Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10168 u jgħid kemm ilma ġie trasferit minn Malta għal Għawdex kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008 u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena? Jista’ jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 10357.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10169 u jgħid kemm metri kubi ta’ ilma ġew proċessati mill-polishing plant f’Għawdex kull xahar minn Lulju 2004 sa Ġunju ta’ din is-sena?
Skemi ta' għajnuna tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10820 u jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-2004 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu fondi Ewropej?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10819 u jgħid kemm kienet, f’termini assoluti kif ukoll f’rati ta’ attività, il-popolazzjoni ekonomikament attiva f’Malta u Għawdex separatament kull kwart tas-sena għal kull sena mill-ewwel ta’ Jannar 2008 ‘l hawn?
Kemm kienet il-popolazzjoni tax-xogħol f’Għawdex fl-istess żmien? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub maqsum f’irgiel u nisa?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont li Għawdex ħa kull sena mill-1999 'l hawn mill-għajnuna finanzjarja li Malta rċeviet minn pajjiżi, istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet barranin, inkluż l-Unjoni Ewropea u l-EEA/Norway, eċċ.? Jista’ jgħid minn liema pajjiż/istituzzjoni/organizzazzjoni eċċ. ġew il-fondi? X’kien is-sors tagħhom? Għal liema skop/proġett intużaw dawn il-fondi?
European Union Cohesion Fund u European Union Structural Funds — Pagamenti fuq proġetti u skemi
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment għall-mistoqsija parlamentari 5177 dwar l-EU Cohesion and Structural Funds, jista’ l-Prim Ministru jgħid għar-rigward il-Gozo Related Projects:
a) Għalxiex saru l-pagamenti lill-benefiċjarji barranin u lill-Korporazzjoni Enemalta?
b) Kemm tħallsu fondi għal konsulenzi u lil min?
ċ) Kemm tħallsu fondi għal xiri ta’ għamara, apparat, makkinarju u materjal u lil min?
d) Kemm tħallsu fondi għal kiri ta’ makkinarju u lil min?
e) Kemm tħallsu fondi għal trasport u lil min?
f) Għal liema proġetti saru l-pagamenti lill-KRAM
Joint Venture
, lill-MAC
Joint Venture
u lil C&F
and
CPI
Joint Venture
? Għal liema servizzi jew provvisti saru l-pagamenti u kemm kienu l-ammonti f’kull każ?
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija marlamentari 11555 u tgħid x’xogħol sar mill-Ministeru tagħha kull sena mill-2006 sal-lum fuq ir-riabilitazzjoni ta’ widien f’Għawdex? Kemm kienet in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet kull sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul is-snin imsemmija saru xogħolijiet biex jitranġaw ħitan tas-sejjieħ, ħitan ta' lqugħ u xogħol ta' tindif fil-widien kif jidhru fuq l-iskeda annessa. Jien infurmata wkoll li dan ix-xogħol sar primarjament mill-ħaddiema tad-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp u li sewa €8,774 għas-sena 2006; €7,327 għas-sena 2007; €4,232 għas-sena 2008 u €1,244 għas-sena 2009. Dawn l-ispejjeż ma jinkludux il-pagi tal-ħaddiema u f'ħafna każijiet intuża materjal li jkun instab fuq il-post.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5789 u 10170 fejn intqal li mill-2009 il-Gozo Employment Aid Scheme li kienet amministrata mill-Malta Enterprise u l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ se tkun trasferita taħt l-Employment Aid Scheme amministrata mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ weħidha u finanzjata minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropeja, jista’ l-Ministru jgħid kemm Għawdxin ibbenefikaw minn din l-iskema din is-sena? Jista’ jgħid jekk huwiex l-uffiċċju tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ f’Għawdex li qed jamministra din l-iskema f’Għawdex? Jekk le, għaliex? Jekk iva, hemm xi uffiċjal maħtur speċifikament biex jamministra din l-iskema f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, kif inħatar? X’inhuma l-funzjonijiet f’Għawdex fit-tħaddim ta’ din l-iskema?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-iskema Employment Aid Programme giet imnedija fl-20 ta’ Frar ta’ din is-sena. S’issa hemm 112 persuna Għawdxija li ġew impjegati taħt din l–iskema u daħlu lura fid-dinja ta-xogħol.
