Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-impjiegi li se jiġu tterminati mill-Air Malta sat-30 ta' Novembru 2012, x'tip ta' xogħol qed jagħmlu, f liema grad u jekk jaħdmux bix-shift? Jista' jippreżenta schedule ta' shifts ikkonċernati tal-ħaddiema li se jiġi tterminat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm Transport Malta irċeviet, xahar b'xahar, ilmenti mill-pubbliku minn mindu bdiet topera l-kumpanija Arriva (Malta) mill-bidu ta' Lulju 2011 sal-aħħar ta' Ottubru 2012?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista l-Ministru jgħid kemm-il darba Transport Malta imponiet multi fuq l-operat tal-kumpanija Arriva (Malta), xahar b'xahar, minn mindu bdiet taħdem f'Lulju 2011 sal-aħħar ta' Ottubru 2012? Kemm kienet tammonta l-multa għal kull każ u għal-liema raġuni ġiet imposta l-multa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' konformità ġew mgħoddija lill-kumpanijja Arriva (Malta) minn Transport Malta, xahar b'xahar, minn mindu bdiet topera sal-aħħar ta' Ottubru 2012? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn ir-rapporti ta' konformità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 37797, jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-Kummissjoni Ewropeja kitbet lill-Gvern Malti sabiex titlob informazzjoni u kjarifiċi dwar il-kwistjoni tal-iskema ta' tariffi tal-kumpanija Arriva (Malta) u meta l-gvern bagħat it-tweġibiet tiegħu lill-Kummissjoni Ewropeja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-iskambji bejn il-Kummissjoni Ewropeja u l-Gvern Malti fuq din il-kwistjoni għadhom għaddejjin.
stallazzjoni ta' solar panels u solar water heaters
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew istallati solar panels u solar water heaters mis-sena 2008 sal-lum f’residenzi privati, jiġiferi kemm dawk li nxtraw minn persuni li bbenefikaw minn grant kif ukoll dawk li nxtraw u ma applikawx biex jieħdu grant jew inkella stallaw sistema addizjonali għal dik is-sistema li bbenefikat minn grant?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fil-perjodu ta’ bejn l-2008 u llum, ġew istallati 5,271 sistema ta’ pannelli fotovoltajici u 5,067 Solar Water Heaters. Rigward dawn is-sistemi fotovoltajici, in-numru jinkludi kemm sistemi li bbenefikaw minn grant kif ukoll sistemi oħra li saru fuq inizjattiva personali tal-individwi mingħajr ebda grant. Għal Solar Water Heaters, dan jinkludi biss sistemi li bbenefikaw minn grant. L-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi ma żżomx records ta’ Solar Water Heaters li ġew installati fuq inizjattiva tal-individwi.
Tista' l-Ministru tipprovdi statistika fir-rigward ta'nies jirreġistraw għax-xogħol għall-perjodu Novembru 2011-2012, li tindika kemm qed jirreġistraw għax-xogħol minħabba redundancy? Qatt sabu xogħol? Kemm ilhom jirreġistraw u x'tip ta' xogħol qed jirreġistraw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux permessibbli li kumpanija tipparkja trakkijiet li jġorru l-fuel li jista' jkun illi jkollhom maħżun fihom l-istess fuel, ġo garaxx liema bitħa tal-garaxx fejn jiġu pparkjati t-trakkijiet tmiss ma' bitħa residenzjali? Jista’ l-Ministru jikkonferma wkoll jekk hux permessibbli li jiġi awtorizzat li f’dan il-garaxx jinħażen il-fuel?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma twaħħlux żewġt bus shelters fi Triq Diċembru 13 il-Marsa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kumpanija li twaħħal dawn il-bus shelters staqsiet biex isiru xi aġġustamenti fil-post fejn dawn ix-shelters iridu jitwaħħlu. Dan il-post kien ippreparat qabel mill-kuntrattur tax-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ Triq Diċembru 13 u għaldaqstant il-kuntrattur intrabat li ser jesegwixxi dawn il-modifiki fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-parking bay riservat għall-persuna b'diżabilità kif inhu f'Borg Olivier Street, Mellieħa eżatt f'kantuniera faċċata tal-HSBC għandhux jitneħħa u jitpoġġa f'post ieħor iktar sigur u aktar minħabba li fejn qiegħed huwa ta' periklu għal min qed jaqsam u anke għall-istess flow tat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Parkeġġ Riservat għall-Persuni B'Diżabbilta` li għalih qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari ġie approvat fis-sena 1997 fil-post imsemmi minħabba li dil-parti biss tat-triq hija għall-wita fejn seta' jiġi mplementat tali post ta' parkeġġ billi hija diffiċli ħafna għall-persuni b'diżabbilta' li jaċċessaw vettura meta din tkun f'telgħa jew f'niżla bħal fi Triq Borg Olivier.