B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32672 dwar studju biex jiġi stabbilit il-livell ta' konnettività bl-IT biex f'Għawdex ikun hemm is-sapport meħtieġ għal livell b'saħħtu f'dan is-settur u fejn fit-tweġiba tiegħu l-Ministru talabni nindika jekk kontx qed nirreferi għall-persentaġġ ta' konnettività fid-djar jew għall-qawwa tal-konnettività f'Għawdex, nirreferi lill-Ministru għad-dokument ta’ Eko-Għawdex paġna 12 Sezzjoni 2.1 Ekonomija fejn il-Gvern qed jipproponi li “assess the level of the IT connectivity required by Gozo to support a healthy level of activity in this sector” u peress li kont għamiltha lill-Ministru għal Għawdex li minn naħa tagħha talbitni nagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, jista’ l-Ministru allura jara għalxiex qed tirreferi din il-proposta u jagħtini t-tagħrif mitlub fl-imsemmija mistoqsija?
Response (GATT, AUSTIN)
Nista nikkonferma li minn naħa tal-MCA ma sarux studji ta’ dan it-tip fl-2010 u fl-2011.
Madanakollu, nista nghid li għalkemm il-livell ta' konnettivita’ bejn Malta u Għawdex hu sufficienti għall-bżonnijiet tal-lum, l-avvanzi fit-teknoloġija, u l-miri tal-gvern fir-rigward tal-livell ta użu tal-ICT, kemm mill-individwi kif ukoll mill-intrapriżi għall 2020, jirrikjedu li isir kull sforz biex jiġu stallati aktar ‘
cables’
bejn Malta u Għawdex.
Fir-rigward tal-aspetti ta’ konnettività għall-utenti, illum kull resident f’Malta u Għawdex għandu dritt għall-konnessjoni ta’ mhux inqas minn 4Mbps (f’każijieti eċċezzjonali 2Mbps).
F’Għawdex ukoll l-MCA qed topera tletin (30) Wi-Fi ‘hotspot’ b’xejn, waqt li ġie stabbilit ċentru fix-Xewkija operat bejn l-MCA u l-ETC li joffri taħriġ issussidjat fl-użu tal-informatika.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fil-qari li qed isir tal-meters tad-dawl u l-ilma fid-djar, l-konsumatur f’ħafna każijiet mhux qed jingħata kopja tar-reading li jkun qiegħed jittieħed? Ma jidhirlux li dan in-nuqqas qiegħed ikompli jimmina l-integrità tal-proċess li bih il-households qed jiġu ċċarġjati għall-konsum tagħhom ta’ dawl u ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm xi meter readers li għandhom il-printers bil-ħsara w il-konsumatur qiegħed jingħata irċevuta, b’mod manwali.
Mhux kull konsumatur jaċċetta din il-kopja tal-qari manwali u għaldaqstant, il-
meter reader
ma jkollux għażla oħra ħlief dik li ma jagħtix il-qari lil dawk li jirrifjutaw, minħabba li jinsistu li jkunu jridu waħda maħruġa mill-
Hand Held Computer
.
Dan ma jfissirx illi l-konsumatur jista jiġi mġiegħel jħallas aktar, għaliex dan jista jivverifika il-qari ma l-ewwel kont attwali u jqabbel il-qari li jkun ittieħed mill-
meter reader
.
