Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #32659 Sitting 456 2012-03-13 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Politika reġjonali għall-iżvilupp soċjali t'Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp soċjali ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tat il-Ministru t’Għawdex fil-mistoqsija parlamentari numru 32656.
Leg 11 PQ #32660 Sitting 456 2012-03-13 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Politika reġjonali għall-iżvilupp tas-settur turistiku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp tas-settur turistiku ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Intrepellant li f'dan is-settur tiġi segwita l-politika nazzjonali tal-Gvern li tiġi aġġornata b'mod kontinwu permezz anki ta' konsultazzjoni mal-entitajiet kollha nvoluti. Għal dan l-iskop nixtieq nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-politika nazzjonali tat-Turiżmu li nħarġet għall-konsultazzjoni fil-ġimgħat li għaddew u li fiha sezzjoni dwar Għawdex. Barra minn hekk il-Pjan t'Azzjoni Eko-Għawdex 2010-2012 jindirizza wkoll il-qasam turistiku. Dan il-pjan ġie mfassal mill-Ministeru għal Għawdex wara konsultazzjoni pubblika fl-2009. L-implimentazzjoni tiegħu hija responsabbiltà tal-istess Ministeru.
Leg 11 PQ #32661 Sitting 456 2012-03-13 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Politika reġjonali għall-iżvilupp tas-settur turistiku ta' Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp tas-settur turistiku ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tat il-Ministru t’Għawdex fil-mistoqsija parlamentari numru 32660.

talba li għamlet il-Kummissjoni Ewropea għal informazzjoni dwar miżuri li jirrigwardaw in-nefqa pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-komunikazzjoni jew komunikazzjonijiet mibgħuta mill-Gvern Malti lill-Kummisssjoni Ewropea rigward it-talba li għamlet il-kummissjoni għal informazzjoni dwar miżuri li jirrigwardaw in-nefqa pubblika li ttieħdu mill-gvern fil-baġit għas-sena 2012 u fis-6 ta’ Jannar 2012, liema komunikazzjonijiet seħħew bejn id-data li fiha tħabbar il-baġit għas-sena 2012 u s-6 ta’ Jannar 2012? Jista’ jpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-komunikazzjonijiet kollha mibgħuta lill-Gvern Malti fuq l-istess suġġett mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea minn meta saret it-talba oriġinali tal-Kummissjoni Ewropea sa meta ħarġet il-komunikat tagħha fejn qalet li ma kenitx se tiftaħ il-proċedura ta’ excess deficit fir-rigward ta’ Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31406.

talba li għamlet il-Kummissjoni Ewropea għal informazzjoni dwar miżuri li jirrigwardaw in-nefqa pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31372 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-komunikazzjoni jew komunikazzjonijiet mibgħuta mill-Gvern Malti lill-Kummisssjoni Ewropea rigward it-talba li għamlet il-kummissjoni għal informazzjoni dwar miżuri li jirrigwardaw in-nefqa pubblika li ttieħdu mill-gvern fil-baġit għas-sena 2012 u fis-6 ta’ Jannar 2012, liema komunikazzjonijiet seħħew bejn id-data li fiha tħabbar il-baġit għas-sena 2012 u s-6 ta’ Jannar 2012? Jista’ jpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-komunikazzjonijiet kollha mibgħuta lill-Gvern Malti fuq l-istess suġġett mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea minn meta saret it-talba oriġinali tal-Kummissjoni Ewropea sa meta ħarġet il-komunikat tagħha fejn qalet li ma kenitx se tiftaħ il-proċedura ta’ excess deficit fir-rigward ta’ Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn id-dokumenti:- (i) Ittra ddatata 11 ta’ Novembru 2011, mingħand il-Vici President tal-Kummissjoni Ewropea, indirizzata lill Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment; (ii) Tabella li ġiet ikkomunikata mill-Gvern Malti lill-Kummissjoni Ewropea f’Jannar tal-2012 u li tikkonċerna misuri li jirrigwardjaw n-nefqa pubblika u (iii) Ittra ddatata 11 ta’ Jannar 2012 mingħand il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, indirizzata lill Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.

