Gozo Regeneration – Investment Aid Scheme — Kumpanniji - trasferiment minn Malta għal Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gozo Regeneration – Investment Aid Scheme tapplikax għal kumpanniji li jittrasferixxu l-operat tagħhom minn Malta għal Għawdex? Jista’ jgħid kemm kumpanniji bbenefikaw minn din l-iskema mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-aħħar ta’ Diċembru 2008? Jista’jagħti l-valur tal-benefiċċju li rċevew, in-numru ta’ ħaddiema li dwarhom ingħata l-benfiċċju u kemm minn dawn il-ħaddiema kienu impjegati ġodda? Jista’ jagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u skond in-natura tan-negozju tal-kumpanniji, eż. manifattura, ICT, call centres, farmaċewtika, eċċ.?
Għawdex — Employment Aid - kumpanniji li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpanniji bbenefikaw mill-iskema ta’ employment aid għal Għawdex mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-aħħar ta’ Diċembru 2008? Jista’ jagħti l-valur tal-benefiċċju li ħadu u n-numru ta’ ħaddiema ġodda li impjegaw? Kemm minn dawk li kienu ngaġġati mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-aħħar ta’ Settermbru 2007 kienu qed jirreġistraw għax-xogħol qabel l-ewwel ta’ Jannar 2007? Kemm minn dawk li kienu ngaġġati minn Ottubru 2007 ‘l hawn kienu qed jirreġistraw qabel Ottubru 2007? Jista’ jagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u skond in-natura tan-negozju tal-kumpanniji?
EU Cohesion Fund u l-EU Structural Funds — Pagamenti fuq proġetti u skemi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5177 dwar pagamenti li saru mill-2004 sal-lum fuq proġetti, skemi, eċċ f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, taħt l-EU Cohesion Fund 2004-2006 u l-EU Structural Funds 2004-2006?
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 5184, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pilot survey li sar dwar in-nefqa tal-Maltin li jqattgħu btala f’Għawdex, kif ukoll kopja tal-istatistika dwar it-turiżmu f’Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5184.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5178 u jgħid x’kien l-ammont ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali li tħallsu lir-residenti ta’ Malta u ta’ Għawdex, kull gżira għaliha, fl-aħħar ta’ kull sena minflok kull kwart tas-sena mill-1999 ‘l hawn u jgħid kif kienu maqsumin f’benefiċċji kontributorji u f’benefiċċji mhux kontributorji u skond in-natura tal-benefiċċju? Jista’ jgħid kemm kienu l-benefiċjarji f’kull każ?
B’referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 4953, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pilot survey li sar dwar in-nefqa tal-Maltin li jqattgħu btala f’Għawdex kif ukoll kopja tal-istatistika dwar it-turiżmu f’Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li peress li r-rapport li talab l-Onor Membru li kien intiż biex jiġbor tagħrif dwar il-turiżmu domestiku f’Għawdex għad irid jiġi diskuss ma’ Eurostat, ma jistax jingħata għax għadu meqjus bħala rapport intern.
Spiża rikorrenti fil-baġit — programmes and initiatives
Question
Jista' l-Ministru jispjega għalxiex jirreferu l-items ta' spiza rikorrenti fil-baġit taħt programmes and initiatives bid-diċitura expenditure reporting schemes?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Item “Expenditure Reporting Schemes” tirreferi għal dawk l-iskemi li l-Gvern iniedi minn żmien għal żmien biex jagħti lura parti mill-ispiża li jkun għamel il-konsumatur. L-Item taf l-oriġini tagħha lill-iskemi tat-tiġijiet u funerali u tintuża wkoll għal skemi oħra li jiġu annunzjati fid-Diskorsi tal-Baġit minn sena għall-oħra.
L-isem ta’ l-Item jintuża billi wieħed ikun qed jirrapporta l-infiq tiegħu li jikkwalifika taħt l-iskema partikulari u li biex jibbenefika jipproduċi l-irċevuta fiskali oriġinali biex, b’hekk, indirettament, ikunu qed isiru kontrolli għal skopijiet ta’ VAT etc.
B’referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 4954, jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm milli l-istatistika dwar investiment barra minn Malta tinżamm separatament ukoll dwar f’Għawdex? Jista' jara li din l-istatistika dwar Għawdex tibda tinżamm?
