Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #10846 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li jirċievu benefiċċji kontributorji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar minn Settembru 2007 sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, kemm kien hemm persuni residenti f’Malta u Għawdex separatament li kienu qed jirċievu benefiċċji kontributorji bħala: · Pensjoni ta’ invalidità · Pensjoni ta’ l-irtirar · Benefiċċji short-term? Jista’ jagħti l-ispiża relattiva għal kull benefiċċju għal Malta u Għawdex separatament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Malta Enterprise — benefiċjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna tal-Malta Enterprise għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-2004 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu fondi ewropej?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument imsejjaħ ‘Assistenza – Malta Enterprise (2005 – 2009)’ u noti fejn qed jiġi spjegat dan id-dokument. (Ara korrezzjoni fid-Dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra Nru 2884 fis-Seduta 145 tas-6.10.09)
Leg 11 PQ #10822 Sitting 142 2009-09-29 Oral · Interim From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu — benefiċjarji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu l-iskemi t’għajnuna tal-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-2004 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benefiċjarji (lukandi, vilel, eċċ) ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu fondi Ewropej?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Oqsma tal-Biedja u Sajd — Benefiċjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna fl-oqsma tal-biedja u sajd għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-2004 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu fondi Ewropej?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Prodott Gross Domestiku — prezzijiet tas-suq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Prodott Gross Domestiku fi prezzijiet tas-suq għal Malta u għal Għawdex separatment fl-2008? Kemm kien l-ammont ta’ taxxi, kull taxxa għaliha: a. Fuq produzzjoni b. Fuq importazzjoni bħala komponenti tal-Prodott Gross Domestiku f’kull każ? X’kien l-ammont ta’ sussidju f’kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħal ma jagħmel kull sena, din is-sena wkoll l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika se jippublika il-Prodott Domestiku Gross fuq bażi reġjonali għas-sena 2008. Dan huwa ppjanat li jseħħ fit-28 ta’ Diċembru li ġej, jiġifieri tnax-il xahar qabel id-deadline stipulat mill-Eurostat.

Investiment barrani f'kumpanniji reġistrati f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji reġistrati f’Għawdex fl-aħħar tal-2007 u tal-2008 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena li għandhom investiment barrani? Kemm hu l-ammont totali ta’ dan l-investiment barrani?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond l-informazzjoni miġbura mill-istħarriġ ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, fl-aħħar tas-sena 2007 kien hemm 4.9 miljun Euro investiment barrani f’erbgħa kumpaniji bl-indirizz tagħhom Ghawdex. Fl-aħħar tas-sena 2008 in-numru ta’ kumpaniji baqa’ l-istess bħal tas-sena ta’ qabel, u l-ammont ta’ investiment barrani kien stmat li jlaħħaq 6.5 miljun Euro. L-ewwel stima fuq il-pozizzjoni fl-aħħar ta’ Settembru 2009 tkun magħrufa f’Dicembru li ġej.

Valur Miżjud Gross — prezzijiet bażiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Miżjud Gross fi prezzijiet bażiċi għal Malta u għal Għawdex separatament fl-2008? Kemm kien jammonta l-kontribut tad-diversi setturi ta’ l-ekonomija individwalment għal dan il-valur?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħal ma jagħmel kull sena, din is-sena wkoll l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika se jippublika il-Prodott Domestiku Gross fuq bażi reġjonali għas-sena 2008. Dan huwa ppjanat li jseħħ fit-28 ta’ Diċembru li ġej, jiġifieri tnax-il xahar qabel id-deadline stipulat mill-Eurostat.

Għawdex — Fondi minn barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li Għawdex ħa kull sena mill-1999 ’l hawn mill-għajnuna finanzjarja li Malta rċeviet minn pajjiżi, istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet barranini, inklużi l-Unjoni Ewropea u l-EEA/Norway, eċċ? Jista' jgħid mil-liema pajjiż/istituzzjoni/organizzazzjoni/eċċ ġew il-fondi? X’kien is-sors tagħhom? Għal liema skop/proġett intużaw dawn il-fondi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10178.

produzzjoni totali tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10165 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni totali tal-ilma f’Għawdex kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008, u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena? Jista’ jagħti dawn il-volumi maqsumin skond is-sors tagħhom, eżempju boreholes u pumping stations?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #10355 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Gozo Employment Aid Scheme — trasferiment

