Jista’ l-Ministru jispjega fiex wasal il-proġett tal-ispazju miftuħ ta’ Ta’ Qali?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Proġett tal-Park Nazzjonali ġewwa Ta’ Qali huwa mqassam f’sitt fażijiet rispettivi.
Fażi 1 -Adventure Park – Proġett komplut minn Novembru 2021
Fażi 2 – Il-Park Formali – parti nfetħet għall-pubbliku f’Marzu li għadda filwaqt li t-tieni u l-aħħar fażi mistennija tkun kompluta f’Lulju ta’ din is-sena
Fażi 3 – Iż-Żona tal-Kunċerti – proġett mistenni jkun komplut fix-xhur li ġejjin.
Fażi 4 – Carpark- skavar ta’ blat tlesta Mejju 2022, u l-kostruzzjoni mistennija tkun lesta għall-aħħar tal-2023.
Fażi 5 – Iż-Żona tal-Farmers Market – proġett mistenni jibda għall-aħħar tal-2022
Fażi 6 – Jogging u Cycling track, Camping site - fażi ta’ permess mal-Awtorita’ tal-Ippjanar. Proġett mistenni jibda kmieni s-sena d-dieħla.
Dan il-proġett huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fejn ħa naraw 50,000 mq ta’ art li qabel ma kinitx qed titgawda u llum se tingħata lura lill-pubbliku u li se tinkludi numru kbir ta’ siġar - 40,000 siġar u arbuxelli (ambjentali) - għall-familja kollha fost l-oħrajn.
Ladarba l-iskema tal-Wage Supplement tinsab riesqa lejn tmiemha, tista’ l-Ministru tagħti rendikont dettaljat ta’ kemm kienu dawk li bbenefikaw minnha u kemm il-pajjiż investa fiha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ftit aktar minn sentejn ilu, pajjiżna bħal kumplament tad-dinja intlaqat mill-akbar xokk ekonomiku fl-istorja moderna. Din id-daqqa setgħet fissret tnaqqis storiku fil-kwalità tal-ħajja u impatt mill-aktar negattiv fuq l-ekonomija Maltija. Dan il-Gvern iżda ħa d-deċiżjoni konxja li jidħol għan-negozji, l-ħaddiema u l-familji.
L-iskema tal-Wage Supplement kienet l-għodda prinċipali li biha ngħatat l-assistenza biex ikun protetti l-postijiet tax-xogħol – inrexxielna nsalvaw xejn anqas minn 120,000 impjieg.
Ninsab infurmata li n-numru ta’ applikazzjonijiet, kumpaniji u self-employed, jammonta għal aktar minn 18,000. L-investiment fin-negozji permezz tal-Wage Supplement Scheme ammonta għal aktar minn €735 miljun.
Bis-saħħa ta’ din l-iskema, u għajnuniet oħra mogħtija, fl-ewwel kwart ta’ din is-sena l-ekonomija ta' pajjiżna kibret b’7.6%. Din ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku kienet darba u nofs akbar minn dik osservata fiż-Żona Ewro.
COVID-19 – Għajnuniet għan-negozji fuq kontijiet tal-enerġija
Question
Tista’ l-Ministru tispjega kemm kienu l-għajnuniet għan-negozji fuq kontijiet tal-enerġija tul il-pandemija tal-COVID-19 u kemm-il negozju bbenefika minnhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tispjega kemm kien hemm start ups li bbenefikaw minn skemi li għandha l-Malta Enterprise li huma maħsuba apposta għalihom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Għas-sena 2020 u 2021, mal-91 Start-up ibbenefikaw minn għajnuna li tammonta għal aktar minn €17-il miljun.
Jeżistu diversi miżuri ta’ appoġġ għall-iStart-ups, bħall-B Start, Startup Finance, Startup Advance, Business Start.
Dan il-Gvern huwa impenjat li jkompli jaħdem biex jagħmel minn pajjiżna hub għall-iStart-ups. Grazzi għal ħidma tal-Malta Enterprise, qed tinħoloq eko-sistema għall-iStart-ups li hija ferm attraenti. F’dinja ekonomika post-Covid, irridu ninċentivaw lil min għandu ideat innovattivi, f’oqsma bħalma huma l-Fintech, Medtech, Cyber security, biometrics, AI, drones u digital gaming, fost oħrajn.