Response (FENECH, TONIO)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onerevoli Interpellant li l-obbligu li persuni jirrapportaw transazzjonijiet ta’ natura kapitali ma’ kontropartijiet barra minn Malta lill-awtoritajiet, bħal Bank Ċentrali ta’ Malta u bħal Ministeru tal-Finanzi, kif kien isir qabel l-2004 taħt il-liġi tal-kontroll tal-kambju m’għadux fis-seħħ. Fil-fatt, matul dak il-perijodu, il-Bank Ċentrali ta’ Malta kien jiġbor statistika ferm aktar dettaljata, inkluż dettalji fuq l-individwi.
Illum l-awtoritajiet m’għandhomx xi interess speċifiku fl-investiment li jsir minn residenti Maltin u Għawdxin barra minn Malta, ħlief għall-iskop ta’ rappurtaġġ regolari fuq il-pożizzjoni u transazzjonijiet tal-bilanċ tal-pagamenti ta’ Malta.
L-istatistika fuq il-bilanċ tal-pagamenti ta' Malta - fejn wieħed jista’ jara statistika fuq investimenti barra minn Malta - tinġabar mill-Bank Ċentrali ta' Malta (BĊM) u mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fuq bażi ta' kampjun magħżul minn kumpaniji f'Malta u f'Għawdex, waqt li numru ta` kumpaniji finanzjarji jirrappurtaw b'mod aggregat fuq is-settur tal-Households and Individuals. Il-kumpaniji magħżula m'humiex obbligati jirrappurtaw l-istatistika maqsuma bir-reġjuni ta' Malta (magħrufa bhala NUTS 3) , l-ewwelnett minħabba li m'hemmx obbligu internazzjonali li tinġabar din il-klassifikazzjoni, kif ukoll minħabba li, jekk tintalab, din tista` tpoġġi piż żejjed fuq il-kumpaniji li jirrapportaw din l-istatistika
Spiża rikorrenti fil-baġit — programmes and initiatives
Question
Jista' l-Ministru jispjega għalxiex jirreferu l-items ta' spiza rikorrenti fil-baġit taħt programmes and initiatives bid-diċitura expenditure reporting schemes?
B’referenza għal paġna 161 tal-Economic Survey 2008, u t-tabella dwar importazzjoni f’din il-paġna, jista' l-Ministru jindika dwar il-kategorija ta’ importazzjoni ta’ fuel, kemm minn din l-importazzjoni, sena b’sena, ġiet mill-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea u kemm ġiet minn barra l-Unjoni Ewropea għas-snin 2000-2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba kif murija fit-tabella f’pagna 161 tal-Economic Survey 2008 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — Valur miżjud gross
Question
B’referenza għall-Valur Miżjud Gross għas-snin 2004-2007 kif ippubblikat fl-NSO News Release Nru 231/2008, jista’ l-Ministru jagħti dan il-valur maqsum skont il-komponenti tiegħu e.g. dħul mill-impjiegi u qliegħ minn negozju u skont l-industrija (A6) (Tabella Nru 1 tan-News Release)? Jista’ jagħti kemm kien in-numru ta’ impjegati u ta’ self-employed skont l-industrija (Tabella 3 tan-News Release)? Jista’ jagħti dan it-tagħrif (i) dwar valur u (ii) dwar numru ta’ impjiegi (employment), maqsum għal Malta u għal Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Valur Miżjud Gross (VMG) għal Għawdex jinħadem biss mill-Production Approach. Id-dħul mill-impjiegi u l-qliegħ minn negozji huma ż-żewġ komponenti ta’ l-Income Approach. Għaldaqstant il-VMG ma jistax jinqasam b’komponenti mill-Income Approach għax din l-Approach ma tinħadimx għal statistika reġjonali skond il-livell ta’ NUTS III.
