Legislature:
Category:
Reset
Active:

aquifers — livell ta' salinità ta' l-ilma

Question

Jista l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 10053 u jgħid kemm ilma ġie estratt mill-aquifers ta' Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008 u minn Jannar sa Ġunju ta' din is-sena? X‘kien il-livell ta' salinità ta' dan l-ilma f'Malta u Għawdex separatament kull sena/perijodu msemmija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

produzzjoni totali tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10165 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni totali tal-ilma f’Għawdex kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008, u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena? Jista’ jagħti dawn il-volumi maqsumin skond is-sors tagħhom, eżempju boreholes u pumping stations?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10172 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — Employment Aid - Kumpanniji li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7195 u cioè: B’referenza għal paragrafu (ċ) tat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5789, jista’ l-Ministru jgħid il-264 persuna kif kienu ngaġġati xahar xahar u skond il-kumpannija li ngaġġathom?

Response (DALLI, JOHN)

Peress biex tinġabar din l-informazzjoni tirrikjedi ħafna ħin u xogħol, tweġiba għada qed tinġabar.
Leg 11 PQ #10173 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Gozo Employement Aid Scheme — persuni ngaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-264 persuna li kienu ngaġġati taħt il-Gozo Employment Aid Scheme matul l-2008 kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-1 ta’ Jannar tal-istess sena? Kemm mill-264 persuna ngaġġati kienu qed jirreġistraw għax-xogħol xahar qabel ma ġew ingaġġati?

Response (DALLI, JOHN)

Peress biex tinġabar din l-informazzjoni tirrikjedi ħafna ħin u xogħol, tweġiba għada qed tinġabar.

VAT dwana u taxxi — dħul

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6668, peress li l-Ministru wieġeb għal parti biss tal-mistoqsija tiegħi, jista’ jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern minn Għawdex minn taxxi indiretti (VAT, Dwana, eċċ.), u dħul mhux minn taxxi kull sena mill-1999 ’l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6668.

Proġetti, skemi eċċ. tħallsu mill-fondi Ewropej

Question

B’referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 6671, jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti, skemi, eċċ. tħallsu kull sena mill-fondi Ewropej imsemmija? Jista’ jagħti din l-informazzjoni bil-valur tal-pagamenti proġett proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Fondi minn barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7216 u jgħid kemm kien l-ammont li Għawdex ħa kull sena mill-1999 'l hawn mill-għajnuna finanzjarja li Malta rċeviet minn pajjiżi, istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet barranin, inklużi l-Unjoni Ewropea u l-EEA/Norway, eċċ.? Jista’ jgħid mil-liema pajjiż/istituzzjoni/organizzazzjoni/eċċ. ġew il-fondi? X’kien is-sors tagħhom? Għal liema skop/proġett intużaw dawn il-fondi?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Aquifers — livell ta' salinità tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilma ġie estratt mill-aquifers ta’ Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008 u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena? X’kien il-livell ta’ salinità ta’ dan l-ilma f’Malta u Għawdex separatament kull sena/perijodu msemmija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Produzzjoni totali tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni totali tal-ilma f’Għawdex kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008, u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena? Jista’ jagħti dawn il-volumi maqsumin skond is-sors tagħhom, eżempju boreholes u pumping stations?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ilma li ġie trasferit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilma ġie trasferit minn Malta għal Għawdex kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008 u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena? Jista’ jagħti din l-informazzjoni xahar xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Polishing Plant — metri kubi tal-ilma proċessat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm metri kubi ta’ ilma ġew proċessati mill-polishing plant f’Għawdex kull xahar minn Lulju 2004 sa Ġunju ta’ din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10170 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Gozo Employment Aid Scheme — transferiment

