Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Korporazzjoni Enemalta f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2010? Fiex kienet tikkonsisti n-nefqa f’Għawdex ta’ kull sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2010? Fiex kienet tikkonsisti n-nefqa f’Għawdex ta’ kull sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għan-nefqa li saret f’Għawdex, l-Onor. Interpellant għandu jagħmel id-domanda lill-Ministeru ta’ Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali f'Malta u f'Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2010 fuq:
a)
parks
Nazzjonali;
b) Afforestazzjoni; u
ċ) l-ħarsien tal-kampanja?
Fiex kienet tikkonsisti n-nefqa f'Għawdex ta' kull sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-għajnuna finanzjarja li l-bdiewa/raħħala u s-sajjieda Maltin u Għawdxin separatament rċevew kull sena mill-2004 'l hawn minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont il-programm, l-iskema eċċ.?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji reġistrati f’Malta u f’Għawdex separatament li għandhom investiment barrani f’kull gżira għaliha? Kemm hu l-valur ta’ dan l-investiment barrani f’kull gżira għaliha? F’liema oqsma tal-ekonomija qed joperaw il-kumpaniji reġistrati f’Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni ma tinġabarx fil-mod kif mitluba fid-domanda. M’hemmx reġistri separati għal Malta u għal Ghawdex, imma Reġistru uniku kif tirrikjedi il-liġi. Minn informazzjoni miġbura mir-Reġistru tal-Kumpanniji, jirriżulta illi minn total ta’ madwar 34,000 kumpanija reġistrata u li huma effettivament fuq ir-Reġistru (cioè mhux xolti jew struck off) li minnhom huma 758 dawk li għandhom l-indirizz reġistrat tagħhom ġewwa Għawdex. Ir-Reġistru tal-Kumpannija ma jżommx data dwar liema attivitajiet iwettqu kumpanniji b’mod kollettiv imma wieħed ikun jista’ jfittex din l-informazzjoni fir-rigward ta’ kumpanniji b’mod individwali. L-istess jista’ jingħad dwar data ta’ kemm kumpanniji b’indirizz f’Għawdex jista’ jkollhom xi shareholding, anke minimu, li hu barrani.
Jista’ l-Ministru issa jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13977 u 14675 u jgħid x’sar u kemm intnefqu flus kull sena mill-1999 sal-2010 għat-titjib tas-sistemi tal-ġbir tal-ilma tax-xita għall-użu fl-agrikoltura f’Malta u f’Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li d-Direttorat tas-Servizzi għandu biss informazzjoni ta’ xogħlijiet li saru mill-Valley Management Unit dwar tindif ta’ widien, ilquh u ġibjuni bejn l-2008 u l-2010. Ovvjament dawn ix-xogħlijiet ma jsirux biss biex jibbenefika s-settur agrikolu. Ta’min jinnota li jsir xogħol ta’ lqugħ ta’ ilma għas-settur agrikolu mill-privat. Fil-fatt 74 bidwi bbenefika minn €1.4 miljun għall-bini ta ġwiebi u ħażna tal-ilma permezz tal-miżura 121 fil-perjodu 2009 sa l-2010. Dwar Għawdex nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Gvern, esklużi fondi mill-Unjoni Ewropea, f'Għawdex fl-2009 u fl-2010? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa ta' fondi mill-Unjoni Ewropea f’Malta u Għawdex separatament matul l-istess sentejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2010? Fiex kienet tikkonsisti n-nefqa f’Għawdex ta’ kull sena?
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 15416 u tgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2010 għar-rigward ta’ benefiċċji kontributorji mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali tal-1987 għal:
a) Pensjonijiet tal-invalidità;
b) Pensjonijiet tal-irtirar;
ċ)
Bonus
;
d) Pensjonijiet tar-romol; u
e) Pensjonijiet għal żmien qasir (
short-term
)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għas-snin 2003-2009. L-informazzjoni għas-sena 2010 għadha qegħda tinġabar u tkun tista’ tingħata darba li dan l-eżerċizzju jkun konkluż.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern fl-2009 u fl-aħħar ta’ Ġunju u Settembru tal-2010 għar-rigward ta’ benefiċċji kontributorji minn kontribuzzjonijiet tal-ewwel klassi minn impjegati tal-Gvern f’Malta u f’Għawdex separatament u minn impjegati fis-settur privat f’Malta u f’Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek minn residenti f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-lum? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati u skont l-istess residenza? Jista’ jagħti dan it-tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
kanen mitluqin barra fuq bankina fi Triq il-Ferrovija Qadima — Birkirkara
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13094 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jirrispondi mistoqsija parlamentari 12464 u jgħid għaliex madwar tmienja jew disa' kanen kbar tal-ilma, ilhom mitluqa barra mill-bidu tar-rebbiegħa ta’ din is-sena, fuq il-bankina ta’ Triq il-Ferrovija l-Qadima kantuniera ma’ Triq Vittorio Cassar Birkirkara? Jista' jgħid kemm tiswa kull kanna tat-tip imħollija fejn qed jintqal?