Il-Kumpanija ARMS qegħda fil-proċess finali sabiex jinġieb apparat kollu ġdid għall-
meter readers
u tiġi eliminata darba għal dejjem din il-problema.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fil-qari li qed isir tal-meters tad-dawl u l-ilma fid-djar, l-konsumatur f’ħafna każijiet mhux qed jingħata kopja tar-reading li jkun qiegħed jittieħed? Ma jidhirlux li dan in-nuqqas qiegħed ikompli jimmina l-integrità tal-proċess li bih il-households qed jiġu ċċarġjati għall-konsum tagħhom ta’ dawl u ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm qed iħaddmu nies bejniethom it-33 kumpanija li hemm joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ fl-aħħar ta’ Frar 2012, il-35 kumpaniji li hemm joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija kienu jħaddmu 540 persuna fuq bażi full-time u part-time.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29089 u 29518 u cioè : Peress li r-riżoluzzjoni mgħoddija mill-Parlament dwar it-trasferiment tal-propjetà tat-Tarzna ta’ Bormla lill-kumpanija Palumbo tinkludi pjan li jorbot lil Palumbo jinvesti €5.45 miljun fl-ewwel sena u €5.3 miljun fit-tieni sena fit-tarzna ta’ Bormla, jista’ l-Ministru jinforma:
a) kemm attwalment hija n-nefqa totali sal-lum minn Palumbo f’investiment fit-tarzna ta’ Bormla;
b) liema huma l-proġetti attwali ta’ investiment minn Palumbo u kemm intnefaq s'issa fuq kull wieħed minnhom;
ċ) b’liema mod il-gvern qiegħed jassigura li l-impenn ta’ Palumbo li jinvesti qed jitwettaq skont il-ftehim; u
d) jekk Palumbo qiegħed jagħmel xi spejjeż għall-manteniment tal-impjant, dawn l-ispejjeż hux qed jiġu mgħoddija bħala investiment?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29518.
Politika Reġjonali għall-iżvilupp tas-settur kulturali t'Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp kuturali ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi vvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li se tagħti l-Ministru ta’ Għawdex fil-mistoqsija parlamentari numru 32669.
Politika Reġjonali għall-iżvilupp tas-settur kulturali t'Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp kulturali ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi vvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dan is-settur tiġi segwita l-politika nazzjonali tal-Gvern li tiġi aġġornata b'mod kontinwu permezz anki ta' konsultazzjoni mal-entitajiet kollha nvoluti.
Nixtieq nirreferi għalhekk lill-Onorevoli Interpellant għall-politika nazzjonali tal-Gvern fil-qasam kulturali li ħarġet is-sena l-oħra u li fiha Għawdex jissemma' b'mod speċifiku.
Il-Pjan t'Azzjoni ta' Eko Għawdex 2010-2012 jindirizza wkoll il-qasam kulturali f'Għawdex. Dan il-pjan ġie mfassal mill-Ministeru għal Għawdex wara konsultazzjoni pubblika fl-2009. L-implimentazzjoni tiegħu hija responsabiltá tal-istess Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tas-sena 2010 u fl-aħħar ta’ Ġunju, Settembru u Diċembru 2011 li kienu jħaddmu (i) anqas minn 10 ħaddiema; (ii) minn 10 sa 49 ħaddiem; (iii) minn 50 sa 249 ħaddiem u (iv) minn 250 ħaddiem ‘il fuq?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandu disponibbli n-numru ta’ intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tas-sena 2010. Is-sors huwa l-Business Register. Ta’ min jinnota li dan ir-reġistru huwa kontinwament aġġornat b’ informazzjoni ġdida u għaldaqstant, il-figuri f’din it-tabella huma suġġetti għal aġġornamenti.
Ninsab infurmat ukoll li l-informazzjoni fir-rigward tal-2011 għadha qed tinġabar. Ta’ min jinnota li statistika ta’ din it-tip tkun disponibbli biss fuq bażi annwali.
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda ta-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji b’indirizz tagħhom f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tas-sena 2010 u fl-aħħar ta’ Ġunju, Settembru u Diċembru 2011 li kienu jħaddmu (i) anqas minn 10 ħaddiema; (ii) minn 10 sa 49 ħaddiem; (iii) minn 50 sa 249 ħaddiem u (iv) minn 250 ħaddiem ‘il fuq?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandu disponibbli n-numru ta’ kumpaniji b’indirizz tagħhom f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tas-sena 2010. Is-sors huwa l-Business Register. Ta’ min jinnota li dan ir-reġistru huwa kontinwament aġġornat b’ informazzjoni ġdida u għaldaqstant, il-figuri f’din it-tabella huma suġġetti għal aġġornamenti.
