Legislature:
Category:
Reset
Active:

self long term u short term — breakdown ta' exposure

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26282 u jagħti breakdown ta’ x’kien l-exposure ta’ Malta fl-1 ta’ April 2011 fir-rigward ta’ self, long term u short term, ma’ barra u lokalment, u bl-istess mod, l-exposure fir-rigward ta’ garanziji mogħtija sa dik id-data, kemm ma’ barra u kemm lokalment? F’dak li għandu x’jaqsam mal-garanziji ma’ barra jista’ jindika kemm mill-ammonti huma referibbli separatament għall-każijiet tal-Greċja u tal-Irlanda, u dwar dan tal-aħħar jindika l-iskadenza/skadenzi ta’ kif skattat/w il-garanzija/i?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, fuq il-bażi taċ-ċifri kif ippubblikati fl-NSO News Release 082/2011 u li ġiet riproċessata għall-fini ta’ din il-mistoqsija, għall-perjodu sa l-1 ta’ April 2011, l-exposure ta’ self long-term ma’ barra kien ta’ €87,422,000. L-ammont ta’ self long-term lokali, kien ta’ €3,774,444,000. Għall-istess perjodu, ma kienx hemm exposure għal self short term ma’ barra filwaqt li l-ammont ta’ self short-term lokali kien ta’ €416,829,000. Il-garanziji mogħtija sal-1 t’April 2011, kemm ma’ barra kif ukoll lokali, għad iridu jiġu vverifikati mill-Awditur Ġenerali qabel ma jiġu ppubblikati. L-ammont totali misluf lill-Greċja separatament, wara l-ewwel ta’ Jannar 2011 u sal-1 t’April 2011, kien ta’ €20,031,428.77. Dan ġie misluf hekk: fid-19 ta’ Jannar 2011 sellifna ammont ta’ €6,222,121.24 filwaqt li fis-16 ta’ Marzu 2011 sellifna ammont ieħor ta’ €13,809,307.53. L-ammont garantit lill-Irlanda fl-imsemmi perjodu kien ta’ €4,000,000 u dan l-ammont skatta fl-1 ta’ Frar 2011.

garanziji fuq self

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26283 u jagħti kalendarju indikattiv għal kif għandhom jiskattaw matul l-erba’ xhur April-Lulju 2011 l-garanziji li Malta se tkun qed toħroġ fuq self mgħoddi lill-Greċja, l-Irlanda u l-Portugal fil-kuntest tal-pakketti ta’ salvataġġ finanzjarju organizzati għal dawn il-pajjiżi miż-żona tal-ewro?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi għall-imsemmi perjodu, Malta mistennija terġa' tislef lill-Greċja fis-27 ta’ Ġunju 2011. Għall-istess perjodu Malta se tkun qegħda toffri garanzija lill-Portugal liema garanzija għandha tiġi skattatha fit-22 ta’ Ġunju 2011. Għall-fini ta’ garanzija lill-Irlanda, Malta mhux mistennija toffri garanzija fl-imsemmi perjodu.

Self long term u short term — exposure

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ x’kien l-exposure ta’ Malta fl-1 ta’ April 2010 fir-rigward ta’ self, long term u short term, ma’ barra u lokalment, u bl-istess mod, l-exposure fir-rigward ta’ garanziji mogħtija sa dik id-data, kemm ma’ barra u kemm lokalment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Exposure fuq self long term u short term

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ x’kien l-exposure ta’ Malta fl-1 ta’ Jannar 2011 fir-rigward ta’ self, long term u short term, ma’ barra u lokalment, u bl-istess mod, l-exposure fir-rigward ta’ garanziji mogħtija sa dik id-data, kemm ma’ barra u kemm lokalment? F’dak li għandu x’jaqsam mal-garanziji ma’ barra jista’ jindika kemm mill-ammonti huma riferibbli separatament għall-każ tal-Greċja, u dwar dan tal-aħħar jindika l-iskadenza/skadenzi ta’ kif skattat il-garanzija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

self long term u short term — breakdown ta' exposure

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ x’kien l-exposure ta’ Malta fl-1 ta’ April 2011 fir-rigward ta’ self, long term u short term, ma’ barra u lokalment, u bl-istess mod, l-exposure fir-rigward ta’ garanziji mogħtija sa dik id-data, kemm ma’ barra u kemm lokalment? F’dak li għandu x’jaqsam mal-garanziji ma’ barra jista’ jindika kemm mill-ammonti huma referibbli separatament għall-każijiet tal-Greċja u tal-Irlanda, u dwar dan tal-aħħar jindika l-iskadenza/skadenzi ta’ kif skattat/w il-garanzija/i?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

garanziji fuq self

Question

Jista’ l-Ministru jagħti kalendarju indikattiv għal kif għandhom jiskattaw matul l-erba’ xhur April-Lulju 2011 l-garanziji li Malta se tkun qed toħroġ fuq self mgħoddi lill-Greċja, l-Irlanda u l-Portugal fil-kuntest tal-pakketti ta’ salvataġġ finanzjarju organizzati għal dawn il-pajjiżi miż-żona tal-ewro?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #11968 Sitting 348 2011-05-18 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