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li għandha applikazzjoni pendenti mal-Awtorità tad-Djar peress li marida b'qalba u għadha tgħix waħidha fil-fond li biex tidħol f'darha trid titla taraġ għoli u għanda sular u aktar, għadha mingħajr risposta?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni toqgħod ġo post tal-Gvern fl-ewwel sular. Hija tixtieq tpartat ma’ post isfel peress li għandha problema ta’ mobilita’. L-Awtorita’ tad-Djar qegħda tipprova tiddentifika akkommodazzjoni alternattiva għal din l-applikanta. Il-lokalitajiet preferuti mill-applikanta huma Paola, Bormla u Birgu.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26037, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx it-tkabbir tas-sistema tad-drenaġġ li kellha sseħħ sabiex issolvi l-problemi li jiltaqgħu magħhom ir-residenti tal-Marsa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Intepellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk issewwietx il-cold store li kienet bil-ħsara fil-biċċerija tal-Marsa u jekk dan seħħ, kemm ġiet tiswa? Jista' jgħid kemm damet bil-ħsara l-cold store u fejn kien qed jinġemgħa l-materjal sakemm saret it-tiswija sabiex dan jinħaraq fl-inċineratur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Biċċerija tal-Marsa ma kienx hemm cold stores bil-ħsara, ninfurmah ukoll li fil-Biccerija ma jinżammx materjal peress li l-materjal kollu li joħroġ minn fuq il-linja tal-qatla jinġarr mill-ewwel f’bins apposta u jittieħdu direttament għall-inċineratur.
Kien ippjanat mill-bidu fid-disinn tal-istess impjant tal-inċineratur li dan ikollu l-
cold store
tiegħu sabiex fih jinħażen il-materjal waqt il-waqfien tal-inċineratur, inkluż meta tkun qed issir il-manutenzjoni meħtiega.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu sabiex il-ħruq tal-karkassi li jseħħ fl-inċineratur tal-Marsa, ma jarmux irwejjaħ insapportabbli li jeffettwaw kemm lir-residenti kif ukoll lill-ħaddiema tal-madwar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-impjant jaħdem b’tali mod li l ħruq innifsu tal materjal ma jiġġenerax irwejjaħ. Għal dan l-iskop isir b’mod regolari manutenzjoni tal-istess impjant. Barra minn hekk, bil-mod ikkontrollat li dan l-impjant jitħaddem, ikun aċċerta li l-emissjonijiet ikunu skont ma jesiġu l-kundizzjonijiet imposti mill-MEPA. Meta l-inċineratur ikun wieqaf għall-manutenzzjoni l-WasteServ tieħu ħsieb li materjal ikkunsinjat jiġi ffriżat sakemm jasal biex jinħaraq. B’hekk ikunu qed jiġu rispettati r regoli tal-permess u evitati l-irwejjah.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed isiru rondi mill-Korp tal-Pulizija ġewwa l-lokal tal-Marsa, fl-inħawi ta’ Triq is-Salib tal-Marsa, Triq Ascot, Triq Simpson, Sqaq ir-Ross u Triq Derby? Nitlob li jgħid x’ħin u kemm-il darba ssir ronda kuljum, kemm inħarġu akkużi dwar prostituzzjoni matul din is-sena lil min instab f’dawn l-inħawi? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokumentazzjoni li tixhed dan filwaqt li jindika kemm-il darba nqabbdet l-istess persuna? Jista' jgħid kif qed tiġi ndirizzata din il-problema sabiex tiġi solvuta peress li r-residenti f’dawn l-inħawi qed jispiċċaw ostaġġi ġewwa djarhom stess minħabba l-moviment relattat li jkun hemm jum wara jum f’dan ir-rigward?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi kemm il-pulizija tad-Distrett kif ukoll dawk ta’ l-Iskwadra ta' kontra l-Vizzji u tal-Mobile jagħmlu ronda kuljum f’ħinjiet differenti, partikolarment tard filgħaxija, f’diversi inħawi ta’ Malta, inkluż it-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, b’konnessjoni mal-ġlieda kontra l-prostituzzjoni. Infurmat ukoll illi matul din is-sena kien hemm 40 persuna li bejniethom instabu 210 darbiet li kienu qegħdin jitlajjaw fil-Marsa għall-iskop ta’ prostituzzjoni. Dawn kienu kif ġej:
1 persuna nstabet 25 darba
3 persuni nstabu 7 darbiet kull wieħed
1 persuna nstabet 17 il-darba
2 persuni nstabu 6 darbiet kull wieħed
1 persuna nstabet 13 il-darba
4 persuni nstabu 5 darbiet kull wieħed
1 persuna nstabet 12 il-darba
1 persuna nstabet 4 darbiet
2 persuni nstabu 11 il-darba kull wieħed
4 persuni nstabu 3 darbiet kull wieħed
3 persuni nstabu 9 darbiet kull wieħed
1 persuna nstabet 2 darbiet
(darbtejn)
1 persuna nstabet 8 darbiet
15 persuni nstabu darba kull wieħed
Il-Pulizija se tkompli għaddejja bil-ħidma tagħha sabiex kemm jista jkun dan l-abbuż ikun ikkontrollat.