talba li għamlet il-Kummissjoni Ewropea għal informazzjoni dwar miżuri li jirrigwardaw in-nefqa pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-komunikazzjoni jew komunikazzjonijiet mibgħuta mill-Gvern Malti lill-Kummisssjoni Ewropea rigward it-talba li għamlet il-kummissjoni għal informazzjoni dwar miżuri li jirrigwardaw in-nefqa pubblika li ttieħdu mill-gvern fil-baġit għas-sena 2012 u fis-6 ta’ Jannar 2012, liema komunikazzjonijiet seħħew bejn id-data li fiha tħabbar il-baġit għas-sena 2012 u s-6 ta’ Jannar 2012? Jista’ jpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-komunikazzjonijiet kollha mibgħuta lill-Gvern Malti fuq l-istess suġġett mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea minn meta saret it-talba oriġinali tal-Kummissjoni Ewropea sa meta ħarġet il-komunikat tagħha fejn qalet li ma kenitx se tiftaħ il-proċedura ta’ excess deficit fir-rigward ta’ Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Qasam Industrija tax-Xewkija — ismijiet tal-kumpaniji li joperaw

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-kumpaniji li hemm joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija? Jista' jgħid x'inhu l-ġeneru tal-operat tagħhom? Jista' jgħid meta bdew joperaw f'dan il-qasam industrijali?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija hemm 33 kumpanija joperaw. Id-dettalji mitluba jinsabu fil-kuntratti kummerċjali li jsiru individwalment mal-kumpaniji u għalhekk mhux prudenti li jingħataw mingħajr il-permess tal-parti l-oħra tal-kuntratt.

NSO — metoloġija fuq labour supply

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li għadha qed tintuża l-istess metodoloġija bħal qabel mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u fl-economic survery dwar stimi ta' gainfully employed u nies jirreġistraw għax-xogħol li flimkien jammontaw għal-labour supply? Jista' jiċċara jekk il-gainfully employed għadhomx jinkludu biss dawk li għandhom impjieg full-time?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Labour supply

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30770 dwar il-labour supply fejn il-Ministru ddefinixxiet il-labour supply bħala: labour supply = nies li jaħdmu full-time + nies li jaħdmu part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom + nies li jirreġistraw għax-xogħol, tista' l-Ministru tikkonferma li din id-definizzjoni tal-labour supply hi differenti minn dik mogħtija mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u mill-economic survery li jillimtaw il-labour supply għall-ħaddiema full-time + l-irreġistrati bħala qegħda? Fuq liema bażi ddaħħlet din id-definizzjoni ġdida? Fejn u għal liema skopijiet qed tintuża? Tista' tgħid hijiex konxja li din id-definizzjoni ġdida tikkontradixxi l-metodoloġija tal-Organisation for Economic Cooperation and Development (OECD) dwar kif ħaddiema part-time jiġu inklużi mal-gainfully employed u għalhekk fil-labour supply?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 30770, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tat id-definizzjoni tal-Labour Supply kif bbażata fuq il-metodoloġija tal-Labour Force Survey li jinkludi n-nies kollha li qegħdin jaħdmu u dawk qegħda. Il-Labour Force Survey toħroġ ukoll mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u hija bbażata fuq metodoloġija tal-Eurostat.

Għawdex — investiment barrani dirett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm investiment barrani dirett f’Għawdex fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Marzu, fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30081.

Malta Enterprise — tkabbir ta' kumpaniji f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-Malta Enterprise fl-2010 u din is-sena sal-lum biex tkabbar l-impriża tagħha f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu jew ta’ servizzi li jagħtu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex għat-tkabbir tal-operat tagħhom? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tathom il-Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skont is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies qabel kabbru l-operat tagħhom u kemm qed iħaddmu llum? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30208.

informazzjoni dwar intrapriżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tas-sena 2010 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena u li kienu jħaddmu (i) anqas minn 10 ħaddiema; (ii) minn 10 sa 49 ħaddiem; (iii) minn 50 sa 249 ħaddiem u (iv) minn 250 ħaddiem ‘il fuq?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29689.

Kumpanija Palumba — Trasferiment tal-proprjetà

Question

Peress li r-riżoluzzjoni mgħoddija mill-Parlament dwar it-trasferiment tal-propjetà tat-Tarzna ta’ Bormla lill-kumpanija Palumbo tinkludi pjan li jorbot lil Palumbo jinvesti €5.45 miljun fl-ewwel sena u €5.3 miljun fit-tieni sena fit-tarzna ta’ Bormla, jista’ l-Ministru jinforma: a) kemm attwalment hija n-nefqa totali sal-lum minn Palumbo f’investiment fit-tarzna ta’ Bormla; b) liema huma l-proġetti attwali ta’ investiment minn Palumbo u kemm intnefaq s'issa fuq kull wieħed minnhom; ċ) b’liema mod il-gvern qiegħed jassigura li l-impenn ta’ Palumbo li jinvesti qed jitwettaq skont il-ftehim; u d) jekk Palumbo qiegħed jagħmel xi spejjeż għall-manteniment tal-impjant, dawn l-ispejjeż qed jiġu mgħoddija bħala investiment?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30711.

