Legislature:
Category:
Reset
Active:

Belt Valletta — Pjazza San Ġorġ - Disinnji tal-mini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13336 u 12999 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-mappa/disinnji li juru l-pożizzjoni tal-mini li jinsabu taħt l-art fi pjazza San Ġorġ u li huma mitqiesa bħala parti mill-wirt storiku nazzjonali? Tista tpoġġi ukoll mappa/disinnji tal-konnessjonjiet li għandhom dawn il-mini ma' partijiet oħra tal-Belt Valletta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta li tajt għall-mistoqsija nru 9741.
Leg 11 PQ #13325 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Surveys dwar materji ta' interess pubbliku u statali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13152, 12969 u 12763, dwar opinion surveys fuq materji ta' interess pubbliku minn kummissjonijiet, ministeri, enti jew korpi tal-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13335 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Interim From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kanen mitluqin barra fuq bankina fi Triq il-Ferrovija Qadima — Birkirkara

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13094 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jirrispondi mistoqsija parlamentari 12464 u jgħid għaliex madwar tmienja jew disa' kanen kbar tal-ilma, ilhom mitluqa barra mill-bidu tar-rebbiegħa ta’ din is-sena, fuq il-bankina ta’ Triq il-Ferrovija l-Qadima kantuniera ma’ Triq Vittorio Cassar Birkirkara? Jista' jgħid kemm tiswa kull kanna tat-tip imħollija fejn qed jintqal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Belt Valletta — Pjazza San Ġorġ - Disinnji tal-mini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12999 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-mappa/disinnji li juru l-pożizzjoni tal-mini li jinsabu taħt l-art fi pjazza San Ġorġ u li huma mitqiesa bħala parti mill-wirt storiku nazzjonali? Tista tpoġġi ukoll mappa/disinnji tal-konnessjonjiet li għandhom dawn il-mini ma' partijiet oħra tal-Belt Valletta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Belt Valletta — Pjazza San Ġorġ - Disinnji tal-mini

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-mappa/disinnji li juru l-pożizzjoni tal-mini li jinsabu taħt l-art fi pjazza San Ġorġ u li huma mitqiesa bħala parti mill-wirt storiku nazzjonali? Tista tpoġġi ukoll mappa/disinnji tal-konnessjonjiet li għandhom dawn il-mini ma' partijiet oħra tal-Belt Valletta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistqosija lill-Ministru konċernat.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — kanen mitluqin barra fuq bankina fi Triq il-Ferrovija Qadima - Birkirkara

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12464 u jgħid għaliex madwar tmienja jew disa' kanen kbar tal-ilma, preżumibbilment tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ilhom mitluqa barra mill-bidu tar-rebbiegħa ta’ din is-sena, fuq il-bankina kantuniera ta’ Triq il-Ferrovija l-Qadima ma’ Triq Vittorio Cassar Birkirkara? Jista' jgħid kemm tiswa kull kanna tat-tip imħollija fejn qed jintqal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett in kwistjoni mhux tal-WSC u għalhekk l-Onor. Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #13152 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Surveys dwar materji ta' interess pubbliku u statali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12969 u 12763, dwar opinion surveys fuq materji ta' interess pubbliku minn kummissjonijiet, ministeri, enti jew korpi tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12969 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Surveys dwar materji ta' ionteress pubbliku u statali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12763, dwar surveys fuq materji ta' interess pubbliku uta' tali kummissjonijiet mill-gvern jew ministeri tal-gvern jew korpi tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12763 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

surveys dwar materji ta' interess pubbliku u statali

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma jekk il-Gvern minn xi ministeru jew ministeri tiegħu, jew permezz ta’ xi korp ieħor li jikkontrolla, riċentement ikkumissjonax jew hux qed jikkummissjona surveys tal-opinjoni pubblika dwar materji ta’ interess pubbliku u statali? Jekk iva, liema surveys ta’ dan it-tip ġew organizzati minn April 2008 'l hawn? Liema organizzazzjonijiet ikkummisjonawhom, mingħand min ikkummissjonawhom u fuq liema suġġetti? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti ta’ dawn is-surveys? Jista’ jgħid kemm kien il-ħlas li sar għalihom, jekk sar, f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12628 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lezzjonijet tal-għawm lis-suldati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk dan l-aħħar, suldati fl-Armata fuq servizz attiv li ma jafux jgħumu, bdewx jingħataw lezzjonijiet tal-għawm? Minn liema data bdew jingħataw dawn il-lezzjonijiet u fejn? Kemm hemm suldati involuti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-taħriġ bażiku fl-għawn qed jingħata lis-suldati rekluti kollha bħala parti mit-taħriġ bażiku tagħhom irrispettivament jekk dawn jafux jgħumu jew le. Dan it-taħriġ beda fis-7 ta’ Novembru u qed isir fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq. Bħalissa hemm 53 rekluta li qed jieħu sehem f’dan it-taħriġ.
Leg 11 PQ #10822 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu — benefiċjarji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu l-iskemi t’għajnuna tal-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-2004 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benefiċjarji (lukandi, vilel, eċċ) ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu fondi Ewropej?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11979.