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar il-proġett tax-shore-to-ship u jispjega x’differenza se jagħmel dan il-proġett f’dak li huwa tniġġis tal-arja?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Grand Harbour Clean Air Project (GHCAP) huwa investiment ambjentali ta’ €49.9 miljun li jinkludi l-iżvilupp tat-tagħmir meħtieġ biex il-vapuri tal-passiġġieri u dawk li jġorru l-merkanzija jkunu jistgħu jitfu l-magni tagħhom li jaħdmu bil-gasoil jew heavy fuel oil u minflok iqabbdu mas-sistema għall-provvista tal-elettriku li se jkun hemm fuq ix-xatt, sabiex iħaddmu l-makkinarju għas-servizzi kollha li jkun hemm bżonn jipprovdu waqt li jkunu weqfin fil-port. B’dan il-proġett se jonqos b’90% t-tniġġis tal-ajra kkawzat minn dawn il-vapuri u b’hekk Infrastructure Malta qed tagħti arja aktar nadifa lil 17,000 familja li jgħixu madwar il-Port il-Kbir.
Il-proġett ser jintroduċi d-distribuzzjoni tal-elettriku mill-mollijiet prinċipali tal-Port il-Kbir għall-vapuri tal-passiġġieri fil-Furjana, il-Marsa u l-Isla. Infrastructure Malta mbagħad se testendi ukoll din it-teknoloġija lejn Xatt il-Laboratorju u Ras Ħanzir (Fuel Wharf), f’Raħal Ġdid, ix-Xatt ta’ Lascaris fil-Furjana u partijiet mit-Tarzna ta’ Palumbo u l-Mediterranean Maritime Hub. F’Ras Ħanzir, Infrastructure Malta daqt tniedi l-bini ta’ faċilità ġdida ta’ 360 metru għall-immaniġġjar tal-merkanzija biex izzid il-kapaċità, l-flessibbiltà u l-effiċjenza tal-Port.
Studji prelimarji jindikaw li permezz ta’ GHCAP, fuq medda ta’ 20 sena Malta se tiffranka sa €375 miljun fi spejjez ikkawzati mit-tniġġis fl-arja, bħal dawk ta’ saħħa u kura medika kif ukoll sabiex jittaffew l-impatti tat-tniġġis fuq l-ambjent naturali, fuq l-infrastruttura u fuq l-agrikoltura. Il-proġett se jnaqqas ukoll l-inkonvenjent tal-istorbju u t-tregħid tal-magni fil-Port il-Kbir.
Permezz tal-ewwel fażi ta’ dan il-proġett, Infrastructure Malta se tnaqqas drastikament l-emissjonijiet mill-vapuri tal-passiġġieri li jiġu Malta. Ladarba jkunu qed jitfu l-magni, il-vapuri tal-passiġġieri li jżuruna jibdew jarmu 93% inqas ossidji tan-nitroġenu (nitrogen oxides), 92.6% inqas materja f’partiċelli (particulate matter) u 99.6% inqas dijossidu tal-kubrit (sulphur dioxide). Dawn huma fost l-aktar emissjonijiet li jikkaġunaw mard respiratorju u problemi oħra ta’ saħħa. L-ewwel fażi tal-Grand Harbour Clean Air Project se jnaqqas ukoll b’39.6% l-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju (carbon dioxide) li qed jikkawzaw l-emerġenza fil-klima.
Fl-2020, qabel bdew ix-xogħlijiet fuq il-proġett, il-Kummissjoni Ewropea inkludiet il-GHCAP f’lista ta’ 140 proġett infrastrutturali għat-trasport madwar l-Ewropa li se jkunu kofinanzjati permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-iskema ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea li tappoġġa infrastruttura għal trasport aktar sostenibbli.
L-ewwel konnessjonijiet għad-distribuzzjoni tal-elettriku mix-xatt lill-vapuri tal-passiġġieri fix-Xatt ta’ Pinto, il-Furjana u f’Xatt il-Boiler, l-Isla huma skedati li jibdew joperaw fit-tieni kwart tal-2023, biex Malta tkun minn tal-ewwel fl-Ewropa li tadotta din it-teknoloġija ambjentali fuq skala ta’ port sħiħ.