In-numru ta’ impjegati u ta’ self-employed skond l-industrija huwa maqsum kif jidher fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni hawn taħt mitluba rigward il-qasam tax-xogħol f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, fl-aħħar ta’ Diċembru ta’ kull sena mill-2000 sal-2007 u fl-aħħar ta’ Settembru 2008:
in-numru ta’ nies (i) jaħdmu għal rashom u (ii) impjegati, (iii) nies qiegħda u (iv) nies inattivi skond il-grupp ta’ l-eta’ tagħhom(15-24, 25-34, 35-44, 45-54, 55-64);
ir-rata ta’ attività tal-popolazzjoni attiva kif ukoll skond il-grupp ta’ l-età tagħhom;
in-numru ta’ nies jaħdmu klassifikati skond l-attività ekonomika; u
id-dħul gross annwali medju tan-nies jaħdmu skond l-attività ekonomika tagħhom?
EU Cohesion Fund u l-EU Structural Funds — Pagamenti fuq proġetti u skemi
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-pagamenti li saru mill-2004 sal-lum fuq proġetti, skemi, eċċ f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, taħt l-EU Cohesion Fund 2004-2006 u l-EU Structural Funds 2004-2006 u jgħid:
x’kien l-ammont ta’ kull pagament, maqsum f’fondi ta’ Malta u fondi tal-EU;
lil min tħallsu u fejn hi r-residenza ta’ min irċieva l-pagament: Malta, Għawdex jew xi pajjiż barrani;
kif kien maqsum kull pagament: xogħlijiet, servizzi, tagħmir, materjal, eċċ li pprovda min irċieva l-pagament?
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta’ benefiċċji ta’ sigurtà soċjali li tħallsu lil residenti ta’ Malta u Għawdex, kull gżira għaliha, kull kwart tas-sena mill-1999 lil hawn u jgħid kif kienu maqsumin f’benefiċċji kontributorji u benefiċċji mhux kontributorji u skond in-natura tal-benefiċċju? Jista’ jgħid kemm kienu l-benfiċjarji f’kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Ġbir tal-informazzjoni mitluba jinvolvi l-użu ta’ riżorsi u żmien konsiderevoli. Miniex sodisfatt li l-utilita tal-informazzjoni daqshekk dettaljata mitluba f’din il-mistoqsija, tiggustifika li għandha tinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm units u sodod liċenzjati f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-lum fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika kollettiva u f’akkomodazzjoni self-catering, f’kull każ skond in-natura u l-klassifikazzjoni tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
B’referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 4954, jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm milli l-istatistika dwar investiment barra minn Malta tinżamm separatament ukoll dwar f’Għawdex? Jista' jara li din l-istatistika dwar Għawdex tibda tinżamm?
B’referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 4953, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pilot survey li sar dwar in-nefqa tal-Maltin li jqattgħu btala f’Għawdex kif ukoll kopja tal-istatistika dwar it-turiżmu f’Għawdex?
B'referenza għal dak li ntqal fil-pre-budget documents għas-snin 2007 u 2009, kif ukoll fil-Programm Elettorali tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għar-rigward ta' firxa aktar wiesgħa ta' statistika marbuta ma' Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x'sar s'issa u x'qed isir f'dan ir-rigward? Liema oqsma ġodda tal-attivita soċjo-ekonomika t'Għawdex se tkopri din il-firxa aktar wiesgħa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika diġa jiġbor u jippubblika statistika fuq bażi reġjonali f’livell ta’ NUTS III, kif rikjest mill-Eurostat. Dan jinkludi statistika ta’ natura demografika, statistika dwar il-qasam tax-xogħol, statistika dwar l-edukazzjoni u indikaturi oħra ta’ natura soċjali. Indikaturi ekonomiċi jinkludu tagħrif dwar il-Prodott Domestiku Gross. Qasam relattivament ġdid huwa pilot survey li sar dwar in-nefqa tal-Maltin li jqattgħu btala Għawdex, kif ukoll statistika dwar it-turiżmu f’Għawdex.
L-Uffiċċju qed jistudja l-possibbilta li jestendi l-ġbir u l-publikazzjoni ta’ aktar tagħrif soċjo-ekonomiku dwar Għawdex.
Residenti f'Għawdex — Valur tal-investimenti barra minn Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-investimenti (portfolio investment assets) barra minn Malta ta’ residenti f’Għawdex fl-aħħar ta’ kull sena mill-2001 ‘l hawn? X’kienet id-distribuzzjoni ġeografika tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma tinżammx statistika separata dwar il-valur li residenti f’Għawdex għandhom f'investimenti (portfolio investment) barra minn Malta.