Legislature:
Category:
Reset
Active:

qasam industrijali tax-Xewkija — informazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-ismijiet tal-kumpaniji li hemm joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija? Tista’ tgħid x’inhu l-ġeneru tal-operat tagħhom? Tista’ tgħid meta bdew joperaw f’dan il-Qasam Industrijali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Għawdex — kumpaniji li twaqqfu b'għajnuna finanzjarja jew fiskali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpaniji twaqqfu f’Għawdex fl-2010 u din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru b’għajnuna finanzjarja jew fiskali tal-Malta Enterprise ? Jista’ jgħid x’tip ta’ għajnuna ngħatat kull kumpanija u kemm hija l-għajnuna li nagħtat? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal Malta ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Għawdex — Malta Enterprise - nefqa fuq industriji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fl-2010 u din is-sena sal-lum fuq inċentivi mill-Malta Enterprise għall-industrija f’Għawdex? Għal liema sena/snin ta’ operat kienet in-nefqa? Kemm kumpaniji bbenefikaw minn dawn l-inċentivi? Kemm hemm għotjiet li huma approvati u għadhom ma tħallsux? Għal liema snin huma u kemm hu l-ammont għal kull sena? Meta huwa mistenni li jitħallsu? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont l-iskema ta’ għajnuna? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Għawdex — Malta Enterprise - skemi t'għajnuna lill-industriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-iskemi ta' għajnuna tal-Malta Enterprise li kienu/huma speċifkament għal Għawdex fl-2010 u din is-sena sal-lum? Kemm kienu u x'kienu l-benefiċjarji ta' dawn l-iskemi? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi? Kemm minnhom kienu fondi Ewropej?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Malta Enterprise — għajnuna lill-kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-Malta Enterprise fl-2010 u din is-sena sal-lum biex twaqqaf impriża f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu jew ta’ servizzi li jagħtu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex fl-istess perjodu? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tathom l-Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skont is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies meta bdew joperaw meta sar il-ftehim mal-Malta Enterprise u kemm qed iħaddmu llum? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Malta Enterprise — tkabbir ta' kumpaniji f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-Malta Enterprise fl-2010 u din is-sena sal-lum biex tkabbar l-impriża tagħha f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu jew ta’ servizzi li jagħtu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex għat-tkabbir tal-operat tagħhom? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tathom il-Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skont is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies qabel kabbru l-operat tagħhom u kemm qed iħaddmu llum? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

informazzjoni dwar intrapriżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tas-sena 2010 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena u li kienu jħaddmu (i) anqas minn 10 ħaddiema; (ii) minn 10 sa 49 ħaddiem; (iii) minn 50 sa 249 ħaddiem u (iv) minn 250 ħaddiem ‘il fuq?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Għawdex — Fond Konsolidat - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa attwali kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat u jgħid ukoll din in-nefqa kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali mill-istess Fond fl-2010 u din is-sena sa Settembru?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi tali informazzjoni li qed tintalab ma tirriflettix l-investiment li jgawdi l-poplu Għawdxi u dak Malti b’daqshekk distinzjoni, billi ċertu proġetti kapitali li jsiru Malta huma ukoll ta’ benefiċċju għall-Għawdxin. Madankollu t-tabella mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Nefqa Kapitali tal-Fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali f’Għawdex u f’Malta separatement ta’ Fondi Ewropej u jgħid din in-nefqa f’Għawdex kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali ta’ fondi Ewropej fl-2010 u din is-sena sa Settembru? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont il-Programm Baġitarju tal-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Għawdex — studenti li ggradwaw

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti Għawdxin iggradwaw fl-aħħar tas-sena akkademika 2010/2011? Tista’ tgħid kemm minnhom bdew jaħdmu għall-ewwel darba jew sabu xogħol ġdid f’Malta u Għawdex separatament minn meta ggradwaw ‘l hawn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba dwar gradwati mill-Università ta’ Malta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — investiment barrani dirett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm investiment barrani dirett f’Għawdex fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Marzu, fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #29051 Sitting 394 2011-10-18 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Ċentru tax-xogħol ta' back office