L-aġenzija għadha kemm poġġiet l-aħħar medda ta’ cables taħt l-art tan-netwerk ta’ tmien kilometri ta’ 33 kilovolt li se jwassal l-elettriku miċ-ċentru tad-distribuzzjoni ewlieni ta’ Enemalta plc fuq l-Għolja tal-Ġizwiti, il-Marsa lejn iz-zewġ frequency converter stations ġodda tal-proġett li jinsabu ħdejn Xatt l-Għassara tal-Għeneb (Deep Water Quay) fil-Marsa u f’Xatt il-Boiler, l-Isla. Dan is-sajf, se tkun qed tlesti dan in-netwerk bit-tqegħid ta’ 800 metru ta’ cables f’qiegħ il-baħar minn ħdejn il-Moll tal-Pont (Bridge Wharf), fil-Marsa lejn il-Moll tal-Faħam (Coal Wharf), f’Kordin.
Sadattant, Infrastructure Malta poġġiet ukoll 20 kilometru minn netwerk ieħor ta’ 90 kilometru cables oħrajn ta’ 11-il kilovolt u cables ta’ komunikazzjoni li ser jgħaqqdu t-tagħmir fil-frequency converter stations mal-istazzjonijiet max-xatt u s-17-il punt ta’ konnessjoni għal mal-vapuri li se jkun hemm fuq il-mollijiet madwar il-Port il-Kbir, fil-Belt Valletta, il-Furjana, il-Marsa u l-Isla.
Il-kuntratturi tal-proġett lestew il-bini taz-zewġ frequency converter stations ta’ dan il-proġett f’Jannar li għadda. Dawn jinsabu ħdejn Xatt l-Għassara tal-Għeneb fil-Marsa u f’parti minn tinda kbira ta’ zmien l-Ingliz li hemm fix-Xatt tal-Boiler, l-Isla. L-inġiniera u t-tekniċi issa qegħdin jgħammru dawn l-istazzjonijiet bis-sistemi meħtieġa, li jinkludu 18-il transformer li jvarjaw minn 0.5MVA għal 21 MVA, erba’ frequency converters u 71 switchgear units biex flimkien jikkontrollaw u jikkonvertu d-distribuzzjoni tal-elettriku għall-frekwenzi meħtieġa mill-vapuri li jzuru l-Port il-Kbir.
Dawn is-sistemi qed jaslu Malta minn fabbriki fir-Repubblika Ċeka, l-Italja u t-Turkija. Minbarra t-tagħmir għall-frequency converter stations u għaz-zewġ stazzjonijiet izgħar li qed tibni mal-moll fix-Xatt ta’ Pinto, Infrastructure Malta qed tirċievi ukoll makkinarju ieħor li ser jintuza fuq il-mollijiet, li jinkludi karrijiet biex fuqhom jinġarru l-irkiekel kbar tal-cables, kif ukoll vetturi biex jiġbudhom u krejnijiet biex jgħollu l-cables u jqabbduhom mal-vapuri. Is-sistema għad-distribuzzjoni tal-elettriku mix-xatt hija mfassla apposta skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-proġett, b’tagħmir standard u tagħmir ieħor li qed jinħadem apposta. Qabel ma jintbagħat lejn Malta bil-baħar, it-tagħmir kollu jgħaddi minn testijiet rigorużi t’aċċettazzjoni li jsiru taħt is-superviżjoni tal-inġiniera tal-proġett.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ ajruplani rreġistrati f’Malta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ajruplani rreġistrati fil-Malta Aircraft Register qiegħed dejjem jinbidel.
Illum dan jammonta għal 670 ajruplan, li jfisser tkabbir ta' 500% fl-aħħar għaxar snin. Din is-sena biss kien hemm 63 reġistrazzjonijiet.
Sitt skema tal-inġustizzji tal-passat – Persuni li se jibbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jispjega kemm-il persuna se tkun qed tibbenefika mis-sitt skema tal-inġustizzji tal-passat u kemm hu l-investiment?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li madwar 5,000 persuna ser jkunu ntitolati għall-għotjiet li ser jitħallsu skont it-tliet skemi mfassla mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, bi qbil mal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol.
B’kollox, bejniethom ser jitħallsu madwar €10 miljun.
It-termini u kundizzjonijiet tal-iskemi ġew ippublikati fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April, 2022.
Iż-żmien biex wieħed japplika jagħlaq fl-aħħar ta’ Lulju 2022 u l-ħlasijiet jsiru aktar tard matul is-sena wara proċess ta’ verifika.