Birkirkara — pajpijiet/kanen fuq il-bankina ta' Triq Vittorio Cassar

Question

Jista' l-Ministru jindaga u jinforma dwar it-tmien pajpijiet/kanen kbar tal-ilma li ilhom mitluqa minn Marzu li għadda fuq il-bankina ta' Triq Vittorio Cassar kantuniera ma' Triq il-Ferrovija l-Qadima f'Birkirkara? Għal liema raġuni tħallew kemm dawk il-pajpijiet/kanen, preżumibilment mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11979 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — Skemi ta' għajnuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10822 u jgħid x’kienu l-iskemi t’għajnuna tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, għal Malta u għal Għawdex separatament, kull sena mill-2004 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benefiċjarji (lukandi, vilel, eċċ) ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu fondi Ewropej?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li minn l-2004 sal-lum l-MTA ħarġet erba’ skemi li tnejn minnhom huma ffinanzjati minn fondi strutturali tal-UE, u tnejn l-oħra huma ffinanzjati minn fondi nazzjonali. Fondi Stutturali 2004 – 2006 Din l-iskema ġiet implementata mis-sena 2004 sa s-sena 2008. Il-proġett kellu buġet ta’ 2.5 miljun ewro. 60% kienu fondi pubbliċi li minnhom 75% ġew iffinanzjati mill-UE. L-iskema kella 54 benefiċċjari. Fondi Strutturali 2007-2013 Fis-sena 2009 l-Uffiċċju għat-Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu nieda l-ewwel sejħa għall-proġetti taħt l-iskema Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects by Enterprises . 30 proġett ġew allokati fondi pubbliċi li jammontaw għal total ta’ € 2,007,896 li minnhom 85% huma finanzjati mill-UE. Dawn il-fondi għandhom jintefqu sas-sena 2011. It-totalita’ tal-fondi taħt din l-iskema jammontaw għal 10 miljun ewro. Fondi Nazzjonali It-tielet skema li jisimha National Subsidy Scheme tissussidja 1.5% ta’ l-imgħax fuq self għall-proġetti ta’ ristrutturar, u 1% ta’ l-imgħaxx fuq self għall-proġetti ta’ estenzjoni. L-iskema hija miftuħa għall-akkomodazjoni ta’ kull kategorija u ristoranti. In-nefqa tal-Gvern taħt din l-iskema hija ta’ 3,000,000 ewro fuq perjodu ta’ 10 snin. Kien hemm żewġ applikazzjonijiet għal din l-iskema, li wieħed minnhom huwa diġà kkonfermat. Il-benefiċċjarju kkonfermat huwa stabbiliment ta’ akkomodazzjoni li fl-għaxar snin li ġejjin ser ikun ibbenefika mis-somma ta’ € 75,000. Ma kien hemm ħadd minn Għawdex li applika taħt din l-iskema. Ir-raba’ skema hija ntiża żżid ir-reklamar għall-pajjizna. L-Awtorità tipprovdi amount ta’ flus ekwivalenti għal dak li jkun bi ħsiebu jonfoq l-operatur privat f’reklamar ġdid ossia inkrimentali. S’issa kien hemm operatur wieħed minn Għawdex li ħa vantaġġ minn din l-iskema u disa’ operaturi minn Malta. Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #11980 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Data dwar it-tniggis tal-arja f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11546 li orġinarjament saret lill-Ministru tal-Infrastruttra,Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid f’liema lokalitajiet u toroq f’Għawdex inġabret data dwar it-tniġġis tal-arja mill-benzina, mid-diossidu tan-nitroġenu u minn materja partikulata? X’kienu l-livelli ta’ dawn l-inkwinanti fil-lokalitajiet u t-toroq li sar moniteraġġ tagħhom mill-2004 sal-2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-data dwar it-tniġġis ta’ l-arja tinġabar minn 44 lokalità bejn Malta u Għawdex. Kull lokalità, bejn wieħed u ieħor għandha tnejn jew tlett punti fejn jittieħed kampjun. Il-kampjuni jittieħdu kull xahar permezz ta’ diffusion tubes li wara li jiġi analizzat, jindika l-livell ta’ tniġġis f’dik il-lokalità partikolari. Permezz ta dawn it-tubi, li jammontaw għal madwar 133 tubu, livelli ta benzin u diossidu tan-nitroġenu (fost l-oħrajn) jingħataw fuq żmien ta’ xagħar. It-tubi f’Għawdex jinstabu installati fit-toroq imsemmija f’tabella A li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Is-sezzjonijiet li ġejjin jitrattaw il-livelli ta’ tniġġiz fil-lokalitajiet rispettivi bejn l-2004 u l-2008 għas-sustanzi ta’ tniġġiż imsemmija f’din il-Mistoqsija Parlamentari. Fil-każ ta’ l-2004, id-data inġabret minn Marzu sa Diċembru 2004. Fil-każ ta’ ARB 3, dan is-sit ta’ monitoraġġ huwa l-istess sit fejn issir monitoraġġ attiv li beda fl-aħħar ta’ l-2007. B’hekk id- data qed tiġi pprovduta għas-sena 2008 biss. Benzin Il-Benzin fl-arja huwa riżultat ta’ ħruq tal-petrol mill-karozzi. Il-limitu stipulat mill-Unjoni Ewropeja fuq medja ta’ sena huwa ta 5µg/m3 . F’Għawdex l-ebda sit ma qabeż dan il-limitu bejn l- 2004 u l-2008. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella B li tagħti aktar dettalji. Diossidu tan-nitrogenu (NO2) Id-diossidu tan-nitroġenu jiġi ġġenerat mit-traffiku fit-toroq, power stations u impjanti industrijali oħra. Il-livell massimu fuq medja ta’ sena stipulat minn l-Unjoni Ewropeja huwa ta’ 40µg/m3 . F’Għawdex l-ebda sit ma qabeż dan il-limitu bejn l-2004 u l-2008. Trab fin (PM10) F’Għawdex it-trab fin huwa mkejjel b’mod attiv, fost sustanzi ta’ tniġġiż oħrajn f’San Dimitri l-Għarb. Dan l-istazzjon ta’ monitoraġġ huwa wieħed mill-ħames stazzjonijiet li l-MEPA timmaniġja u d- data ħierġa minn dan l-istazzjon hija available fuq is- website tal-MEPA (www.mepa.org.mt) u wkoll irrapurtata lill-Unjoni Ewropeja. L-apparat użat għall-monitoraġġ tal-PM10 huwa hekk kif mitlub mid-Direttivi ta’ l-Unjoni Ewropeja. Dan is-sit huwa maqtugħ mis-sorsi prinċipali ta’ tniġġiż biex b’hekk ikun jista’ jistudja l-effetti ta’ tniġġiż naturali u dawk impurtati minn pajjiżi oħra. In-numru ta’ exceedances tal-livelli ta’ PM10 (hekk kif stipulat fid-Direttiva 1999/30/EC) ma qabiżx l-ammont rikjest mid-Direttiva. Barra minn hekk, minn studji illi saru, wieħed jista’ jikkonkludi li ħafna mill- exceedances huma riżultat ta’ sorsi naturali bħal trab tas-Sahara u tniġġiż impurtat u dak ġenerat minn attivitajiet oħra bħal tniġġiż mill-vapuri.

