Legislature:
Category:
Reset
Active:

WSC - Vandaliżmu/abbuż fuq in-network

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm każijiet fejn il- Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) ltaqgħet ma’ vandaliżmu jew abbuż fuq in-network tagħha? Jekk iva, x’tip? Tista’ tgħid ukoll jekk tinżammx statistika ta’ kemm kien hemm minn dawn il-każijiet u xi jkun l-effetti ta’ każijiet bħal dawn?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li waqt l-andament tal-ħidma tagħha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jkollha ssolvi numru ta’ każijiet ta’ vandaliżmu kif ukoll abbużi mis-sistema tad-drenaġġ.  Dawn is-sitwazzjonijiet, li jirriżultaw minn rimi ta’ materjal ipprojbit, jikkaġunaw sadd fis-sistema li sussegwentament iwassal għal żbroff tad-drenaġġ. Fost il-każijiet li seħħew riċentament u li kienu kawża ta’ vandaliżmu kien hemm dawn: -    Bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa – ħaddiema min-naħa tal-Korporazzjoni sabu ħarqa mgeżwra ġo xugaman li kkawżat l-imblokk u sussegwentament żbroff; -    Triq San Luqa f’Buġibba – ħaddiema tal-Korporazzjoni sabu biċċa njama mdeffsa fil-pajpijiet li kawża tagħha weħlu ammont ta’ wipes magħha li rriżulatat fi mblokk; -    Triq l-Imdina f’Ħal Qormi -  ammont ta’ wipes mormijin fis-sistema wasslu għal żbroff ta’ drenaġġ; -    Kappara Roundabout - ġebla mdeffsa fil-pajpijiet ikkawżat imblokk li wassal għal żbroff tad-drenaġġ. Hu mistenni li kull residenza f’Malta ssegwi l-Leġiżlazzjoni Maltija li titratta rimi ġewwa s-sistema tad-drenaġġ (S.L. 545.08 – para 5).  Dan il-ħarsien tan-network tad-drenaġġ huwa ta’ importanza kbira mhux biss għall-Korporazzjoni iżda għall-pajjiż kollu biex dejjem tiġi salvagwardjata l-iġjene kif ukoll biex il-poplu jkun moqdi bl-aħjar mod possibbli. Hawn taħt qed nagħti n-numru ta’ tali każijiet li l-Korporazzjoni ltaqgħet magħhom fl-aħħar tliet snin u ħadmet qatigħ biex ġew solvuti: 2023                        1,780 2024                        1,498 2025                        1,240

Inkjesti Maġisterjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il inkjesta maġisterjali nfetħet abbażi tal-artikolu 546(1) tal-Kodiċi Kriminali fl-aħħar 20 sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ inkjesti maġisterjali miftuħa abbażi tal-artikolu 546(1) tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta fl-aħħar 20 sena huwa kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Inkjesti Maġisterjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il inkjesta maġisterjali nfetħet abbażi tal-artikolu 546(4A) tal-Kodiċi Kriminali fl-aħħar 20 sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istatistika fir-rigward tal-inkjesti maġisterjali taħt artikolu 546 (4A) tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta ilha tinżamm biss mill-2017. L-ammont ta' dawn l-inkjesti huwa kif indikat fit-tabella t'hawn taħt:- SenaQrati ta’ MaltaQrati t’Għawdex 20173- 20183- 20193- 2020-- 20217- 2022-- 20231- 20248- Total250