L-iskemi li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal jgħoddu għal :
1. Persuni li daħlu fis-servizz pubbliku wara s-16 ta’ Jannar 1979 u li qabel din id-data għamlu xi żmien iservu f’dipartmenti tal-Gvern, iżda mhux bħala uffiċjali pubbliċi;
2. Persuni li kienu;
(i) impjegati f’xi korporazzjoni jew entità fis-settur pubbliku wara li għamlu xi żmien iservu f’wieħed mill-korpi tax-xogħol imwaqqfa qabel l-1979; jew
(ii) impjegati mal-Gas Board sakemm dan spiċċa u wara kienu impjegati mal-korporazzjoni Enemalta; jew
(iii) apprentisti mal-Malta Electricity Board sakemm dan spiċċa u wara kienu impjegati mal-korporazzjoni Enemalta.
L-iskema għall-eks ħaddiema tax-xatt qed titħaddem mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali skont ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-General Workers’ Union. Din ser tkun is-sitt u l-aħħar sena ta’ din l-iskema li tapplika għal dawk il-ħaddiema jew l-eredi tagħhom li kienu msieħba fil-Port Pension and Contingency Fund bejn l-4 ta’ April 1973 u l-1 ta’ Ġunju 2007.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid sena b’sena, f’dawn l-aħħar ħames snin, kemm offriet ‘placements’ lil studenti l-Aġenzija Maltija għall-Informazzjoni u t-Teknoloġija (MITA)?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Għajnuniet lil għaqdiet involuti fil-festi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ għajnuniet ta l-Ministeru tiegħu lill-għaqdiet involuti fil-festi tul l-aħħar ħames snin, inkluż meta l-festi ma sarux jew kienu mnaqqsa minħabba l-pandemija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Arts Council Malta tat dawn it-tip ta’ għajnuniet lill-għaqdiet involuti fil-festi tul l-aħħar ħames snin (2018-2022):
· Skema għal aktar Saħħa u Sikurezza fil-Kmamar tan-Nar (2018-2022);
· Skema ta’ Finanzjament Artistiku għall-Għaqdiet tal-Armar tal-Festi, Għaqdiet Kulturali u Soċjali (2020-2021);
· Skema ta’ Finanzjament ta’ Proġetti Artistiċi għas-Soċjetajiet tal-Banda (2018-2021)
Dan minbarra għajnuniet oħra li jingħataw lill-għaqdiet involuti fil-festi mid-diversi entitajiet oħra kulturali li jifformaw parti mill-Ministeru. Pereżempju l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (li twaqqfet fl-2019) ħadmet mill-qrib ħafna tal-għaqdiet involuti fil-festi kemm tal-Belt kif ukoll ta’ bnadi oħra. L-Aġenzija kkuntrattat (bi ħlas) is-servizzi tagħhom kif ukoll użat (dejjem bi ħlas) diversi spazji li huma propjetajiet ta’ dawn l-għaqdiet sabiex tellgħet bosta mill-avvenimenti tagħha kif ukoll għal skopijiet oħra relatati max-xogħol tal-Aġenzija.
Jista’ l-Ministru jgħid kif ibbenefikaw l-artisti mill-iskemi li kien hemm matul il-pandemija, b’mod partikolari fis-sena 2020/2021? X’kien l-ammont totali investit minn dawn l-iskemi u kemm ibbenefikaw artisti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Proġetti ta’ restawr
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti ta’ restawr hemm għaddejjin bħalissa taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu, inkluż dawk li qed jinħadmu ma’ terzi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Projects and works currently in hand by the Restoration Directorate.
1. RESTORATION WORKS BY TENDER
1.a Local Funds – Votes administered by the Restoration Directorate
· Fort Ricasoli, Kalkara - St Dominic Demi-Bastion
· Fort Ricasoli, Kalkara - Rebuilding and Restoration Works on the Façade of the Casemates along the Tenaille
· Cospicua, St. John Bastion, Cottonera Lines
· Cospicua, St. John's Curtain and Gate, Cottonera Lines
· Senglea, Restoration of Bastion Wall on Triq is-Sur
· Vittoriosa, Restoration of the Upper Part of Notre Dame Gate
· Mdina, Restoration of Gharreqien wall
· Jesuit Church, Valletta - Interior of Sacristy and Oratories
· Jesuit Church, Valletta - electrical and mechanical works in the Sacristy and the Oratories;
· Valletta, Embellishment works at St. Christopher Str c/w Mediterranean Str Valletta
· Vittoriosa, Restoration of the Façade at auberge d’Anglaterre
1.b Local Funds – third party funding allocations
· MICAS Floriana - Ground Works and Construction Works at the parking and approach area (Phase 4)
· MICAS Floriana – Finishing (embellishment and landscaping) works at the parking and approach area (Phase 4)
· Valletta, VDC, Refurbishment of Offices for VCA at 74, Melita Street Valletta, Tender for the restoration of the facades
1.c ERDF Funds
· Notarial Archives, Valletta - internal alterations and refurbishment.
