in-nuqqas, meta nafu kif u b'kemm jitħallsu diversi fi ħdan l-awtorità, filwaqt li hemm diversi li qed ibatu l-konsegwenzi ta' dan l-aġir inkompetenti u li jmur kontra l-ispirtu tal-istess riformi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-Riforma tal-MEPA, li inċidentalment daħlet fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena u mhux sentejn ilu, ġabet tnaqqis sostanzjali fiż-żmien meħud fl-ghoti tad-deċizjonijiet fuq permessi tal- MEPA. Fil-mistoqsija tiegħu l-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għaż-żmien meħud biex tingħata deċiżjoni u jgħid li dawn qed jaqbżu l-limitu ta’ sitt xhur. Mhuwiex ċar għall-liema limitu qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant. Għalhekk ser nagħti kont kemm tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjonijiet għall-Ambjent u Ppjanar kif ukoll għad-deċiżjonijiet meħuda mit-Tribunal għall-Ambjent u Ippjanar.
Illum kull applikazzjoni li tiġi validata minn wara l-1 ta’ Jannar 2011, qed tiġi pproċessata u deċiża saż-żmien stipulat fil-liġi, jiġifieri 12 il-ġimgħa fil-każ ta’ żvilupp li jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima A ta’ Skeda 2 jew 26 ġimgħa fil-każ ta’ żvilupp li jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima B ta’ Skeda 2 u fil-każ ta’ kull żvilupp ieħor li ma jaqax taħt id-dispożizzjonijiet ta’ Skeda 1 u Skeda 2 jew 52 ġimgħa fil-każ ta’ żvilupp li ma jaqax taħt id-dispożizzjonijiet ta’ Skedi 1 u 2, dan skond it-tip ta’ applikazzjoni kif iddettaljat fl-Avviż Legali numru 514 tal-2010 - Regolamenti dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Proċedura ta’ Applikazzjonijiet u d-Deċiżjoni Relattiva). Dan ma jgħoddx kif tipprovdi l-liġi għal
major projects,
u f’dan il-każ il-perjodu jiġi miftiehem bejn l-awtorita’ u l-applikant. In-numru ta’ każijiet pendenti validata qabel l-01/01/2011 naqas minn 4,154 għal 2,182.
Fil-każ tal-appelli, il-liġi ma tispeċifikax terminu li fih trid tingħata deċiżjoni. Minkejja dan inħass li anki f’dan il-livell id-deċiżjonijiet iridu jingħataw fl-inqas żmien possibbli. Filwaqt li qabel ir-riforma appell li jkun differit għas-sentenza ma kienx jingħata data għal meta l-każ kien qed jiġi differit, issa kull każ differit mit-Tribunal għall-Ambjent u l-Ippjanar il-ġdid
full-time
jingħata data inkluż dawk differenti għas-sentenza.
It-Tribunal għall-Ambjent u Ppjanar għamel avvanzi tajba anke f’dan il-qasam. Anke jekk minħabba n-numru ta’ każijiet antiki li wirtu mis-sistema ta’ qabel, għad hemm fejn isir aktar progress. It-Tribunal qed jieħu miżuri addizzjonali li għandhom iwasslu għal tnaqqis fiż-żmien biex tingħata d-deċiżjoni. Każijiet li kienu qiegħdin jinstemgħu mill-Bordijiet ta’ qabel u li kienu differiti għad-deċizjoni qiegħdin jiġu deċiżi mill-Bord ta’ qabel. Il-Bord presjedut minn Dr Ian Spiteri Bailey iddeċieda l-każijiet kollha li kienu pendenti quddiemu li kienu jinstabu differiti għas-sentenza meta ġie maħtur it-Tribunal il-ġdid, filwaqt li t-Tribunal ippresjedut minn Dr Robert Tufigno ddeċieda kważi nofs il-każijiet li kienu pendenti quddiemu għas-sentenza, filwaqt li l-kumplament għandhom jiġu deċiżi sal-aħħar tas-sentenza. Id-dewmien quddiem dan l-aħħar Bord hu dovut għall-fatt li wieħed mill-membri ta’ dawn il-Bordijiet irreżenja b’riżultat li l-membru il-ġdid kellu jieħu konjizzjoni tal-każijiet biex b’hekk ikun jista jiddeċiedi fuqhom.
Irrid inżid minħabba il-mod kif ġiet imposta il-mistoqsija, li l-membri tat-Tribunal għall-Ambjent u l-Ippjanar mhumiex impjegati tal-MEPA.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inkrew vetturi mill-bidu tas-sena 2008 sa Novembru tas-sena 2011 għall-użu tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għas-snin 2008 u 2011. Rigward is-snin l-oħra nirreferih għar-risposti li tajt f’Mistoqsijiet Parlamentari 9166 għas-sena 2009 u għall-Mistoqsija Parlamentari 24578 għas-sena 2010.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kiri ta' vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vetturi mill-bidu tas-sena 2008 sa Novembru tas-sena 2011għall-użu tal-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
WSC — applikanti għall-post ta' Multi skilled fitters
Question
Jista l-Ministru jgħid x'inhu l-breakdown tal-marki tar-riżultat ta' kull applikant għall-post ta' multiskilled fitters 4 fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, liema riżultat ġie pubblikat madwar xahar ilu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.