Informat ukoll li huwa l–uffiċju tal-KXT f’Għawdex li qed jamministra din l-iskema f’Għawdex u hemm uffiċjal maħtur apposta biex jamministra din l–iskema. Dan l-uffiċjal intgħażel wara li l-KXT imxiet mal-proċeduri ta’reklutaġġ fis-settur pubbliku kif ġej;
§ Ma nstab ħadd tajjeb fuq l-ewwel parti u t-tieni parti tar-reġistru.
§ Mit-tielet parti, intagħżlet persuna li bdiet u rriżenjat.
§ Inħareġ avviż pubbliku skond il-liġi
§ Ntgħażlet persuna oħra li għadha tħaddem l-iskema sal-lum.
Il-funzjoni ta' dan l-uffiċjal hu;
§ Li jgħin lil min iħaddem japplika għal din l-iskema;
§ Li jipproċessa l-applikazzjonijiet;
§ Li jibgħat kull korrispondenza meħtieġa lill-applikant; u
§ Li jara li l-iskema miexja kif ippjanat .
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7195 u 10172 u ċioe: B’referenza għal paragrafu (ċ) tat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5789, jista’ l-Ministru issa jgħid il-264 persuna kif kienu ngaġġati xahar xahar u skond il-kumpanija li ngaġġathom?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-flus li daħħal il-Gvern taħt l-Artikli 93 u 95 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali għadda għand il-Welfare Committee fl-2008? Kemm intnefqu flus fl-istess sena minn dan il-Kumitat f’Malta u f’Għawdex separatament u fuqiex?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li t-total ta' flus li daħlu taħt l-Artiklu 93 u 95 tul is-sena 2008 u li għadda għand il-Welfare Committee hu ta' €8,317,150.
Jista’ l-Prim Ministru jirraporta x’sar mill-investigazzjoni li kif kien informa lill-Kamra tar-Rapprezentanti, saret mill-Gvern dwar l-attivitajiet ta’ spjunaġġ li kienet involuta fihom il-persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament? X’passi ttieħdu mill-Gvern tiegħu dwar dan il-każ lampanti ta’ tradiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati r-rapporti tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fuq il-każ. Il-Gvern jaqbel mal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjoni ta’ dan ir-rapport.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm se jiswa l-proġett tal-bini mill-ġdid tat-Triq tax-Xlendi u x’inhuma t-timeframes għat-tlestija ta’ dan il-proġett? Tista’ tgħid kemm tul tat-triq se jintbena mill-ġdid? Tista’ tgħid x’sar mill-fondi Ewropej li kienu allokati għal dan il-proġett taħt il-programm tal-Unjoni Ewropea għas-snin 2004-2006?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11560.
Għawdex — proġetti fil-qasam tal-biedja, sajd u biċċerija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti saru mill-Ministeru tagħha fil-qasam tal-biedja u s-sajd f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum? X’kienet in-nefqa kull sena ta’ dan l-investiment?
X’Xogħlijiet saru u x’makkinarju/apparat inxtara għall-biċċerija matul l-istess snin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul is-snin imsemmija saru xogħolijiet u inizjattivi biex bdiewa u sajjieda jingħataw servizz u għajnuna aħjar. Dawn jikkonsistu minn diversi xogħolijiet mill-ħaddiema tal-Gvern, xogħlijiet minn kuntratturi u provvista' ta' apparat li jinkludu dawk imsemmija fl-iskeda A annessa. Jiena nfurmata wkoll li n-nefqa f'dan il-qasam matul is-snin kienet kif jidher fl-iskeda B annessa.
