Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korporazzjoni Enemalta — flus f'tiswijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16170 dwar flus imħallsa f'tiswijiet fuq units tal-power station fl-aħħar snin u r-risposti anċillari li ngħataw għal mistoqsijiet orali oħra li saru, jista' l-Ministru jispeċifika kif jinqasmu l-ispejjeż tat-tiswija msemmija turbina b'turbina u sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħolijiet kollha li huma ndikati f’PQ 16170 kienu saru fuq il-gas turbines u l-ispejjeż imniżla jirrapreżentaw il-miżata ta’ kull sena għal Long Term Service Agreement (LTSA) mal-manifattur. Ix-xogħolijiet kollha li jaqgħu taħt LTSA huwa kollu ppjanat. L-uniku tiswija li saret barra LTSA kienet ta’ waħda mit-turbini tal-gass (GT 3B ta’ Delimara) li sar fl-2006 għall-ispiża ta’ 3.8 miljun dollaru.

talba pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18233 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għad-dettalji li qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jispjega għal liema raġuni amministrattiva jew oħra, t-talba msemmija baqgħet pendenti u jieħu passi biex l-informazzjoni meħtieġa tintbagħat kif dovut lill-applikant?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar Kompetittività — definizzjoni ta’ logħob tal-azzard illegali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17799 u jgħid fuq liema bażi r-rappreżentanza Maltija mmexxija mill-Onor. Jason Azzopardi, fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar Kompetittività tal-25 ta’ Mejju 2010, ikkontestat id-definizzjoni ta’ logħob tal-azzard illegali (illegal gambling) kif immexxija mill-Presidenza Spanjola fir-rapport interim tagħha dwar regolametazzjoni ġdida fuq ir-remote gaming fi ħdan l-Unjoni Ewropea? Kien hemm xi brief legali li ntużat mid-delegazzjoni Maltija? Jekk iva, jista’ dan il-briefing, jew inkella jekk le, kwalunkwe dokument uffiċjali ieħor li jispjega l-pożizzjoni Maltija fuq dan is-suggett, jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Fish Stocks

Question

B’referenza għat-twegiba mogħtija fid-19 t’April 2010 għall-mistoqsija parlamentari 16158, rigward x’evalwazzjoni saret dwar l-impatt fuq is-sajd Malti tar-regolamentazzjoni numru 1967/2006 tal-Unjoni Ewropea dwar il-management tal-ħażniet tal-ħut fil-Mediterran (fish stocks), ma jidhirlux il-Ministru li fid-dokumentazzjoni mpoġġija mat-tweġiba m’hemmx informazzjoni dwar studju jew studji fuq l-impatt imsemmi li qed/jew se jkollha din ir-regolamentazzjoni, imma biss dokumentazzjoni xjentifika dwar l-andament tal-fish stocks infushom? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe rapport dwar l-impatt ekonomiku u tekniku fuq is-sajd u s-sajjieda Maltin tar-regolamentazzjoni msemmija, li għandha tibda tiġi implimentata b'qawwa matul ix-xahar ta’ Mejju? Il-gvern jinsab sodisfatt li l-interessi tas-sajjieda Maltin huma mħarsa biżżejjed bl-implimentazzjoni tar-regolamentazzjoni msemmija? Huwa mgħarraf il-Ministru bid-diffikultajiet li qed iqajmu l-Italja, Spanja, Ċipru u anke Franza dwar din ir-regolamentazzjoni fir-rigward, per eżempju, tat-twaqqif ta’ new minimum distances dwar sajd, l-użu permess ta’ ċertu tip ta’ xbieki u mhux ta’ oħrajn, projbizzjoni fuq ċertu tip ta’ sajd u ta’ qbid ta’ ħut? X’impatt se jkollu dan kollu fuq is-sajd Malti? Il-gvern Malti qajjem xi oġġezzjonjiet fuq it-tħaddim ta' din ir-regolamentazzjoni, kif għamlu l-pajjiżi l-oħra membri tal-Unjoni Ewropea? Jekk dawn l-istudji ma sarux min-naħa Maltija u jekk l-awtoritajiet beħsiebhom jimxu ma' kif se jiġi deċiż fi ħdan l-UE, jaħseb il-Ministru li tkun ħaga aktar serja jekk iwieġeb f’dan is-sens u mhux li r-risposta se tingħata f’seduta oħra kif fil-fatt sar fit-3 ta’ Mejju 2010?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Meta wiehed jara li l-istocks kollha ta' importanza kummerċjali li jinsabu fi stat kritiku jew mistada ż-żejjed, huwa ovvju li għal-Gvern Malti l-ewwel diskussjoni hija s-sostenibilità. Sadanittant kif intqal fil-media reġgħu nfetħu diskussjonijiet dwar ir-Regolament 1967/2006 u Malta li għamlet sottomisjonijiet lill-Commission qed tistenna feedback mill-istess Commision. Hemm ħafna oġġezjonijiet imqajma minn pajjiżi oħra li ma jgħoddux għal Malta bħal tkaxkir mal-kosta. Malta għandha ukoll termini differenti kif stipulati mit-trattat tas-sħubija minħabba li l-Gvern Malti nnegozja b’suċċess il-maniġġ tal-25 mil madwar Malta.