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5789 fejn intqal illi mill-2009 il-Gozo Employment Aid Scheme li kienet amministrata mill-Malta Enterprise u l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ se tkun trasferita taħt l-Employment Aid Scheme amministrata mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ weħidha u ffinanzjata minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropeja, jista’ l-Ministru jgħid kemm Għawdxin ibbenefikaw minn din l-iskema din is-sena? Jista’ jgħid jekk huwiex l-uffiċċju tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ f’Għawdex li qed jamministra din l-iskema f’Għawdex? Jekk le, għaliex? Jekk iva, hemm xi uffiċjal maħtur speċifikament biex jamministra din l-iskema f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, kif inħatar? X’inhuma l-funzjonijiet f’Għawdex fit-tħaddim ta’ din l-iskema?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Għawdex — Taxxi diretti/indiretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern minn Għawdex maqsum f'taxxi diretti (taxxa tad-dħul u sigurtà soċjali), taxxi indiretti (VAT, Dwana eċċ.) u dħul mhux minn taxxi kull sena mill-1999 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Kif jafu l-Onor Membri li għamlu l-mistoqsijiet supplimentari, Għawdex hu wieħed mit-tlettax-il Distrett. L-ebda Amministrazzjoni ma ħasset il-ħtiega fil-passat, u lanqas ma hu prattiku li tinżamm tali informazzjoni b’mod separat għal kull Distrett. Dan anke minħabba l-fatt li l-Gzejjer ta' Malta u Għawdex huma Pajjiz wieħed. Sabiex wieħed jifhem ftit xi rrid infisser, jekk kumpanija b’indirizz f’distrett f’Malta, iżda għandha fergħa f’Ghawdex jew f’Distrett differenti, xorta waħda VAT Number wieħed biss ikollha u hu impossibbli li jiġu estratti figuri għal distrett partikolari. Dan ukoll jgħodd għal taxxi indiretti oħra. Barra minn hekk ta’ min isemmi li ma hemm l-ebda obligu li tinġabar tali informazzjoni ladarba Għawdex illum mhux meqjus bħala reġjun iżda bħala distrett bħad-distretti l-oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Nefqa kapitali f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid in-nefqa kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali mill-istess Fond kull sena mill-1999 sal-2008? Jista’ jgħid ukoll in-nefqa kapitali f’Għawdex ta’ fondi Ewropej kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali ta’ fondi Ewropej matul l-istess snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #9128 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' MIDI f'Tigne

Question

No question text.

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar. Hu maħsub ukoll illi fil-futur jiġi ppreżentat rapport li jkopri l-qagħda tal-proġett imsemmi.
Leg 11 PQ #9130 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' Chambray

Question

No question text.

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar. Hu maħsub ukoll illi fil-futur jiġi ppreżentat rapport li jkopri l-qagħda tal-proġett imsemmi.

Proġett ta' Smart City

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari 8446 u 9123 u jagħti rendikont ta’ fejn wasal s'issa l-proġett ta’ Smart City fid-diversi aspetti tieghu u fid-dawl tal-obbligi li assumew il-Gvern Malti min-naħa, u l-impriża konċernata min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-miri tal-proġett skont il-kalendarju stabbilit fil-ftehim bejn iż-żewġ naħat, in segwitu tar-riżoluzzjoni parlamentari dwar il-proġett u f’rabta ma’ obbligi assunti lejn terzi parti minħabba l-ftehim ta’ bejniethom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta' l-obbligi kuntrattwali ta' SmartCity (Malta) versu l-Gvern Malti, il-Kumpanija ħabbret il-bidu tal-kostruzzjoni fl-istess xahar (Novembru '08) meta ħareg il-permess għall-izvilupp ta' l-ewwel blokk ta uffiċini (SCM 01). Il-pjan huwa li dan il-blokk jitlesta sal-1 ta' Lulju 2010. Fir-rigward ta' l-obbligi tal-Gvern, il-'Government Services Unit' gie mwaqqaf biex ikun il-punt ta' referenza mal-Gvern għall-investituri fi-SmartCity. Il-Government Services Unit zviluppa numru ta' 'service level agreements' ma' entitajiet responsabbli minn servizzi li se jingħataw lill-kumpaniji li se jkunu fi SmartCity. Fix-xhur li ġejjin mistennija jingħalqu is-'service level agreements' li baqa'. L-Enemalta bdiet it-tħaffir tal-mina bejn M'Scala u SmartCity filwaqt li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tkompli bil-bini tal-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f'tal-Barkat kif ippjanat.
Leg 11 PQ #9402 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' MIDI f'Tigne u Manoel Island

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9128 u 8796 li kienet saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jaghti rendikont ta’ fejn wasal s'issa l-proġett ta’ MIDI f’Tigne' u Manoel Island, fid-diversi aspetti tiegħu, fid-dawl tal-obbligi li assumew il-Gvern Malti min-naħa, u l-impriża konċernata min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-miri tal-proġett skont il-kalendarju stabbilit fil-ftehim bejn iż-żewġ naħat, in segwitu tar-riżoluzzjoni parlamentari dwar il-proġett, u anki f’rabta ma’ obbligi assunti lejn terzi parti minħabba l-ftehim ta’ bejniethom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9128.
Leg 11 PQ #9403 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' Chambray

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9130 u 8797 li kienet saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jagħti rendikont ta’ fejn wasal s'issa l-proġett ta’ Chambray f’Għawdex, fid-diversi aspetti tiegħu skont l-aħħar riżoluzzjoni li għaddiet mill-Parlament fir-rigward tiegħu, u fid-dawl tal-obbligi li assumew il-Gvern Malti minn naħa u l-impriża konċernata min-naħa l-oħra, u anki f’rabta ma’ obbligi assunti lejn terzi parti minħabba l-ftehim ta’ bejniethom, b’referenza għall-kalendarju stabbilit għat-twettiq tal-miri ssettjati għall-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għalll-Mistoqsija Parlamentari Numru 9130.