L-Università ta’ Malta – Kors għal warrant ta’ għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti l-Università biex isegwu l-Kors biex jiksbu l-warrant ta’ għalliema, matul dawn l-aħħar 15-il sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istess studenti temmew dan il-kors b'suċċess u kemm studenti waqfu matul dan l-istess kors u ġabu xi tip ta' kwalifika bħal diploma u baċċellerat iżda mhux il-kors komplut?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Inċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11192, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ inċidenti jkunu inklużi meta ssir referenza għal inċidenti li jseħħu fis-settur tal-kostruzzjoni? Jista’ jipprovdi dettalji dwar l-inċidenti li hemm referenza għalihom fid-dokument li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b’rabta ma’ din l-istess tweġiba?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Road checks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru road checks? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid liema awtorità jew entità qed tagħmilhom? Jista’ jindika x’tip ta’ kontravvenzjonijiet jinstabu fi spezzjonijiet simili?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi minn naħa tal-pulizija ‘road checks’ każwali f’dati differenti u imprevedibbli, jsiru regulari u min diversi sezzjonijiet tal-Korp kif ukoll mill-pulizija tad-Distretti. Dawn isiru biex jgħinu fit-trażżin ta’ mġieba ħażina fis-sewqan, fit-trażżin ta’ użu ta’ alkoħol, biex jittrattaw ma offiżi relatati ma sewqan u traffiku, kif ukoll kontravenzjonijiet jew reati illeċti oħra li jistgħu jiltaqgħu magħhom. Il-kontravenzjonijiet li jirriżultaw u jinstabu f’dawn l-ispezzjonijiet huma diversi u fosthom jinkludu dawk konnessi mal-liġijiet tat-traffiku, bħal sewqan minn persuni mingħajr liċenzja, użu ta’ karozzi mhux illiċenzjati u/jew mingħajr assikurazzjoni, sewqan eċċesiv, ġarr ta’ passiġġieri aktar milli suppost, dwal mhux kif suppost, sewqan mingħajr seatbelt, użu ta’ mobile waqt is-sewqan u diversi kontravenzjonijiet oħra. Ikun hemm ukoll kazi fejn ix-xufiera jinsabu jsuqu taħt l-influenza ta’ xorb alkoħoliku u drabi fejn ikunu fil-pussess ta’ armi kontra l-ligi u anke sustanzi projbiti.

Kontravvenzjonijiet marbuta mat-trasport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu kontravvenzjonijiet mill-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi dwar it-trasport? Jista’ jgħid kemm minnhom ingħataw għaliex il-persuni: a. kienu qed jużaw il-mobile waqt is-sewqan; b. naqsu li josservaw is-sinjali tat-traffiku waqt is-sewqan; u ċ. ma kinux lebsin iċ-ċinturin tas-sigurtà waqt is-sewqan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi id-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant huma fit-tabella riprodotta hawn taħt. L-informazzjoni li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022, sa Mejju 2023, inġabret mis-sistema LES u tinkludi kontravvenzjonijiet li nħarrġu mill-awtoritajiet kollha tal-infurzar, u cioe’ il-Pulizija, uffiċjali tal-LESA u dawk ta’ Transport Malta. Inklużi fl-ammonti hemm ukoll il-kontravenzjonijiet li nħarrġu wara li dawk responsabbli nqabbdu u ġew identifkat permezz tas-sistemi ta’ sorveljanza tat-televizjoni biċ-ċirkwit magħluq (CCTV). 2022 2022 Total 2023 2023 Total Grand Total Category LESA - On Route CCTV Police TM LESA - On Route CCTV Police TM Traffic Signs 15,557 21,616 4,261 11,666 53,100 7,124 6,599 1,955 4,306 19,984 73,084 Mobile 5,383 86 5,132 3,517 14,118 4,057 28 2,143 701 6,929 21,047 Seatbelts 4,741 2 2,716 388 7,847 1,500 1,002 103 2,605 10,452 Grand Total 25,681 21,704 12,109 15,571 75,065 12,681 6,627 5,100 5,110 29,518 104,583

Kontravvenzjonijiet għal sewqan eċċessiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu kontravvenzjonijiet marbutin ma’ sewqan eċċessiv minn speed cameras u kif ukoll dawk maħruġin minn speed guns sa minn meta bdew jintużaw? Minn min qed jintużaw l-istess speed guns?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi t-total ta’ kemm inħarġu kontravenzjonijiet bl-użu ta’ hand held speed cameras u fixed cameras mis-sena 2019 sa l-aħħar ta’ Mejju 2023, kien ta’ 214,023. Infurmat illi li speed guns jintużaw mill-pulizija.

Infurzar tal-liġi dwar it-trasport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-infurzar tal-liġi dwar it-trasport hux isir biss fit-toroq jew hux isir ukoll permezz ta’ monitoraġġ teknoloġiku? F’dak il-każ, jista’ jagħti eżempji ta’ x’tip ta’ monitoraġġ isir?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi biex jiġu nfurzati l-liġijiet dwar it-trasport/traffiku, il-monitoraġġ isir ukoll b’ċerti meżżi teknoloġici. Min naħa tal-Pulizija jintużaw speed guns. Dan barra li bi sħubija ma Transport Malta, waqt il-monitoraġġ flimkien, jagħmlu użu minn apparat teknoloġiku li l-aġenzija għandha biex tivverifka ħsejjes ta’ silencers tal-vetturi, tagħbija ta’ vetturi, u verifiċi oħra relatati ma testijiet tal-VRT. Il-LESA tagħmel użu kontinwu mill-bosta speed cameras fissi u mis-CCTV cameras li għandha, li permezz tagħhom tagħmel monitoraġġ għal kontravenzjonijiet varji, bħal użu tal-mobiles waqt is-sewqan, nuqqas ta’ użu ta’ seat belts, nuqqas ta’ osservanza ta’ sinjali tat-traffiku, parkeġġ illegali, ostakoli u ksur ta’ regolamenti oħra.

