Tista' l-Ministru tgħid x'sar fl-2010 u din is-sena s'issa fuq kampanja ta' reklamar t'Għawdex bħala destinazzjoni unika għall-għaddasa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li fl-2010 il-Ministeru ffoka fuq reklamar ġenerali li kien jittratta wkoll dan il-qasam, din is-sena l-Ministeru bħala parti mill-pjan t'azzjoni għal Eko-Għawdex 2010-2012 iffoka fuq sensiela ta' proġetti li jirreklamaw lil Għawdex u Kemmuna bħala destinazzjoni distinta fil-qasam tad-diving.
Kemm fuq livell rikreattiv kif ukoll dak tekniku, saru proġetti ta' promozzjoni mal-Plongee fi Franza, mal-Unterwasser u t-Taucher.Net, għas-suq fil-Ġermanja, kif ukoll kampanja intensiva ta' reklamar fuq il-medja fir-Renju Unit.
Qed isir ukoll xogħol fuq filmati qosra relatati mal-qasam tad-diving biex dawn ikunu jistgħu jintużaw bħala għodda importanti għar-reklamar ta' Għawdex bħala destinazzjoni distinta f'din in-niċċa partikolari.
Qasam Industrija tax-Xewkija — ismijiet tal-kumpaniji li joperaw
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-kumpaniji li hemm joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija? Jista' jgħid x'inhu l-ġeneru tal-operat tagħhom? Jista' jgħid meta bdew joperaw f'dan il-qasam industrijali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29062, 22673 u 24168 u jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2010? Fiex kienet tikkonsisti n-nefqa f’Għawdex ta’ kull sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Avolja x-xogħol prinċipali tal-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu huwa li tirreklama il-gżejjer Maltin lil hinn minn xtutna, minn dejjem irriservat ’budget’ żgħir li jiġi investit fl-iżvilupp tal-prodott. Dan tagħmlu sabiex tipprova tagħti b’eżempju dak li tippriedka fuq l-importanza tal-prodott fl-industrija tat-turiżmu.
Fi snin preċedenti l-Awtorità kellha skemi ta’ għajnuna finanzjarja zgħira (micro co-funding) sabiex tgħin lil Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet Non-Governattivi sabiex ikunu jistgħu jipplimentaw proġetti ta’ ’
landscaping
’, tisbiħ in ġenerali fil-lokalità, progetti ta’ restawr u żvilupp ta’ attrazzjonijiet turistici. Bl-introduzzjoni tal-fondi mill-Unjoni Ewropeja, dawn l-iskemi naqsu għaliex dawn l-istess aġenziji bdew imorru għal applikazzjonijiet fejn l-ammont ta’ fondi huwa wieħed ferm akbar.
In-nefqa f’proġetti ta’ natura kapitali tal-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2010 kienet kif hu spjegat f’tabella ‘A’ li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Filwaqt li n-nefqa f’proġetti ta’ natura kapitali tal-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu f’Għawdex ta’ kull sena kienet kif tidher f’tabella ‘B’ li wkoll qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dawn il-figuri ma jinkludux nefqa ta’ natura rikorrenti li l-Awtorità għamlet fl-interventi tagħha ta’ natura ta’
’Tourism Zone Management
’ u
’Beach Management’
fejn l-MTA kienet u għadha tonfoq flus f’għajnuna lil Kunsilli Lokali sabiex setgħu jiffaċjaw aħjar l-influss ta’ viżitaturi fil-lokalità tagħhom u fil-ħlas ta’ servizzi ta’
’life saving
’ f’bajjiet Għawdxin.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29061, tista' l-Ministru tgħid għal liema proġetti eċċ. huma kommessi l-€3,729,031 taħt Vot Kapitali Nru 7239 Eko-Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-proġetti jinkludu t-tiswir taċ-Ċentru tal-Agrikoltura fil-Farm Sperimentali tal-Gvern, tindif tal-widien, xiri ta' siġar għall-afforestazzjoni, kampanja ta' marketing għal Għawdex bħala destinazzjoni għall-Għadds, proġett ta' afforestazzjoni u ġnien ġdid f'Marsalforn, xogħlijiet mill-ELC, proġett ta' Edukazzjoni u awareness dwar prattiċi ambjentali, l-finanzjament tal-iskemi għall-proġetti marbuta ma' Eko-Għawdex mill-Kunsilli Lokali u l-NGOs, l-iskema Arti Pubblika f'Għawdex, it-tqassim ta' water saving kit, stallazzjoni ġdida u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-energy audits imwettqa din is-sena fuq il-binjiet tal-Gvern.
Malta Enterprise — tkabbir ta' kumpaniji f'Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29057 u jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-Malta Enterprise fl-2010 u din is-sena sal-lum biex tkabbar l-impriża tagħha f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu jew ta’ servizzi li jagħtu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex għat-tkabbir tal-operat tagħhom? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tathom il-Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skont is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies qabel kabbru l-operat tagħhom u kemm qed iħaddmu llum? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Malta Enterprise approvat proġett wieħed lokali għall-espansjoni f’Għawdex minn fondi lokali, filwaqt li 16-il kumpanija lokali investew fin-negozju tagħhom permezz ta’ fondi Ewropej. L-investiment totali hu ta’ €1 miljun. L-investimenti saru fl-oqsma tal-innovazzjoni, ħarsien tal-ambjent u enerġija alternattiva. Il-kumpaniji joperaw fis-setturi artiġjanali, ikel, għamara, turiżmu, u infrastruttura. Taħt l-iskema Microinvest 151 negozju Għawdxi investew €1.4 miljun fl-operat tagħhom.