kanen mitluqin barra fuq bankina fi Triq il-Ferrovija Qadima — Birkirkara
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13335 u 13094 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jirrispondi mistoqsija parlamentari 12464 u jgħid għaliex madwar tmienja jew disa' kanen kbar tal-ilma, ilhom mitluqa barra mill-bidu tar-rebbiegħa ta’ din is-sena, fuq il-bankina ta’ Triq il-Ferrovija l-Qadima kantuniera ma’ Triq Vittorio Cassar Birkirkara? Jista' jgħid kemm tiswa kull kanna tat-tip imħollija fejn qed jintqal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqisja parlamentari numru 13335.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20680, li għamilt dwar kif il-part-time employment hu inkluż jew integrat fiċ-ċifri, tal-gainfully employed magħtija fl-ecominic survey u l-istatistika dwar l-impjiegi ppubblikata mill-NSO, jista' l-Ministru jippreċiża jekk din l-istatistika tal-gainfully employed tinkludix iċ-ċifra tal-part-time employment bħala head count? Jekk iva, jista' jgħid jekk dan hux qed jiġri ukoll għaċ-ċifra tal-part-time employment li ma jkunx l-uniku impjieg tal-persuna li għandhom impjieg part-time? Jekk le, jista' jgħid jekk iċ-ċifri tal-part-time humiex addizzjonali għaċ-ċifri tal-gainfully employed?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Il-part-time employment jinqasam fi tnejn: dawk li l-impjieg tagħhom huwa l-uniku impjieg, u dawk li l-impjieg part-time tagħhom huwa sekondarju.
L-istatistika tal-
gainfully occupied
f’Tabella 3.1 tal-
Economic Survey
, skont l-ETC, ma tinkludix il-
part-time employment
. Dan ifisser illi bħala
head count
, iċ-ċifri tal-
part-time
huma addizzjonali għaċ-ċifri tal-
gainfully occupied
f’din it-tabella partikolari.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispjega teknika tal-metodologija li biha l-NSO jaħdem il-Full-Time Equivalents (FTE) biex l-istatistika dwar il-part time employment tiġi integrata fl-istatistika tal-gainfully employed fl-Economic Survey u fl-istatistika dwar l-impjiegi li jippubblika regolarment l-NSO?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-Economic Survey u fl-istatistika dwar l-impjiegi li jippubblika regolarment l-NSO, il-part-time employment ma jinħadimx f’Full-Time Equivalents (FTE) iżda huwa head count.
Ħabs ta' Kordin — priġunieri li jaħdmu barra l-ħabs
Question
Peress li fl-imgħoddi kien hemm programm li bih priġunieri fil-ħabs ta’ Kordin kienu jkunu jistgħu taħt kondizzjonijiet adegwati ta’ sorvelja, joħorġu biex jagħmlu xogħol barra l-ħabs, u dan bħala parti minn proċess ta’ riabilitazzjoni u peress li dan il-programm għalkemm kien ta’ siwi kbir kien twaqqaf għax min jgħid minħabba abbużi li saru u min jgħid li għax ma kienx hemm riżorsi biex tinżamm sorvelja serja, jista’ l-Ministru jara x’jista’ jsir biex dan il-programm jerġa’ jinbeda malajr kemm jista’ jkun, u jgħid x’jista’ jsir u x’se jsir f’dan ir-rigward?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-programm li qed jirreferi għalih qiegħed jiġi kkunsidrat fil-qafas tal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tal-Privatisation Unit li wasslu għall-għażla u konklużjoni mal-kumpanija Palumbo ta’ ftehim li bih it-tarznari se jgħaddu f’idejn id-ditta Palumbo?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għas-Sommarju tal-offerti li l-Gvern irċieva għas-sejħa għat-tmexxija tax-shipyard u tal-yacht yards, li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa 19 ta’ Mejju, 2010 (P.L. 4698).