talba pendenti

Question

B'referenza għad-dettalji li qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jispjega għal liema raġuni amministrattiva jew oħra, t-talba msemmija baqgħet pendenti u jieħu passi biex l-informazzjoni meħtieġa tintbagħat kif dovut lill-applikant?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

Water Framework Directive tal-Unjoni Ewropea — immaniġar tal-widien tax-xmajjar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-obbligi ta’ Malta biex taħt il-Water Framework Directive tal-Unjoni Ewropea (2000/60/EC) tissottometti sat-22 ta’ Diċembru 2009 rapport dwar il-pjani tal-pajjiż għall-immaniġjar tal-widien tax-xmajjar fl-Ewropa? Għaliex dal-pjan ma ġiex sottomess minn Malta? L-ittra ta’ twissija (letter of formal notice) li kellha tibgħat dwar dan il-Kummissjoni ntbagħtet lill-gvern Malti? Hemm xi dokument jew abbozz ta’ dokument min-naħa Maltija dwar pjan kif mitlub? Jekk iva, jista’ jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-Water Catchment Management Plan għall-Malta kien sottomess f’ Mejju 2010 wara li kien diskuss u approvat mill-Kabinett. Dan il-pjan tħejja mill-MEPA u l-MRA. Biex jiġi konkluż dan il-pjan kien hemm ħtieġa ta’ aktar input u għalhekk sar Twinning Project mal-Aġenzija Franċiża tal-Ilma fl-2009. Bħalissa qed issir konsultazzjoni pubblika dwar il-pjan. Id-dokument jista’ jitniżżel mis-siti tal-Awtorità ta’ Malta għall-Ippjanar u l-Ambjent u l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi. http://www.mepa.org.mt/water jew fuq il-websajt www.mra.org.mt. Għall-benefiċċju tal-Onor Interpellant qed inpoġġi kopja elettronika tad-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar Kompetittività — definizzjoni ta’ logħob tal-azzard illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi r-rappreżentanza Maltija mmexxija mill-Onor. Jason Azzopardi, fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar Kompetittività tal-25 ta’ Mejju 2010, ikkontestat id-definizzjoni ta’ logħob tal-azzard illegali (illegal gambling) kif immexxija mill-Presidenza Spanjola fir-rapport interim tagħha dwar regolametazzjoni ġdida fuq ir-remote gaming fi ħdan l-Unjoni Ewropea? Kien hemm xi brief legali li ntużat mid-delegazzjoni Maltija? Jekk iva, jista’ dan il-briefing, jew inkella jekk le, kwalunkwe dokument uffiċjali ieħor li jispjega l-pożizzjoni Maltija fuq dan is-suggett, jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — flus f'tiswijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16170 dwar flus imħallsa f'tiswijiet fuq units tal-power station fl-aħħar snin u r-risposti anċillari li ngħataw għal mistoqsijiet orali oħra li saru, jista' l-Ministru jispeċifika kif jinqasmu l-ispejjeż tat-tiswija msemmija turbina b'turbina u sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Statistika tal-impjiegi, dħul, numru ta' kumpaniji, profitti u informazzjoni ekonomika

Question

Jista’ l-Ministru jwiegeb għal mistoqsija parlamentari 16298 u jagħti l-istatistika nazzjonali għal dawn l-aħħar snin fis-settur tal-online gaming: impjiegi, profitti u value added, output fuq livell ta’ Prodott Gross Domestiku eċċ.?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16298.