L-assistenza mogħtija mill-Malta Enterprise kienet ta’ natura finanzjarja, krediti fuq taxxa u art minn fejn joperaw. Il-pjan ta’ espansjoni huwa mifrux fuq 3 snin u għalhekk informazzjoni dwar kemm żdied l-impjieg tkun disponibbli meta il-proġett jitlesta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29050 u jgħid kemm kien hemm investiment barrani dirett f’Għawdex fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Marzu, fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar fl-2010 u din is-sena s'issa biex jinħoloq kumpless f'Għawdex biex jintuża bħala eco-friendly business park bl-infrastruttura neċessarja biex tiġbed lejn Għawdex kumpaniji fis-servizz finanzjarji fl-ICT u teknoloġija oħra relatata?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ma għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru W287.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali f’Għawdex u f’Malta separatement ta’ Fondi Ewropej u jgħid din in-nefqa f’Għawdex kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali ta’ fondi Ewropej fl-2010 u din is-sena sa Settembru? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont il-Programm Baġitarju tal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarrraf lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-ċifri mitluba huma kif spjegat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Għawdex — kumpaniji li twaqqfu b'għajnuna finanzjarja jew fiskali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpaniji twaqqfu f’Għawdex fl-2010 u din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru b’għajnuna finanzjarja jew fiskali tal-Malta Enterprise? Jista’ jgħid x’tip ta’ għajnuna ngħatat kull kumpanija u kemm hija l-għajnuna li nagħtat? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29059.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fl-2010 u din is-sena sal-lum fuq inċentivi mill-Malta Enterprise għall-industrija f’Għawdex? Għal liema sena/snin ta’ operat kienet in-nefqa? Kemm kumpaniji bbenefikaw minn dawn l-inċentivi? Kemm hemm għotjiet li huma approvati u għadhom ma tħallsux? Għal liema snin huma u kemm hu l-ammont għal kull sena? Meta huwa mistenni li jitħallsu? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont l-iskema ta’ għajnuna? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq inċentivi għal Għawdex mill-2010 sal-lum kienet ta €2.7 miljun għal 247 proġett, filwaqt li dik għal Malta kienet ta’ €27.6 miljun għal 1,323 proġett.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, rapport dettaljat tal-assistenza kollha li ingħatat mill-Malta Enterprise sena b’sena lill-kumpaniji Maltin u Għawdxin; kif ukoll rapport konċiż tal-għotjiet pendenti li huma mistennija li jitħallsu sal-aħħar tas-sena.
Għawdex — Malta Enterprise - skemi t'għajnuna lill-industriji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-iskemi ta' għajnuna tal-Malta Enterprise li kienu/huma speċifkament għal Għawdex fl-2010 u din is-sena sal-lum? Kemm kienu u x'kienu l-benefiċjarji ta' dawn l-iskemi? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi? Kemm minnhom kienu fondi Ewropej?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li kif għidna kemm il-darba l-iskemi kollha tal-Malta Enterprise jistgħu jibbenefikaw minnhom kemm Maltin kif ukoll Għawdxin. Barra minn hekk, intrapriżi Għawdxin jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-Gozo Transport Grants kif ukoll għandom bonus ta’ 20% aktar taħt l-iskema Microinvest. Taħt l-iskema CREATE, intrapriżi fil-qasam tal-kreativita li jillokaw in-negozju tagħhom ġo żona identifikata ġewwa ir-Rabat Għawdex jinghataw kreditu ta taxxa ta' sittin fil-mija. Dawn it-tlett skemi huma imħallsa minn fondi lokali. Għad-dettalji dwar kull skema nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-dokument anness ma risposta għal PQ 29054.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-Malta Enterprise fl-2010 u din is-sena sal-lum biex twaqqaf impriża f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu jew ta’ servizzi li jagħtu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex fl-istess perjodu? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tathom il-Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skont is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies meta bdew joperaw meta sar il-ftehim mal-Malta Enterprise u kemm qed iħaddmu llum? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29059.