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18233 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għad-dettalji li qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jispjega għal liema raġuni amministrattiva jew oħra, t-talba msemmija baqgħet pendenti u jieħu passi biex l-informazzjoni meħtieġa tintbagħat kif dovut lill-applikant?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba mill-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament, kienet diġa ntbagħtet f’Marzu li għaddha, pero’ jidher li għal xi raġuni, din ma wasslitx fl-indirizz indikat barra minn Malta fejn tgħix din il-persuna. Fil-fatt wara li din il-persuna reġgħet ġibdet l-attenzjoni li kienet għadha tistenna l-informazzjoni mitluba, d-Dipartiment reġa’ bgħat din l-informazzjoni bil-posta reġistrata.
Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar Kompetittività — definizzjoni ta’ logħob tal-azzard illegali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17799 u jgħid fuq liema bażi r-rappreżentanza Maltija mmexxija mill-Onor. Jason Azzopardi, fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar Kompetittività tal-25 ta’ Mejju 2010, ikkontestat id-definizzjoni ta’ logħob tal-azzard illegali (illegal gambling) kif immexxija mill-Presidenza Spanjola fir-rapport interim tagħha dwar regolametazzjoni ġdida fuq ir-remote gaming fi ħdan l-Unjoni Ewropea? Kien hemm xi brief legali li ntużat mid-delegazzjoni Maltija? Jekk iva, jista’ dan il-briefing, jew inkella jekk le, kwalunkwe dokument uffiċjali ieħor li jispjega l-pożizzjoni Maltija fuq dan is-suggett, jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17799.
Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar Kompetittività — definizzjoni ta’ logħob tal-azzard illegali
Question
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi r-rappreżentanza Maltija mmexxija mill-Onor. Jason Azzopardi, fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar Kompetittività tal-25 ta’ Mejju 2010, ikkontestat id-definizzjoni ta’ logħob tal-azzard illegali (illegal gambling) kif immexxija mill-Presidenza Spanjola fir-rapport interim tagħha dwar regolametazzjoni ġdida fuq ir-remote gaming fi ħdan l-Unjoni Ewropea? Kien hemm xi brief legali li ntużat mid-delegazzjoni Maltija? Jekk iva, jista’ dan il-briefing, jew inkella jekk le, kwalunkwe dokument uffiċjali ieħor li jispjega l-pożizzjoni Maltija fuq dan is-suggett, jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern Malti jipparteċipa b’mod attiv għal kull laqgħa organizzata mill-Presidenza tal-Unjoni Ewropea dwar il-materja ta’ Gaming. Il-Presidenza Spanjola kienet ressqet bħala materja ta’ diskussjoni bejn l-Istati Membri x’għandha tkun id-definizzjoni tal-logħob illegali fil-kuntest ta’ Online Gaming. Waqt dawn il-laqgħat, Malta ma qablitx li d-definizzjoni ta’ illegal gambling għandha testendi għall-operaturi ta’ online gambling li, għalkemm mhumiex illiċenzjati fi Stat Membru fejn joffru s-servizzi tagħhom, huma diġà regolati u lliċenzjati fi Stat Membru ieħor. B’rispett għall-prinċipji ta’ l-artikli tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, Malta temmen li definizzjoni bħal dik proposta fir-rapport tal-Presidenza Spanjola ma tieħu l-ebda konsiderazzjoni tal-fatt li Stat Membru ieħor għandu liġijiet, regolamenti, kontrolli w organizzazjonijiet regolatorji effettivi sabiex jirregolaw l-operatur liċenzjat u li jipprotteġu lill-konsumatur ta’ dan il-logħob ‘on-line’. Matul dawn il-laqgħat, Malta saħqet li għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn operaturi ta’ on-line gaming li mhumiex regolati w illiċenzjati f’ebda Stat Membru tal-Unjoni u dawk li huma regolati fi Stat Membru ieħor, u li d-definizzjoni ta’ logħob illegali għandha tiġi applikata biss għal dawk l-operaturi li mhumiex regolati w illiċenzjati f’ebda Stat Membru tal-Unjoni.
Estratt mir-rapport
interim
tal-Presidenza Spanjola dwar regolamentazzjoni ġdida fuq ir-
remote gaming
fi ħdan l-Unjoni Ewropea li jirrifletti l-pożizzjoni tad-delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Onor. Jason Azzopardi fuq id-definizzjoni ta’ logħob tal-azzard illegali (
illegal gambling)
fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-Kompetittività tal-25 ta’ Mejju 2010 jaqra kif ġej:
Malta still holds that any reference to illegal gambling is not justified in view of the fact that what is labelled as illegal in a particular Member State may not be illegal in another. To this effect Malta would like to re-iterate its position that gaming is a service as defined under the EU treaty. In the absence of a common regulatory framework in the gaming sector, Malta holds that the principles enshrined in the EU Treaty, namely the Freedom of Establishment and the Freedom to Provide Services should be conformed with.