Statistika tal-impjiegi, dħul, numru ta' kumpaniji, profitti u informazzjoni ekonomika

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika kollha li hemm miġbura f’impjiegi, dħul, numru ta’ kumpaniji, profitti, value added u informazzjoni ekonomika u finanzjarja oħra rilevanti dwar is-settur tal-online gaming għal dawn l-aħħar seba’ snin (2003-2009, inklussivi), sena b’sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dwar statistika fuq is-settur tal- online gaming , l-NSO ma jistax joħroġ din l-istatistika għaliex hija meqjusa bħala kunfidenzjali. Għaldaqstant, l-Uffiċċju ikun qed jikser l-Att tal-Istatistika tal-Awtorità ta’ Malta jekk jagħti din l-informazzjoni.

Financial statements tal-Malta Shipyards

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-financial statements tal-Malta Shipyards (inkluż balance sheet u income statement), anki jekk għadhom mhumiex awditjati, għas-snin li matulhom din il-kumpanija ilha topera?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Korsijiet tal-biedja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kors sar għall-bdiewa fuq il-Global Gap din is-sena u s-sena l-oħra? Kemm ġew jiswew għall-gvern kull kors, kors b’kors? F`idejn liema organizzazjoni jew instructor kienu fdati dawn il-korsijiet? Ħarget xi sejħa pubblika għall-offerti biex jintgħażel min se jagħmilhom? Jista’ jgħid fejn u kif ġiet pubblikata din is-sejħa, min iġġudikaha u kif?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din is-sena kif ukoll l-oħra ma ġewx organzzati korsijiet fuq il-Globalgap mid-Dipartiment tal-Agrikoltura. L-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa (ATB), bħala l-unika assoċjazzjoni tal-bdiewa, ħadet l-inizjattiva li t' assumi x-xogħol meħtieġ mill-porċeduri li jwasslu għaċ-ċetifikazzjoni tal-Globalgap. Għal dan il-għan, il-Ministeru għamel kontribuzzjoni finanzjarja ta' €30,000 (tletin elf Ewro) għal perjodu ta' tlett snin sabiex il-bdiewa ma jkollomx piż finanzjarju ta' din is-sistema ta' ċertifikazzjoni li hi meħtieġa biex tkun assigurata l-esportazzjoni tal-patata. Isir minitoraġġ tal-Kuntratt iffirmat bejn l-ATB u l-MRRA

Rapporti tal-Privatisation Unit tat-Tarzna

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tal-Privatisation Unit li wasslu għall-għażla u konklużjoni mal-kumpanija Palumbo ta’ ftehim li bih it-tarznari se jgħaddu f’idejn id-ditta Palumbo?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Informazzjoni rigward il-Privatisation Unit