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’qed isir biex jitwaqqaf ċentru ta' xogħol ta’ back office ġdid f’Għawdex? Jista' jgħid x'sar fuq dan il-proġett minn Jannar 2010 ‘l hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat tweġiba li kienet ingħatat mill-Ministru għal Għawdex, fil-mistoqsija parlamentari nru 17798.
Leg 11 PQ #29052 Sitting 394 2011-10-18 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdxin — ħaddiema trasferiti fuq xogħol ta' back office

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema Għawdxin ġew trasferiti għal Għawdex fuq xogħol ta’ back office kull xahar minn Ottubru 2007 sal-lum? Jista’ jgħid ix-xogħol trasferit mil-liema Dipartiment/i ġie trasferit? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont il-grad tal-ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu Ottubru 2007 sa Ottubru 2011, kien hemm 62 uffiċċjal pubbliku fil-Gradi Servizz Ġenerali li ġew trasferiti għal Għawdex fuq xogħol ta’ back office, kif jidher fid-dettal fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Industrial Parks — Kumpaniji li ngħataw grants

Question

Jista' l-Ministru jinformana: (i) kemm kien hemm kumpaniji li ġew rilokati mill-Malta Industrial Parks Ltd f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena; (ii) kemm minnhom ingħataw xi forma ta' għajnuna, inkluż billi l-Malta Industrial Parks Ltd fornitilhom sit ġdid li kien komplet u lest biex jirrilokaw fih u jibdew l-business tagħhom mill-ewwel; (iii) kemm minnhom ingħataw grants jew għajnuna oħra finanzjarja; u (iv) kemm kien l-ammont ta' għajnuna jew grants li ngħatat kull waħda minn dawn il-kumpaniji u liema kienu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi id-definizzjoni ta’ ‘rilokazzjoni’ hija wiesa’, u għalhekk ngħati xi interpretazzjonijiet li l-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks Ltd jużaw għal dan it-terminu: A. Kumpaniji li naqsilhom ix-xogħol u għalhekk kellhom jingħataw fabbrika iżgħar. B. Kumpaniji li kienu f’fabbrika żgħira u kellhom bżonn jespandu. Ta’ min jinnota li dawn in-negozji normalment jew tinbnielhom estensjoni maġenb il-fabbrika eżistenti, jew jieħdu x’imkien viċin biex joperaw minnu ukoll. Però hemm każi bħal dawk tal-Playmobil u t-Trelleborg fejn biex tiġi aġevolata l-espansjoni tan-negozju kellhom jirrilokaw f’żona industrijali oħra. C. Fabbriki li kellhom jiġu rilokati minħabba proġetti oħra bħal Smart City Malta u il-Life Sciences Centre. Fil-każ ta’ tip A, dawn ma jiġux mgħotija għajnuna finanzjarja. Però ġieli kien hemm każi fejn dawn ingħataw kumpens biex jagħmel tajjeb għal assi li jkunu ħallew warajhom, partikolarment installazzjonijiet elettriċi. Fil-każ ta’ tip C il-maġġoranza ta’ dawn il-fabbriki ġew mgħotija kumpens biex ikunu jistgħu jirrilokaw għal żoni oħra. Il-kumpens jiġi negozjat fuq bażi individwali u ivarja skont id-daqs tal-kumpanija, l-impjieg, l-istat finanzjarju tan-negozju, il-viabilita’ kummerċjali, l-istat tal-fabbrika mogħtija u fatturi oħrajn. Mill-2004 sal-lum, kien hemm 74 rilokazzjoni. Minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità u sensittività kummerċjali l-ammont tal-kumpens ma jistgħax jingħata.. Fil-każi imsemmija, fabbriki, huts u artijiet żgħar ħafna bħal dawk ta’ Ta’ Qali u Hal Luqa huma esklużi mill-ammonti.

Self long term u short term — exposure

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ x’kien l-exposure ta’ Malta fl-1 ta’ April 2010 fir-rigward ta’ self, long term u short term, ma’ barra u lokalment, u bl-istess mod, l-exposure fir-rigward ta’ garanziji mogħtija sa dik id-data, kemm ma’ barra u kemm lokalment?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26614.