Għawdex — investiment barrani dirett

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29050 u jgħid kemm kien hemm investiment barrani dirett f’Għawdex fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Marzu, fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mitoqsija Parlamentari numru 30081.

tariffi għola ta' posta għal min jixtri minn fuq il-websajts

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-konsumatur Malti, meta jkun qed jixtri minn fuq websajts Ewropej, jiġi ċċarġjat bħala spejjeż ta’ espedizzjoni bil-posta jew DHL, skont kategorija ta’ pajjiżi li tinkludi membri oħra tal-Unjoni Ewropea bħal Ċipru, l-Ungerija u s-Slovenja, b’tariffi li jiġu fost l-ogħla mill-kategoriji kollha – bil-wisq aktar minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea (li ġeneralment jinqasmu f’żewġ kategoriji differenti), inkluż l-Italja sa Sqallija, u fil-fatt b’tariffi ogħla milli huma għall-Istati Uniti u għall-Awstralja? Hemm xi ftehimiet tal-posta internazzjonali jew arranġamenti oħra li jispjegaw din l-anomalija?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-materja in kwistjoni hija waħda ta' natura purament kummerċjali bejn il-partijiet involuti.
Leg 11 PQ #30211 Sitting 411 2011-11-22 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Pjan għad-diversifikazzjoni ogħla tal-impjiegi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar fl-2010 u din is-sena s'issa biex jitħejja pjan għad-diversifiazzjoni ogħla tal-impjiegi f'Għawdex? Jekk sar, tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjan għad-diversifikazzjoni ogħla tal-impjiegi f’Għawdex huwa inkorporat fl-istrateġija tar-riżorsi umani għal Għawdex. Nirreferi għalhekk lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 29391.
Leg 11 PQ #30212 Sitting 411 2011-11-22 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

One stop shops

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar fl-2010 u din is-sena s'issa biex jitwaqqaf one-stop shop f'Għawdex fejn investituri prospettivi u uffiċjali ta' kumpaniji jkunu jistgħu jiltaqgħu ma' regolaturi, ma' uffiċjali għall-impjiegi u taħriġ u ma' uffiċjali tal-Malta Enterprise?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-inizjattiva taqa' taħt ir-responsabilità tal-Malta Enterprise u allura taqa' wkoll taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment. Madankollu rappreżentanti tal-Ministeru għal Għawdex kienu nvoluti u attendew għal diversi laqgħat dwar dan is-suġġett u flimkien mal-Malta Enterprise ġie identifikat post ċentrali minn fejn jista' jiġi mħaddem dan il-one-stop shop.
Leg 11 PQ #30213 Sitting 411 2011-11-22 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Skemi eżistenti favur l-investiment

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi skemi ġodda nħolqu u liema skemi eżistenti ġew modifikati fl-2010 u din is-sena s'issa biex ikun hemm diskriminazzjoni pożittiva favur l-investiment f'Għawdex? Tista' tgħid fiex jikkonsistu l-iskemi l-ġodda u x'inhuma l-modifiki li saru għal skemi eżistenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz tal-Micro Invest Scheme sidien ta' negozji żgħar u medji meta jinvestu f'Għawdex jistgħu jirkupraw sa massimu ta' sittin fil-mija (60%) tal-investiment li għamlu f'income tax credits. L-istess rata applikabbli f'Malta hi ta' erbgħin fil-mija (40%) tal-investiment li dawn l-entitajiet ikunu għamlu.
Leg 11 PQ #30214 Sitting 411 2011-11-22 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Persuni gradwati — xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-2010 u din is-sena s'issa sarx xi studju biex jiġi stabbilit fejn qed jaħdmu l-gradwati Għawdxin u biex jistabbilixxi x'ħiliet u riżorsi għandhom x'joffru biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp t'Għawdex? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istudju?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudju msemmi jifforma parti essenzjali mill-istudju relatat mal-istrateġija tar-riżorsi umani għal Għawdex. Nirreferi għalhekk lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 29391.
Leg 11 PQ #30215 Sitting 411 2011-11-22 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Livell ta' konnettività bl-IT — sapport

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-2010 u din is-sena sarx xi studju biex jiġi stabbilit il-livell ta' konnettività bl-IT biex f'Għawdex ikun hemm is-sapport meħtieġ għal-livell b'saħħtu f'dan is-settur? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istudju?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.