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-termini ta’ referenza u l-istrutturi amministrattivi tal-Privatisation Unit? Min huma l-membri ta’ dan il-unit, kemm ilhom fil-kariga, kif jiġu appuntati u lil min jirraportaw? Kemm għandhom staff li jaħdem fil-unit u x'inhuma l-karigi tagħhom? X’inhu l-budget tal-Privatisation Unit? Il-Privatisation Unit jista’ jagħti kuntratti ta’ konsulenza? Jekk iva, hemm xi proċeduri dwar kif dan isir? Il-membri tal-privatisation jitqiesu bħala uffiċjali pubblici skont it-termini tal-kostituzzjoni? Għandhom xi kodiċi ta’ etika? Jekk iva, jista’ dan jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Il-Privatisation Unit ġiet imwaqqfa f’Ġunju tas-sena 2000. It-termini ta’ referenza kienet il-White Paper – Privatizzazzjoni: ‘Strateġija għall-Futur’. Din il-White Paper kienet ħarġet fit 22 ta’ Novembru, 1999 u kienet ibbażata fuq rakkommandazzjonijiet ta’ l-esperti tal Bank Dinji. Il- Privatisation Unit bdiet b’Chairman u Segretarju Eżekuttiv. Wara ftit, persuna oħra ġiet impjegata ma’ dan it-tim. Bħal issa fil-Unit hemm żewġ persuni li huma iċ-Chairman, Emanuel Ellul u Transaction Manager li hi Victoria Wilson. Iċ- Chairman ilu fil-kariga minn Ġunju 2000 u t-Transaction Manager minn Awissu 2001. Iċ-Chairman kien gie appuntat mill-Gvern wara li dan kien irrakkomandat mill-konsulenti tal Bank Dinji li kienu nvoluti fit-tfassil tal White Paper. Is-Segretarju Eżekuttiv kien seconded mill-Malta Freeport Corporation. It-Transaction Manager kienet ġiet appuntata mill-Gvern fuq rakkommandazzjoni taċ Chairman. Din ir-rakkommandazzjoni kienet saret wara intervista li kienet saritilha miċ-Chairman u mis Segretarju Eżekuttiv. Iċ-Chairman tal Privatisation Unit jirrapporta lill-Ministru dirett. Mis-sena 2000 sa Frar 2004 il-Privatisation Unit kienet taqa’ taħt il-Ministeru tal-Finanzi. Minn Marzu 2004 sa Marzu 2008 taħt il-Ministeru għall-Investiment, Industrija u t-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni. Minn Marzu 2008 sal-lum taħt il-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u l-Investiment. Il-budget tal Privatisation Unit hu ta’ Euro65,000. Il-Privatisation Unit per se ma tistax tagħti kuntratti u l-anqas tonfoq flus jekk mhux bl-approvazzjoni tal-ministeru fil-każ ta’ nfieq amministrattiv, bħal ilma u elettriku, stationary, tindif ta’ l-uffiċċju u xiri ta’ equipment etc, l-ispejjeż joħorġu mill-budget. Il-konsulentti jiġu appuntati mill-gvern, s’intendi il-Privatization Unit ikunu n-nies li jagħmlu l-proċess. Normalment issir sejħa għall-espressjoni ta’ interess u wara tintalab proposta. Fuq il-bażi tal-proposta tingħażel il-kumpanija biex tagħti konsulenza. F’numru ta’ privatizzazzjonijiet l-MIMCOL kienu nnominati biex ikunu l-konsulenti għall-proċess. F’xi każijiet il-konsulenti jiġu maħtura mill-entità li tkun qegħdha tiġi pprivatizzata. Probabbli li l-membri tal-Privatization Unit m’humiex meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi skont it-termini tal-kostituzzjoni. Il-Privatization Unit m’għandhiex kodiċi ta’ etika għaliha, iżda l-impjegati huma obbligati jimxu ma’ l-etika taċ-ċivil.

management ta’ ħażniet ta’ ħut fil-Mediterran

Question

B’referenza għat-twegiba mogħtija fid-19 t’April 2010 għall-mistoqsija parlamentari 16158, rigward x’evalwazzjoni saret dwar l-impatt fuq is-sajd Malti tar-regolamentazzjoni numru 1967/2006 tal-Unjoni Ewropea dwar il-management tal-ħażniet tal-ħut fil-Mediterran (fish stocks), ma jidhirlux il-Ministru li fid-dokumentazzjoni mpoġġija mat-tweġiba hemm xi informazzjoni dwar studju jew studji fuq l-impatt imsemmi li qed/jew se jkollha din ir-regolamentazzjoni, imma biss dokumentazzjoni xjentifika dwar l-andament tal-fish stocks infushom? Jista’ l-Ministru jpoġġi kwalunkwe rapport dwar l-impatt ekonomiku u tekniku fuq is-sajd u s-sajjieda Maltin tar-regolamentazzjoi msemmija, li għandha tibda tiġi implimentata b'qawwa matul ix-xahar ta’ Mejju? Il-gvern jinsab sodisfatt li l-interessi tas-sajjieda Maltin huma mħarsa biżżejjed bl-implimentazzjoni tar-regolamentazzjoni msemmija? Huwa mgħarraf il-Ministru bid-diffikultajiet li qed iqajmu l-Italja, Spanja, Ċipru u anke Franza dwar din ir-regolamentazzjoni fir-rigward per eżempju, tat-twaqqif ta’ new minimum distances dwar sajd, l-użu permess ta’ ċertu tip ta’ xbieki u mhux ta’ oħrajn, projbizzjoni fuq ċertu tip ta’ sajd u ta’ qbid ta’ ħut? X’impatt se jkollu dan kollu fuq is-sajd Malti? Il-gvern Malti qajjem xi oġġezzjonjiet fuq it-tħaddim ta' din ir-regolamentazzjoni, kif għamlu l-pajjiżi l-oħra membri tal-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.