Tista’ l-Ministru tgħid meta mistenni li jinbeda u jitlesta l-bini mill-ġdid tat-Triq Ta’ Pinu? X'sar s’issa fuq dan il-proġett? Kemm se tiswa din it-triq f’fondi nazzjonali u f’fondi Ewropej separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett li jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid ta' parti mit-triq tax-Xlendi (b'kollox medda ta' 2.5 kilometri) ser jinbeda din is-sena u jispiċċa għall-aħħar tas-sena d-dieħla. Dan il-proġett kollu kemm hu, huwa stmat li jiswa €9.477 miljun (vat inkluż). Kull pagament jinkludi 85% minn fondi Ewropej kif ukoll 15%, non eligible costs u t-taxxa fuq il-valur miżjud kollha minn fondi nazzjonali. Il-proċess fuq it-triq ta' Pinu huwa fil-fażi li jingħata l-kuntratt.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema (i) tal-Gvern u (ii) ta’ entitajiet oħra tas-Settur Pubbliku ġew trasferiti għal Għawdex kull xahar minn Jannar tal-2007 sa l-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena? Jista’ jgħid minn fejn ġew trasferiti u għal fejn ġew trasferiti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għall-perjodu bejn Jannar 2007 sa Awwissu 2008 nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4430.
Ninsab infurmat li matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2008 sa l-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena, kien hemm 4 uffiċjali pubbliċi u 3 impjegati f’entitajiet pubbliċi li ġew trasferiti għal Għawdex kif jidher fid-dettal f’kull każ fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru pagamenti ta’ fondi Ewropej fuq proġetti, skemi, eċċ. f’Għawdex taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni 2004-2006? Tista’ tagħti l-informazzjoni mitluba proġett proġett u skema skema, eċċ.? Tista’ tagħti t-tagħrif mitlub għal kull sena mill-2004 sal-2008 u mill-1 ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena? Tista’ tgħid x’hemm kontijiet pendenti biex jitħallsu li huma diġà approvati mill-awtoritajiet kollha konċernati sew nazzjonali kif ukoll Ewropej? Tista’ tgħid dawn il-kontijiet pendenti għal liema proġetti, skemi eċċ. huma? Għaliex għadhom ma tħallsux u meta huma mistennija li jitħalllsu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija skond it-tabella annessa.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull pagament jinkludi 75% minn fondi Ewropej kif ukoll 25% u t-taxxa fuq il-valur miżjud kollha minn fondi nazzjonali. Jiena nfurmata wkoll li m'hemmx pagamenti pendenti għall-ħlas.
dħul tal-Gvern minn servizzi residenzjali u kura fid-djar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul tal-Gvern fl-2008 u din is-sena sal-lum minn Malta u Għawdex separatament:
(i) taħt l-Artiklu 93 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u
(ii) taħt l-Artiklu 95 ta’ l-istess Att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta’ kura/għajnuna mogħtija fid-djar?
Jista’ jgħid kemm hemm sodod f’istituzzjonijiet, djar, eċċ. għall-anzjani li huma finanzjati/sussidjati mill-Gvern jew immexxija taħt partenariat bejn il-Gvern u l-Privat f’Malta u Għawdex separatament? Jista’ jagħti dan it-tagħrif istituzzjoni istituzzjoni?
Jista l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 10053 u jgħid kemm ilma ġie estratt mill-aquifers ta' Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008 u minn Jannar sa Ġunju ta' din is-sena? X‘kien il-livell ta' salinità ta' dan l-ilma f'Malta u Għawdex separatament kull sena/perjodu msemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru tagħha fuq restawr u manutenzjoni tal-Ġgantija u ċ-Ċittadella rispettivament, kull sena mill-1999 sal-lum? Fuqiex kienet in-nefqa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid meta hu mistenni li l-Gvern iniedi l-programm imwiegħed biex iż-żewġ teatri ta’ l-opra f’Għawdex ikunu jistgħu jintużaw għall-konferenzi matul is-sena kollha? X’sar s’issa għat-tnedija ta’ dan il-programm? Meta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex jemmen bis-sħiħ fil-potenzjal tal-qasam kulturali li jeżisti fil-gżira Għawdxija u jippromwovi u jissapportja dan it-tessut kulturali għax jemmen li dan jgħin kemm fl-iżvilupp ta' l-ekonomija kif ukoll fil-kwalità tal-ħajja. Minkejja li ż-żewġ teatri ta' l-opra f'Għawdex huma entitajiet privati, il-Ministeru għal Għawdex hu lest li jagħti l-għajnuna kollha possibbli lil min minnhom juri interess li jintuża għal dan il-għan.