Ħruġ ta’ clearances għal method statements

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu clearances għal method statements matul is-sena 2022 u tul l-ewwel erba’ xhur ta' din is-sena?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fis-sena 2022, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni ħarġet 6163 clearances għall-method statements, filwaqt li tul l-ewwel erba’ xhur ta' din is-sena nħarġu 1674 clearance.

Awtorità tal-Ippjanar — NGOs li bbenefikaw minn fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema NGOs ibbenefikaw minn fondi tal-Awtorità tal-Ippjanar fis-sena 2022?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont ir-rekords tal-Awtorità tal-Ippjanar, l-għaqdiet mhux governattivi li bbenefikaw minn kuntratti għall-fondi tal-Planning Authority fl-2022 huma dawn: Taħt skema “Locality Funding”: Neptunes Water Polo Sports Club Għaqda Mużikali Marija Bambina Vittorja Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Don Bosco Foundation Patrijiet Franġiskani Lija Athletic FC Soċjeta’ Sant’Andrija Każin San Piju X Arċikonfraternita tas-Santissmu Kurċifiss Parroċċa San Bastjan Għaqda Sajjieda Dilettanti Malta Foundation for the Wellbeing of Society Skola Primarja San Ġorġ Preca Soċjeta’ Filarmonika Rotary Club La Valette Sliema Wanderers FC Fondazzjoni Patrimonju Malti Soċjeta’ Mużikali Santa Katerina VM Sirens Aquatic Sports Club Taħt skema “Irrestawra l-Każin” kienu dawn: Big Friends Guggen Musik A.D. 2008 Ħamrun Liberty Social Club Soċjetà Filarmonika G.M. Fra. Antoine De Paule Soċjetà Mużikali Beland 12th May Band & Social Club Każin tal-Banda 'L-Unjoni' Saint Pio X Band Club Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħal Kirkop Għaqda Mużikali u Soċjali 'Madonna tal-Karmnu' St Julian’s Band Club A.D.1927 Soċjetà Filarmonica Nazionale La Valette Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Għaqda Każin Banda San Filep Għaqda Każini Tal-Banda Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan Għaqda Mużikali San Ġużepp Għaqda Soċjo-Mużikali Aniċi Marsa Pageant Group Mqabba FC Żejtun Band Club Soċjetà Filarmonika Luqa Boċċi Club Għaqda Mużikali Mount Carmel St Anthony Band Club Għaqda Mużikali Banda Marija Regina Għaqda Mużikali San Pietru Fil-Ktajjen A.D. 1990 Soċjetà Dun Filippu Borgia St John Rescue Corps Fsobians La Stella Levantina

MCAST — Engineering Pre Warrant Qualification Course (PWQC)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm studenti tal-MCAST iffinalizzaw l-Engineering Pre Warrant Qualification Course (PWQC)? Jista’ jispjega l-iskop ta' dan il-kors u jekk hux qed ikun offrut lil studenti oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li 29 student temmew b’suċċess il-kors msemmi. L-iskop ta’ dan il-kors hu biex kull student isir akkademikament eliġibbli biex japplika għall-warrant ta’ Inġinier. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li dan il-kors hu applikabli għal dawk l-istudenti li temmew b’suċċess il-Baċellerat tal-Inġinerija tal-MCAST.

Il-Fgura – Triq Mater Boni Consiglii — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra rigward ix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fuq Triq Mater Boni Consiglii, il-Fgura? X'inhu l-pass li jmiss u meta hu maħsub li titlesta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 5551.