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10170 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5789 fejn intqal illi mill-2009 il-Gozo Employment Aid Scheme li kienet amministrata mill-Malta Enterprise u l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ se tkun trasferita taħt l-Employment Aid Scheme amministrata mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ weħidha u ffinanzjata minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropeja, jista’ l-Ministru jgħid kemm Għawdxin ibbenefikaw minn din l-iskema din is-sena? Jista’ jgħid jekk huwiex l-uffiċċju tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ f’Għawdex li qed jamministra din l-iskema f’Għawdex? Jekk le, għaliex? Jekk iva, hemm xi uffiċjal maħtur speċifikament biex jamministra din l-iskema f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, kif inħatar? X’inhuma l-funzjonijiet f’Għawdex fit-tħaddim ta’ din l-iskema?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-iskema Employment Aid Programme ġiet imnedija fl-20 ta’ Frar ta’ din is-sena. S’issa hemm 57 persuna Għawdxija li ġew impjegati taħt din l-iskema u daħlu lura fid-dinja ta-xogħol. Informat ukoll li huwa l-uffiċju tal-KXT f’Ghawdex li qed jamministra din l-iskema f’Ghawdex. Iva, hemm uffiċjal maħtur apposta biex jamministra din l-iskema. Dan l-uffiċjal intgħażel wara li l-KXT imxiet mal-proċeduri ta’reklutaġġ fis-settur pubbliku kif ġej; § Ma nstab ħadd tajjeb fuq l-ewwel parti u t-tieni parti tar-reġistru. § Mit-tielet parti, intagħżlet persuna li bdiet u rriżenjat. § Inħareg avviż pubbliku skond il-liġi § Ntgħażlet persuna oħra li għadha tħaddem l-iskema sal-lum. Il-funzjoni ta' dan l-uffiżjal hu; § Li jgħin lil min iħaddem japplika għal din l-iskema; § Li jipproċessa l-applikazzjonijiet; § Li jibħat kull korrispondenza meħtiega lill-applikant; u § Li jara li l-iskema miexja kif ippjanat.

konsum totali tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10167 u jgħid kemm kien il-konsum totali tal-ilma f’Għawdex kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008 u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ilma li ġie trasferit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10168 u jgħid kemm ilma ġie trasferit minn Malta għal Għawdex kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008 u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena? Jista’ jagħti din l-informazzjoni xahar xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Għawdex — Banek - depożiti u self

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f’Għawdex fl-aħħar ta’ Dicembru 2007 u fl-aħħar ta’ Awissu ta’ din is-sena? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #10820 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — Benefiċjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-2004 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu fondi ewropej?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Għawdex — taxxi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6668 u jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern minn Għawdex maqsum f'taxxi diretti (taxxa tad-dħul u sigurtà soċjali), taxxi indiretti (VAT, Dwana eċċ) u dħul mhux minn taxxi kull sena mill-1999 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6668.

Malta Enterprise — Art industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm metri kwadri ta' art industrijali f'Għawdex ġew approvati mill-Malta Enterprise f'Malta u f'Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-2008? Kemm ġew approvati din is-sena? Kemm impriżi bbenefikaw minn din l-art kull sena? Kemm hi l-area totali ta' art industrijali approvata mill-Malta Enterprise? Kemm hemm imprendituri li qed jibbenefikaw minn din l-art?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Negozji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il negozju ġdid ġie reġistrat f'Malta u f'Għawdex separatament mid-Divizjoni tal-Kummerċ kull sena mill-1999 sal-2008? Kemm ġew reġistrati s'issa din is-sena? Kemm hemm reġistrati b'kollox illum f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-total kurrenti ta' licenzji huwa kif ġej: . Malta 14492 Għawdex 1349 Il-figuri annessi jibdew minn meta bdiet tagħmel dan ix-xogħol is-Sezzjoni tal- Liċenzji tad-Diviżjoni tal- Kummerċ. Il-figuri ma jinkludux negozji liċenzjati minn awtoritajiet oħra.

Kunsill Malti għall-Artigjanat — artiġjani u imprendituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm artiġjani u imprendituri f'Malta u f'Għawdex separatament reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Artigjanat fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 sal-2008? Kemm hemm reġistrati llum f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu ta’ min jgħid li l-Kunsill Malti għall-Artiġjanat kien imwaqqaf permezz ta’ l-Att XXI ta’ l-2000 u daħal fis-seħħ fil-21 ta’ Novembru ta’ l-2000 permezz ta’ Avviż Legali 237 ta’ l-2000. Għaldaqstant il-figuri jibdew mis-sena 2001.

Polishing plant — Metri kubi ta' ilma proċessati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10169 u jgħid kemm metri kubi ta’ ilma ġew proċessati mill-polishing plant f’Għawdex kull xahar minn Lulju 2004 sa Ġunju ta’ din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.