· MICAS Galleries, Floriana - Excavation to finishes
2. RESTORATION WORKS BY DIRECT LABOUR
· Victoria Lines
· Qrendi – Tal-Hniena Sanctuary
· Wardija Tower, Zurrieq
· Oratorju Santissimu Kurcifiss, Valletta
· Maria Regina Parish Church, Marsa
· Kirkop Historic Arch
· Floriana – St. Publius Statue
· Valletta – Lion’s Column
· Lija – Chapel of Our Lady
· Hamrun – Water tower
· Rabat – historic parvis wall
· Various – Fortifications maintenance and emergency interventions on historic structures
Projects and works currently in hand by Heritage Malta
· Grandmaster's Palace, Valletta
· Maritime Museum, Birgu
· Inquisitor's Palace, Birgu
· Main Guard, Valletta
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Entitajiet – Organizzazzjoni tal-Karnival
Question
Jista’ l-Ministru jindika x’kien is-sehem tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu biex kien possibbli li jerġa’ jkun organizzat il-Karnival din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab f’din it-tabella t’hawn taħt:
Festivals Malta
Festivals Malta huwa l-Organizzatur ewlieni responsabbli sabiex jorganizza l-Karnival ta’ Malta, bl-għajnuna tal-Kumitat Tal-Karnival li jinħatar kull sena mill-Ministru, u li jaqa’ taħt ir-responsabilta’ ta’ Festivals Malta. Qabel dik is-sena, l-Karnival ta’ Malta kien organizzat mill-Kunsill Malti Għall-Arti.
Bħas-snin ta’ qabel, dak kollu li jkun organizzat b’mod uffiċċjali u li jagħmel parti mill-programm uffiċċjali jkun organizzat u moniterjat mill-Uffiċċjali ta’ Festivals Malta. Biex attivita bħal din tkun tista ssir b’success, Festivals Malta jkollha l-koperazzjoni tal-Forzi tal-Ordni, s-CPD, d-Dept. tas-Saħħa Pubblika, l-Cleansing and Maintenance Directorate, l-Għaqda tal-Parteċipanti, l-Valletta Cultural Agency, l-MTA, l-Kunsill Lokali tal-Belt flimkien ma Kunsilli Lokali oħra, Spazju Kreattiv u diversi entitajiet oħra li jikkoperaw bis-sħieħ sabiex attivita daqstant kbira tkun suċċess.
Spazju Kreattiv
Spazju Kreattiv provda kmamar biex ikun jistghu ibidlu u jinzammu ‘props’ u kostumi taz-zeffiena u partecipanti.
Valletta Cultural Agency
Il-Valletta Cultural Agency għaddiet Eur10,000 lil Festivals Malta speċifikament għall-Ballu tal-Karnival.
Kunsill tal-Ilsien Malti
Il-qarċilla hija tradizzjoni lokali ta’ ¿mien il-Karnival li reġgħet magħna fl-aħħar snin. Minn ¿mien il-Kavallieri kienet waħda mill-ftit xogħlijiet letterarji bil-Malti li kienu sabu post ċentrali f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Il-Kunsill tal-Malti kien fost l-ewwel entitajiet li fehem l-importanza li nikkuraw dan il-ġeneru letterarju. Tradizzjonalment il-qarċilla kienu jistampawha u, għalhekk, il-Kunsill jidħol għal dan biex inkomplu nsaħħu t-tradizzjoni.
Public Broadcasting Services
Il-Public Broadcasting Services iffilmjat u xandret b'mod dirett il-Karnival fuq TVMNews+ nhar is-Sibt 21 ta' Mejju mid-09:30 sa 12:00 u l-Ħadd 22 ta' Mejju mit-15:00 sas-18:45.
Teatru Manoel
Teatru Manoel ta’ self ta’ kostumi lil Festivals Malta sabiex jerġa jiġi organizzat il-Karnival.