kuntratt mogħti t lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata taħt il-proċedura negozjata għall-provista ta’ servizzi, ħwejjeġ (goods) u xogħlijiet lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku separatament f’Għawdex fl-2010 u sa Settembru din is-sena? X’kienu s-servizzi, xogħlijiet,eċċ provduti f’kull każ? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Gazzetta tal-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29089 u ċioe: Peress li r-riżoluzzjoni mgħoddija mill-Parlament dwar it-trasferiment tal-propjetà tat-Tarzna ta’ Bormla lill-kumpanija Palumbo tinkludi pjan li jorbot lil Palumbo jinvesti €5.45 miljun fl-ewwel sena u €5.3 miljun fit-tieni sena fit-tarzna ta’ Bormla, jista’ l-Ministru jinforma:
a) kemm attwalment hija n-nefqa totali sal-lum minn Palumbo f’investiment fit-tarzna ta’ Bormla;
b) liema huma l-proġetti attwali ta’ investiment minn Palumbo u kemm intnefaq s'issa fuq kull wieħed minnhom;
ċ) b’liema mod il-gvern qiegħed jassigura li l-impenn ta’ Palumbo li jinvesti qed jitwettaq skont il-ftehim; u
d) jekk Palumbo qiegħed jagħmel xi spejjeż għall-manteniment tal-impjant, dawn l-ispejjeż qed jiġu mgħoddija bħala investiment?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 28500 fejn il-Kamra ġiet infurmata bil-preparamenti li qed isiru biex isir eżerċizzju ta’ verifika wara li l-kumpanija Palumbo tkun iffinaliżżat u għalqet il-kotba tagħha. Huwa maħsub li dan l-eżerċizzju se jibda fil-ġranet li ġejjin. Wara dan ikunu jistgħu jingħataw dettalji kkonfermati fuq in-nefqa totali sal-lum, u l-proġetti attwali u n-nefqa relevanti.
Il-Gvern se jassigura li l-kumpanija Palumbo żżomm l-impenn tagħha skont il-ftehim billi jniedi eżerċizzji simili ta’ verifika skont kemm hemm bżonn imma għall-anqas kull darba li l-kumpanija tagħlaq il-kotba tagħha fuq bażi annwali.
Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ spejjeż ta’ manteniment, jiġu applikati l-
International Financial Reporting Standards
relevanti biex jiġi determinat jekk l-ispejjeż taħt skrutinju humiex ta’ natura kapitali jew ta’ natura rikorrenti.
Peress li r-riżoluzzjoni mgħoddija mill-Parlament dwar it-trasferiment tal-propjetà tat-Tarzna ta’ Bormla lill-kumpanija Palumbo tinkludi pjan li jorbot lil Palumbo jinvesti €5.45 miljun fl-ewwel sena u €5.3 miljun fit-tieni sena fit-tarzna ta’ Bormla, jista’ l-Ministru jinforma:
a) kemm attwalment hija n-nefqa totali sal-lum minn Palumbo f’investiment fit-tarzna ta’ Bormla;
b) liema huma l-proġetti attwali ta’ investiment minn Palumbo u kemm intnefaq s'issa fuq kull wieħed minnhom;
ċ) b’liema mod il-gvern qiegħed jassigura li l-impenn ta’ Palumbo li jinvesti qed jitwettaq skont il-ftehim; u
d) jekk Palumbo qiegħed jagħmel xi spejjeż għall-manteniment tal-impjant, dawn l-ispejjeż qed jiġu mgħoddija bħala investiment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proġett il-Malta Enterprise approvat matul l-2010 u sa Settembru din is-sena f’Malta u f’Għawdex rispettivament? Kemm mistenni jkun l-investiment tagħhom? Kemm minn dan l-investiment huwa barrani? Jista’ jgħid ukoll kemm hu mistenni li jħaddmu nies dawn il-proġetti, dejjem għal Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-2010 sal-lum f’Għawdex ġew approvati proġetti biex jitwaqqfu 3 kumpaniji ġodda ta’ investiment lokali. L-assistenza mitluba u mgħotija kienet l-art minn fejn joperaw. L-investiment totali huwa ta’ €60,000. L-impjieg mistenni huwa ta’ 8 impjegati sa l-aħħar tal-ewwel 3 snin tal-operat tagħhom.
F’Malta ġew imwaqqfa 37 kumpanija ġdida (8 minnhom investiment barrani) li joperaw f’setturi varji fosthom elettronika, riċerka, ICT, għamara, ikel, servizzi ta’ tindif, avjazzjoni, saħħa u ambjent. L-investiment totali huwa €6.9 miljuni. Dawn ser ikunu qed iħaddmu 470 impjegat sal-aħħar tal-ewwel 3 snin tal-operat tagħhom.
kuntratt mogħti t lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata taħt il-proċedura negozjata għall-provista ta’ servizzi, ħwejjeġ (goods) u xogħlijiet lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku separatament f’Għawdex fl-2010 u sa Settembru din is-sena? X’kienu s-servizzi, xogħlijiet,eċċ provduti f’kull każ? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Gazzetta tal-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu din is-sena taħt kull standard item of expenditure tal-Vot rikorrenti u tal-Vot kapitali tal-Ministeru tagħha? Meta saret in-nefqa relattiva?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn l-ammonti ma jinkludux il-pagamenti li saru mill-1 ta' Jannar 2011 s'issa.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22673 u 24168 u jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2010? Fiex kienet tikkonsisti n-nefqa f’Għawdex ta’ kull sena?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u kemm kien is-self mill-banek f’Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2010, fl-aħħar ta’ Marzu 2011, fl-aħħar ta’ Ġunju 2011 u fl-aħħar ta’ Settembru 2011? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati? Jista’ jagħti tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.