Exposure fuq self long term u short term

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ x’kien l-exposure ta’ Malta fl-1 ta’ Jannar 2011 fir-rigward ta’ self, long term u short term, ma’ barra u lokalment, u bl-istess mod, l-exposure fir-rigward ta’ garanziji mogħtija sa dik id-data, kemm ma’ barra u kemm lokalment? F’dak li għandu x’jaqsam mal-garanziji ma’ barra jista’ jindika kemm mill-ammonti huma riferibbli separatament għall-każ tal-Greċja, u dwar dan tal-aħħar jindika l-iskadenza/skadenzi ta’ kif skattat il-garanzija?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26615.

self long term u short term — breakdown ta' exposure

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ x’kien l-exposure ta’ Malta fl-1 ta’ April 2011 fir-rigward ta’ self, long term u short term, ma’ barra u lokalment, u bl-istess mod, l-exposure fir-rigward ta’ garanziji mogħtija sa dik id-data, kemm ma’ barra u kemm lokalment? F’dak li għandu x’jaqsam mal-garanziji ma’ barra jista’ jindika kemm mill-ammonti huma referibbli separatament għall-każijiet tal-Greċja u tal-Irlanda, u dwar dan tal-aħħar jindika l-iskadenza/skadenzi ta’ kif skattat/w il-garanzija/i?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26616.

garanziji fuq self

Question

Jista’ l-Ministru jagħti kalendarju indikattiv għal kif għandhom jiskattaw matul l-erba’ xhur April-Lulju 2011 l-garanziji li Malta se tkun qed toħroġ fuq self mgħoddi lill-Greċja, l-Irlanda u l-Portugal fil-kuntest tal-pakketti ta’ salvataġġ finanzjarju organizzati għal dawn il-pajjiżi miż-żona tal-ewro?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26617.

Self long term u short term — exposure

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26280 u jagħti breakdown ta’ x’kien l-exposure ta’ Malta fl-1 ta’ April 2010 fir-rigward ta’ self, long term u short term, ma’ barra u lokalment, u bl-istess mod, l-exposure fir-rigward ta’ garanziji mogħtija sa dik id-data, kemm ma’ barra u kemm lokalment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, fuq il-bażi taċ-ċifri kif ippubblikati fl-NSO News Release numru 079/2010 u li ġiet riproċessata għall-fini ta’ din il-mistoqsija, l-exposure tas-self long-term ma’ barra fl-1 t’April 2010 kien ta’ €100,554,000. L-exposure ta’ self long-term lokali għall-istess perjodu kien ta’ €3,315,739,000. Għall-istess perjodu, ma kienx hemm exposure għas-self short-term ma’ barra filwaqt li kien hemm exposure ta’ €536,350,000 f’self short-term lokali. L- exposure għall-garanziji ma’ barra u dawk lokali qegħdin jiġu vverifikati minn National Audit Office u għad iridu jiġu ppubblikati fir-rapport finanzjarju għas-sena 2010.

Exposure fuq self long term u short term

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26281 u jagħti breakdown ta’ x’kien l-exposure ta’ Malta fl-1 ta’ Jannar 2011 fir-rigward ta’ self, long term u short term, ma’ barra u lokalment, u bl-istess mod, l-exposure fir-rigward ta’ garanziji mogħtija sa dik id-data, kemm ma’ barra u kemm lokalment? F’dak li għandu x’jaqsam mal-garanziji ma’ barra jista’ jindika kemm mill-ammonti huma riferibbli separatament għall-każ tal-Greċja, u dwar dan tal-aħħar jindika l-iskadenza/skadenzi ta’ kif skattat il-garanzija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, fuq il-bażi taċ-ċifri kif ippubblikati fl-NSO News Release 061/2011 u kif ġew riproċessati għall-fini ta’ din il-mistoqsija, fl-1 ta’ Jannar 2011, l-exposure għas-self long-term ma’ barra kien ta’ €87,701,000 u dak għas-self long-term lokali kien ta’ €3,665,032,000. Fl-istess data, ma kienx hemm exposure għal self short-term ma’ barra filwaqt li l-exposure ghas-self short-term lokali kien ta’ €380,558,000. Il-garanziji mogħtija sal-1 ta’ Jannar 2011, kemm ma’ barra kif ukoll lokali, għad iridu jiġu vverifikati mill-Awditur Ġenerali qabel ma jiġu ppubblikati. L-ammont misluf lill-Greċja separatament sal-1 ta’ Jannar 2011, kien ta’ €19,769,652. Dan l-ammont totali ġie misluf hekk: fit-18 ta’ Mejju 2010 ġew mislufa €14,777,260.69 filwaqt li fit-13 ta’ Settembru 2010, ġew mislufa €4,992,391.29 oħra.