European Union Cohesion Fund u European Union Structural Funds — Pagamenti fuq proġetti u skemi

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment għall-mistoqsija parlamentari 5177 dwar l-EU Cohesion and Structural Funds, jista’ l-Prim Ministru jgħid għar-rigward il-Gozo Related Projects: a) Għalxiex saru l-pagamenti lill-benefiċjarji barranin u lill-Korporazzjoni Enemalta? b) Kemm tħallsu fondi għal konsulenzi u lil min? ċ) Kemm tħallsu fondi għal xiri ta’ għamara, apparat, makkinarju u materjal u lil min? d) Kemm tħallsu fondi għal kiri ta’ makkinarju u lil min? e) Kemm tħallsu fondi għal trasport u lil min? f) Għal liema proġetti saru l-pagamenti lill-KRAM Joint Venture , lill-MAC Joint Venture u lil C&F and CPI Joint Venture ? Għal liema servizzi jew provvisti saru l-pagamenti u kemm kienu l-ammonti f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għar-rigward tal-mistoqsijiet A, B, Ċ, D u F. Rigward il-mistoqsija E l-ispejjeż għat-trasport kienu mħallsa taħt żewġ proġetti ESF 29 u ESF 35. Is-servizzi tat-trasport kienu parti mill-kuntratt ta’ service management ta’ dawn iż-żewġ proġetti. B’riżultat ta’ dan l-ispejjeż għat-trasport kienu parti mis-somma global ital-valuri tal-kuntratt.
Leg 11 PQ #24168 Sitting 323 2011-03-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MTA — nefqa kapitali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22673 u jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2010? Fiex kienet tikkonsisti n-nefqa f’Għawdex ta’ kull sena?.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

pensjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22674, tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern f’Malta u f’Għawdex għas-sena 2010 għar-rigward ta’ benefiċċji kontributorji mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali tal-1987 għal a) Pensjonijiet tal-invalidità; b) Pensjonijiet tal-irtirar; ċ) Bonus; d) Pensjonijiet tar-romol; u e) Pensjonijiet għal żmien qasir (short-term)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

bdiewa, raħħal u sajjieda — għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22681 u jgħid kemm kien il-valur tal-għajnuna finanzjarja li l-bdiewa/raħħala u s-sajjieda Maltin u Għawdxin separatament rċevew kull sena mill-2004 'l hawn minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont il-programm, l-iskema eċċ.?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

nefqa kapitali fuq park nazzjonali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22680, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kif mitlub fl-interpellanza u cioe' jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali f'Malta u f'Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2010 fuq: a) parks Nazzjonali; b) Afforestazzjoni; u ċ) l-ħarsien tal-kampanja? Fiex kienet tikkonsisti n-nefqa f'Għawdex ta' kull sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nikkjarifika li l-informazzjoni li ingħatat għall-mistoqsija 22680 tkopri n-nefqa kapitali f'Malta, nitlob l-Onorevoli Interpellant biex iressaq il-mistoqsija dwar l-informazzjoni dwar Għawdex lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #24164 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — nefqa kapitali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’Għawdex u mħallsa mill-Voti tal-Ministeru għal Għawdex kull sena mill-2003 sal-2010? Fiex kienet tikkonsisti n-nefqa f’Għawdex ta’ kull sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-nefqa kapitali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’Għawdex u mħallsa mill-Voti tal-Ministeru għal Għawdex kull sena mill-2003 sal-2010 kienet kif tidher hawn taħt: Sena Nefqa 2003 €257,170 2004 €245,765 2005 €151,004 2006 €590,261 2007 €394,847 2008 €421,417 2009 €459,965 2010 €682,016 Jiena nfurmata wkoll li din in-nefqa tkopri xogħol fuq il- Masterplan tad-drenaġġ, estensjoni u titjib tas-servizz tad-drenaġġ u xiri ta’ materjal u apparat u xogħol relatat.
Leg 11 PQ #24165 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

titjib tas-sistemi tal-ġbir tal-ilma tax-xita

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar u kemm intnefqu flus kull sena mill-1999 sal-2010 għat-titjib tas-sistemi tal-ġbir tal-ilma tax-xita għall-użu fl-agrikoltura f’Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul is-sena 2010 tnaddfu żewġ ġibjuni fil-Wied ta' Żejta fil-limiti tar-Rabat u ġibjun fil-Wied ta' Marsalforn u li saru tiswijiet tal-ħitan fil-ġibjuni tal-Wied ta' Żejta. Jiena nfurmata wkoll li n-nefqa ta' dawn ix-xogħlijiet fl-2010 kienet ta' €154,454 u ġew iffinanzjati mill-fondi allokati għal Eko-Għawdex. Ġew identifikati wkoll ġibjuni oħra li għandhom jitnaddfu.