Statistika tal-impjiegi, dħul, numru ta' kumpaniji, profitti u informazzjoni ekonomika

Question

Jista’ l-Ministru jwiegeb għal mistoqsija parlamentari 16298 u jagħti l-istatistika nazzjonali għal dawn l-aħħar snin fis-settur tal-online gaming: impjiegi, profitti u value added, output fuq livell ta’ Prodott Gross Domestiku eċċ.?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Segretarjat Ġenerali tal-Unjoni tal-Mediterran — persuni nominati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti l-isem tal-persuna jew persuni li ġew nominati mill-Gvern Malti biex iservu fis-Segretarjat Ġenerali tal-Unjoni tal-Mediterran li għadu mhux qed jiffunzjona għax jinsab bla budget?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Malta kellha tinnomina persuna waħda biex isservi fis-Segretarjat tal-Unjoni tal-Mediterran u li Malta innominat lis-Sinjura Cecilia Attard Pirotta li ġiet aċċettata.

management ta’ ħażniet ta’ ħut fil-Mediterran

Question

Jista’ l-Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji u/jew rapporti ta’ evalwazzjoni li saru mis-servizzi tal-gvern dwar l-impatt fuq is-sajd Malti tar-regolamentazzjoni Nru 1967/2006 tal-Unjoni Ewropea dwar il-management ta’ ħażniet ta’ ħut (fish stocks) fil-Mediterran?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istudji u/jew rapporti ta’ evalwazzjoni dwar ħażniet ta’ ħut (fish stocks) fil-Mediterran saru fl-ambitu ta' l-obbligi li Malta għanda kemm bħala parti mis-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll bħala membru sħiħ fi ħdan il-General FisheriesCommission for the Mediterranean (GFCM). Għadaqstant dawn l-istudji/rapporti ġew ippublikati direttament u/jew inkorporati f' rapport usa u jinstabu fuq l-internet. Għall-benefiċju tal-Interpellant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja eletronika ta' dawn id-dokumenti

Statistika tal-impjiegi, dħul, numru ta' kumpaniji, profitti u informazzjoni ekonomika

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika kollha li hemm miġbura f’impjiegi, dħul, numru ta’ kumpaniji, profitti, value added u informazzjoni ekonomika u finanzjarja oħra rilevanti dwar is-settur tal-online gaming għal dawn l-aħħar seba’ snin (2003-2009, inklussivi), sena b’sena?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

membri parlamentari — servizzi ta’ aħbarijiet u kummentarji elettroniċi dwar l-attwalità tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jirranġa ħalli l-Membri Parlamentari jkunu abbonati mas-servizzi ta’ aħbarijiet u kummentarji elettroniċi dwar l-attwalità tal-Unjoni Ewropea provduti fuq bażi ta’ kuljum mill-Agence Europe? Hu l-każ li l-istanzi u ministeri tal-Gvern, jew ta' lanqas il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, huma diġà abbonati f’dawn is-servizzi u allura l-Membri Parlamentari jistgħu faċilment jiddaħħlu fl-abbonament eżistenti?

Response (BORG, TONIO)

Il-Ministeru ma isibx l-ebda problema biex Membri Parlamentari jibdew jirċievu, fuq bażi ta' kuljum, kopja eletronika ta' Agence Europe. L-arranġamenti sejrin isiru ma' l-Uffiċċju tal-Parlament.