Oqsma tal-Biedja u Sajd — Benefiċjarji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10823 u jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna fl-oqsma tal-biedja u sajd għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-2004 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu fondi Ewropej?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11982 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li jirċievu benefiċċji kontributorji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10846 u jgħid, xahar b’xahar minn Settembru 2007 sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, kemm kien hemm persuni residenti f’Malta u Għawdex separatament li kienu qed jirċievu benefiċċji kontributorji bħala: · Pensjoni ta’ invalidità · Pensjoni ta’ l-irtirar · Benefiċċji short-term? Jista’ jagħti l-ispiża relattiva għal kull benefiċċju għal Malta u Għawdex separatament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #12202 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kurċifissi fil-klassijiet tal-iskola

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-evalwazzjoni tal-Gvern tad-deċizjoni mogħtija mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem rigward iż-żamma ta’ kurċifissi fil-klassijiet tal-iskola fl-Italja? X’se tkun il-pozizzjoni tal-Gvern f’Malti fuq din il-kwistjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern ma jqisx li l-Kurċifiss f’post pubbliku imur kontra d-drittijiet tal-bniedem.

Għawdex — produzzjoni totali tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10165 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni totali tal-ilma f’Għawdex kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008, u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena? Jista’ jagħti dawn il-volumi maqsumin skond is-sors tagħhom, eżempju boreholes u pumping stations?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 10354.
Leg 11 PQ #11974 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Gozo Employment Aid Scheme — Persuni ngaġġati

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10173 jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-264 persuna li kienu ngaġġati taħt il-Gozo Employment Aid Scheme matul l-2008 kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-1 ta’ Jannar tal-istess sena? Kemm mill-264 persuna ngaġġati kienu qed jirreġistraw għax-xogħol xahar qabel ma ġew ingaġġati?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 11972.

Għawdex — konsum totali tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10167 u jgħid kemm kien il-konsum totali tal-ilma f’Għawdex kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008 u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 10356.