Ninsab infurmat ukoll li l-informazzjoni fir-rigward tal-2011 għadha qed tinġabar. Ta’ min jinnota li statistika ta’ din it-tip tkun disponibbli biss fuq bażi annwali.
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-2010 u fl-2011 sarx xi studju biex jiġi stabbilit il-livell ta' konnettività bl-IT biex f'Għawdex ikun hemm is-sapport meħtieġ għal livell b'saħħtu f'dan is-settur? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istudju?
Response (GATT, AUSTIN)
Napprezza jekk l-Onor. Interpellant jindika jekk hux qed jirreferi għall-persentaġġ ta' konnettività fid-djar jew għall-qawwa tal-konnettività f'Għawdex.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30212 fejn il-Ministru qalet li l-Ministeru tagħha flimkien mal-Malta Enterprise iddentifika post ċentrali minn fejn jista' jiġi mħaddem dan il-one-stop shop, tista' l-Ministru tgħid fejn huwa l-post iddentifikat? Tista’ tgħid jekk dan il-post jistax jibda jintuża immedjatament? Jekk fin-negattiv, tista’ tgħid x’irid isir biex ikun jista’ jibda jintuża? Tista’ tgħid meta huwa mistenni li jkun lest biex jibda jintuża?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-post identifikat jinsab fir-Rabat, Għawdex. Bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet biex dan il-post jiġi ristrutturat u jsiru fih ix-xogħlijiet meħtieġa.
Politika reġjonali għall-iżvilupp ta' intrapriżi żgħar f'Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar f’Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Numru 32656.
Politika Reġjonali għall-Iżvilupp ta' intrapriżi żgħar f'Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar f’Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi vvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tat il-Ministru t’Għawdex fil-mistoqsija parlamentari numru 32656 f’seduta parlamentari numru 456.
Politika Reġjonali għall-Iżvilupp Kummerċjali t'Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp kummerċjali ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Numru 32656.
Politika reġjonali għall-Iżvilupp kummerċjali t'Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp kummerċjali ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tat il-Ministru t’Għawdex fil-mistoqsija parlamentari numru 32656 f’seduta parlamentari numru 456.
Politika reġjonali għall-iżvilupp tas-settur tal-manifattura t'Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp tas-settur tal-manifattura ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Numru 32656.
Politika Reġjonali għall-iżvilupp tas-settur tal-manifattura t'Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp tas-settur tal-manifattura ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tat il-Ministru t’Għawdex fil-mistoqsija parlamentari numru 32656 f’seduta parlamentari numru 456.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp ekonomiku ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-oqsma ekonomiċi u soċjali tiġi segwita l-politika nazzjonali tal-Gvern li tiġi aġġornata b'mod kontinwu permezz ukoll ta' konsultazzjoni wiesgħa mal-entitajiet kollha involuti. Dan l-eżerċizzju jseħħ kull sena bil-pre-budget document. F'dan id-dokument wieħed isib ukoll sezzjoni speċifika fuq Għawdex.
Barra minn hekk il-Pjan t'Azzjoni ta' Eko-Għawdex 2010-2012 jindirizza l-oqsma ekonomiċi, soċjali, ambjentali u kulturali ta' Għawdex. Dan il-pjan ġie mfassal mill-Ministeru għal Għawdex wara konsultazzjoni pubblika fl-2009. L-implimentazzjoni tiegħu hija responsabbiltà tal-istess Ministeru.
Politika reġjonali għall-iżvilupp ekonomiku t'Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp ekonomiku ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tat il-Ministru t’Għawdex fil-mistoqsija parlamentari numru 32656.
Politika reġjonali għall-iżvilupp soċjali t'Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp soċjali ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Numru 32656.