Employment Aid Grant Scheme — intrapriżi li joperaw f’Għawdex

Question

Tista’ l-Minstru tgħid kemm ħaddiema kienu ġew impjegati taħt l-Employment Aid Grant Scheme minn intrapriżi li joperaw f’Għawdex? Jista’ jgħid illum kemm minn dawn l-impjegati għadhom jaħdmu mal-istess intrapriża li kienet ħaddmithom taħt l-iskema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 23331 tas-seduta 310.

Għawdex — nies redundant

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kull sena mill-2008 ‘l hawn kemm kien hemm ħaddiema li tilfu l-post tax-xogħol tagħhom f’Għawdex għax spiċċaw redundant minħabba li l-intrapriża li kienet tħaddimhom ma kellhiex aktar xogħol għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ ħaddiema li tilfu l-post tax-xogħol tagħhom f’Għawdex għax spiċċaw redundant u ġew jirreġistraw għax-xogħol kien ta’ 177 persuna fl-2008, 245 persuna fl-2009 u 143 persuna fl-2010.

Nfiq kapitali tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Gvern, esklużi fondi mill-Unjoni Ewropea, f'Għawdex fl-2009 u fl-2010? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa ta' fondi mill-Unjoni Ewropea f’Malta u Għawdex separatament matul l-istess sentejn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tingħata f’Tabella A u B li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23919 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Unjoni Ewropea — tħaddim ta' pensjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma x’inhi l-pożizzjoni li ħadu l-istanzi tal-Unjoni Ewropea dwar it-tħaddim tal-pensjoni taż-żewġ terzi f’Malta fir-rigward ta’ min hu jew kien intitolat għal żewġ pensjonijiet fuq bażi ta’ kontribuzzjonijiet magħmula, u li d-dħul minnhom safa limitat għal żewġ terzi tal-aħħar snin tal- paga? Jista’ jinforma kif inbniet din il-pozizzjoni min-naħa tal-Unjoni Ewropea u safejn waslu l-aħħar żviluppi dwarha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Unjoni Ewropea — tħaddim tal-pensjoni

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma x’inhi l-pożizzjoni li ħadu l-istanzi tal-Unjoni Ewropea dwar it-tħaddim tal-pensjoni taż-żewġ terzi f’Malta fir-rigward ta’ min hu jew kien intitolat għal żewġ pensjonijiet fuq bażi ta’ kontribuzzjonijiet magħmula, u li d-dħul minnhom safa limitat għal żewġ terzi tal-aħħar snin tal-paga? Jista’ jinforma kif inbniet din il-pozizzjoni min-naħa tal-Unjoni Ewropea u safejn waslu l-aħħar żviluppi dwarha?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Unjoni Ewropea — limitazzjoni għal żewġ terzi

Question

Tista’ l-Ministru tispjega x'inhi u x’se tkun il-pożizzjoni tal-Gvern Malti fir-rigward tal-pozizzjoni meħuda minn istanzi tal-Unjoni Ewropea dwar il-limitazzjoni għal żewġ terzi ta’ dħul minn pensjoni għal dawk li kienu ħallsu għal żewġ pensjonijiet jew aktar tul il-ħajja tax-xogħol tagħhom bħal ex-membri tas-Servizzi Ingliżi li wara li temmew is-servizz tagħhom, kienu sabu impjieg ieħor?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s’issa l-Kummissjoni Ewropea bagħtet Notifika Informali lil Gvern Malti dwar il-mod ta’ kif dawn il-pensjonijiet ikunu ikkonsidrati fil-kalkolu tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali Maltija. Il-Gvern Malti ngħata żmien biex ikun jista’ jinforma lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-każ. Il-Gvern diġà bagħat it-tweġiba u spjega ta’ kif qed jederixxi mar-regoli tal-Unjoni Ewropeja f’dan ir-rigward. Wara dan il-Kummissjoni tikkonsidra u tistħarreġ is-sitwazzjoni fil-kuntest tar-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea dwar is-sigurtà soċjali u tiddeċiedi dwar is-sitwazzjoni.

Bejgħ ta' proprjetà immobbli f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjetà immobbli f’Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Jista’ jgħid kemm kien il-valur ta’ dawn il-kuntratti kull sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjetà sitwata f’Għawdex hija kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.