Birżebbuġa – tender għal shore-to-ship

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tat-tender għal shore-to-ship fil-Freeport? Jista’ jgħid ukoll kemm hija ppjanata l-ispiża, meta se jibdew ix-xogħlijiet u jekk hemmx studji dwar kif se jiġu affettwati l-emissjonijiet fiż-żona ta’ Birżebbuġa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-eżitu tal-kuntratt għax-xogħlijiet meħtieġa ġie ffirmat u qed jiġi esegwit. L-imsemmi tender huwa ppubblikat mid-Dipratiment tal-Kuntratti, kif ukoll l-istess jista' jingħad għat-tender tas-superviżjoni maħruġ mill-Malta Freeport Corporation. Ix-xogħlijiet li bdew f’Ottubru ta' 2022, li jinkludu fażi estensiva ta' disinn dettaljat kemm elettriku u ċivili kif ukoll huma previsti li l-emissjonijiet fiż-żona ta Birżebbuġa jonqsu drastikament. L-ispiża totali hija maħsuba, li ma taqbiżx it-12-il muljun Euro.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet u permessi approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet li daħlu l-Awtorità tal-Ippjanar mis-sena 2008 sal-lum, maqsuma sena b'sena? Jista’ jgħid ukoll kemm-il permess ġie approvat sena b'sena mill-2008 ’l hawn?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif bi twegiba għal din il-mistoqsija.

Fgura – problemi ta’ konġenstjoni tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk fil-lokalità tal-Fgura hemmx pjani, inkluż permezz ta’ studji relatati, biex jiġu indirizzati aħjar il-problemi ta’ konġestjoni ta’ traffiku li jinġabru f’diversi ħinijiet tal-ġurnata?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Imqabba – Twaħħil ta’ bus stop shelters fil-bypass

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se jkunu qed jeħlu l-bus stop shelters li għandhom isiru fil-Bypass tal-Imqabba?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1854 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Imqabba – Twaħħil ta’ bus stop shelters fil-bypass

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se jkunu qed jeħlu l-bus stop shelters li għandhom isiru fil-Bypass tal-Imqabba?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Imqabba kien għamel talba formali sabiex jeħel bus shelter ma’ bus stop bl-isem ‘Saljatura’ fi Triq il-Qrendi, l-Imqabba lura fit-18 ta’ Marzu 2021. Sfortunatament il-proċess jinsab wieqaf minħabba proċeduri fil-Qorti.

Awtorità tal-Artijiet – Skema għal xiri ta’ proprjetà għal min għandu residenza b’titolu ta’ qbiela

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun estiża ma’ Malta kollha l-iskema li ħarġet biex min għandu residenza b’titolu ta’ qbiela jkun jista’ jixtri l-proprjetà mingħand l-Awtorità tal-Artijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-skema inkwistjoni tapplika diġà għat-territorju kollu tal-gżejjer Maltin fil jiem li ġejjien ser jitħabbru rati ta ħlas sabiex ikun jistagħu jiġu pproċessati l-ewwel applikazzjonijiet.

AgriFair – Persuni li attendew

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna attendiet għall-AgriFair u x’kien l-għan wara din il-fiera?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li mill-kalkoli tagħna, aktar minn 30,000 ruħ attendew għall-Malta AgriFair 2022 matul tmiem il-ġimgħa. L-għan ewlieni tal-Malta AgriFair organizzata għall-ewwel darba mill-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, kien li jippromwovi prodotti lokali, makkinarju, sistemi, u żviluppi teknoloġiċi fis-setturi tal-agrikoltura, sajd u akwakultura. Dan ġab flimkien partijiet interessati ewlenin fil-qasam, minn organizzazzjonijiet kbar sa intrapriżi ta’ skala żgħira u medja (SMEs). Il-Fiera pprovdiet pjattaforma kemm għall-komunità tal-biedja lokali, kif ukoll għall-produtturi u fornituri, biex jinfurmaw u jikkomunikaw lill-pubbliku dwar il-prodotti u s-servizzi tal-industriji. Kienet ukoll pjattaforma għal kommunita tas-sajjieda u l-produtturi tal-ħut biex jesebixxu x-xogħol siewi li qed isir. Waqt il-Fiera wieħed seta’ jifhem it-tifsira ta’ Farm to Fork, fejn is-sistema tal-katina tal-ikel tal-produzzjoni, il-ħsad, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-ikel kienet murija bl-aktar mod viżwali, innovattiv u interattiv. Importanti nsemmu li saru wkoll konsultazzjonijiet pubbliċi rigward il-bidja organika u l-ħarsien tal-annimali.