Marsa — Triq Diċembru 13 - xogħlijiet li twaqqfu ħabba l-maltemp
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif se jiġi indirizzat l-inkonvenjent li qed isoffru r-residenti u n-negozjanti tal-lokal tal-Marsa, issa li ġie ddikjarat li x-xogħlijiet li kienu bdew fi Triq Diċembru 13 se jitwaqqfu minħabba l-maltemp? Jista' jgħid kif il-Gvern li huwa responsabbli mill-proġett, issa li hu wieqaf, se jindirizza l-problema tad-drenaġġ li qed tolqot lir-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f.xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema ta' tariffi tal-Kumpanija Arriva, kif approvata minn Transport Malta, hiex qed tiġi investigata mill-Kummissjoni Ewropea għal xi ksur ta' acquis communautaire? Jekk iva, ġewx Transport Malta u l-Ministeru konċernat, avviċinati mill-Kummissjoni Ewropea biex jagħtu spjega għall-istruttura ta' tariffi u jistax ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, jekk inhu l-kaz, kopja tal-korrispondenza li għaddiet bejn iż-żewġ naħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-Kummissjoni Ewropeja kitbet lill-Gvern Malti sabiex titlob informazzjoni u kjarifiċi dwar il-kwistjoni. Dan huwa l-istadju li fih il-Kummissjoni tinvestiga sabiex imbagħad tiddeċiedi jekk għandomx jinfetħu proċeduri formali dwar infrazzjoni tal-liġi komunitarja.
Il-Gvern diġa’ bagħat tweġibiet lill-Kummissjoni f’dan ir-rigward. Peress li dan huwa stadju preliminari, ma’ nħossx li jkun prudenti li dawn id-dokumenti jsiru pubbliċi, f'dan l-istadju.
Mosta — Servizz tal-linja ġewwa żona ta' Santa Margerita
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk is-servizz tal-linja ġewwa żona ta' Santa Margerita l-Mosta, hux minnu li s-servizz offrut qed jgħaddi minn Triq id-Dura għal Triq il-Midbaħ? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li dan qed ifisser li tal-linja qed tgħaddi bil-kontra tal-flow tat-traffiku normali? Jista' jgħid jekk huwiex possibbli li s-servizz tal-linja jistax jiġi rivedut u jgħaddi kif kien qabel, jiġifieri li minn Triq id-Dura jgħaddu għal Triq l-Għaddajjar, għal Triq in-Naħal u toħroġ fi Triq Vjal il-Qalbiena Mostin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li juri kemm hemm impjegati inkluż konsulenti fi ħdan Transport Malta? Mil-liema sena ġew ingaġġati dawn l-impjegati u f'liema grad? Kemm ġew ingaġġati matul is-sena 2012 u f'liema grad?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ir-Rappreżentanza ta' Malta għall-Unjoni Ewropea fi Brussel hiex infurmata dwar jekk il-Kummissjoni Ewropea hiex qed tinvestiga l-iskema ta' tariffi tal-kumpanija Arriva (Malta) kif approvata minn Transport Malta, għal xi ksur tal-acquis communautaire? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza li għaddiet bejn il-partijiet konċernati rigward il-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kummissjoni Ewropeja kitbet lill-Gvern Malti sabiex titlob informazzjoni u kjarifiċi dwar il-kwistjoni. Dan huwa l-istadju li fih il-Kummissjoni tinvestiga sabiex imbagħad tiddeċiedi jekk għandomx jinfetħu proċeduri formali dwar infrazzjoni tal-liġi komunitarja.
Il-Gvern diġa’ bagħat tweġibiet lill-Kummissjoni f’dan ir-rigward. Peress li dan huwa stadju preliminari, ma jidhirlix li jkun prudenti li dawn id-dokumenti jsiru pubbliċi f’dan l-istadju.