Legislature:
Category:
Reset
Active:

Valur Gross Miżjud — Settur tas-sajd

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tas-sajd f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Valur Gross Mizjud — settur tal-industrija tal-fish farming

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Miżjud Gross fi prezzijiet bażiċi tal-industrija tal-fish-farming f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’din l-industrija kull sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13988.

Valur Gross Miżjud — settur tal-Industrija tal-Manifattura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Karma.

Valur Gross Miżjud — settur tal-kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-kostruzzjoni f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Valur Gross Miżjud — Settur tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-inmut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jgħid li l-istatistika għas-setturi imsemmija tinħadem b’mod aggregat fejn jirrigwardja statistika fuq bażi ta’ reġjun.

Valur Gross Miżjud — Settur tat-tiswija ta' vetturi bil-mutur u ta' household goods

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tat-tiswija ta’ vetturi bil-mutur u ta’ household goods f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13992.
Leg 11 PQ #13982 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — Employment Aid - Kumpanniji li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7195 u ċioe: B’referenza għal paragrafu (ċ) tat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5789, jista’ l-Ministru jgħid il-264 persuna kif kienu ngaġġati xahar xahar u skond il-kumpanija li ngaġġathom?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l- parteċipanti tal- Employment Aid Scheme bdew fix-xhur li ġejjin: Informat ukoll hekk :- Jul-07 14 Jan-08 15 Feb-08 18 Mar-08 19 Apr-08 28 May-08 14 Jun-08 24 Jul-08 15 Aug-08 12 Sep-08 20 Oct-08 18 Nov-08 17 Dec-08 50 Minħabba id-‘Data Protection Act’, ma tistax tinħareġ informazzjoni tal-ismijiet tal-kumpaniji li bbenefikaw minn din l-iskema.
Leg 11 PQ #13983 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Impjiegi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħolqu impjiegi ġodda f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-2009? Kemm minn dawn l-impjiegi huma fis-Settur Pubbliku u kemm huma fis-Settur Privat? Kemm minn dawn l-impjiegi fis-Settur Pubbliku u fis-Settur Privat separatament, imtlew minn nisa kull sena?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ mhijiex f’pożizzjoni li tgħid kemm inħolqu impjiegi kull sena mill-1999 sal-2009, imma tista’ tikkummenta fuq tibdil fl-impjiegi minn sena għall-oħra. Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi ż-żieda jew tnaqqis li kien hemm fis-settur pubbliku u privat fis-snin mitluba għan-nisa u rġiel u n-nisa separatament.
Leg 11 PQ #13984 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Chidcare Centres

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm infetħu childcare centres tal-Istat f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2009 u x’kienet in-nefqa kapitali u rikorrenti fuqhom kull sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata illi għalkemm child care centres ta' l-Istat f'Għawdex għadhom ma nfetħux għaddejja ħidma sabiex dan is-servizz jibda jiġi offrut.
Leg 11 PQ #13985 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Childcare Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu childcare centres tal-Istat f’Malta kull sena mill-1999 sal-2009 u x’kienet in-nefqa kapitali u rikorrenti fuqhom kull sena?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Prodd Gross Domestiku Reġjonali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-Prodott Gross Domestiku Reġjonali għal Malta u Għawdex separatament, ras għal ras a) tar-residenti fir-reġjun u b) ta’ dawk li jaħdmu fir-reġjun, f’Purchasing Power Standards fuq bażi u fil-qafas ta’ reġjuni NUTS Level III tal-Unjoni Ewropea mis-sena 2000 sas-sena 2008 kemm a bażi ta’ EU 25 = 100 u kemm a bażi ta’ EU 27 = 100?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Valur Gross Miżjud — settur tal-agrikoltura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-agrikoltura f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13976 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li jirċievu benefiċċji mhux kontributorji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10847 u jgħid, xahar b’xahar minn Jannar 2008 sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, kemm kien hemm persuni residenti f’Malta u Għawdex separatament li kienu qed jirċievu benefiċċji mhux kontributorji bħala: · Pensjoni/ allowance ta’ diżabilita’ · Assistenza soċjali · Assistenza medika? Jista’ jagħti l-ispiża relattiva għal kull benefiċċju għal Malta u Għawdex separatament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sistema għall-ġbir tal-ilma tax-xita

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar u kemm intnefqu flus kull sena mill-1999 sal-2009 għat-titjib tas-sistemi tal-ġbir ta’ l-ilma tax-xita għall-użu fl-agrikoltura f’Malta u f’Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13978 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Frodi ta' benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11545 u jagħti breakdown lokalità lokalità tat-3,750 każ ta’ frodi ta’ benefiċċju soċjali li ġew investigati mid-Direttorat għall-Frodi ta’ Benefiċċju u għall-Investigazzjoni f’dawn l-aħħar tliet snin? Jista’ jagħti dan it-tagħrif maqsum tliet xhur, tliet xhur u bl-ammonti li ġew frankati lokalità lokalità? Jista’ jgħid ukoll kemm benefiċċji ġew sospiżi f’kull lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13979 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Qasam tax-xogħol f'Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5176 u jagħti l-informazzjoni hawn taħt mitluba rigward il-qasam tax-xogħol f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, fl-aħħar ta’ Diċembru ta’ kull sena mill-2000 sal-2007 u fl-aħħar ta’ Settembru 2008: a) in-numru ta’ nies (i) jaħdmu għal rashom u (ii) impjegati, (iii) nies qiegħda u (iv) nies inattivi skond il-grupp ta’ l-eta’ tagħhom(15-24, 25-34, 35-44, 45-54, 55-64); b) ir-rata ta’ attività tal-popolazzjoni attiva kif ukoll skond il-grupp ta’ l-età tagħhom; ċ) in-numru ta’ nies jaħdmu klassifikati skond l-attività ekonomika; u d) id-dħul gross annwali medju tan-nies jaħdmu skond l-attività ekonomika tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bl-informazzjoni mitluba rigward il-qasam tax-xogħol f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, fl-aħħar ta’ Diċembru ta’ kull sena mill-2000 sal-2007 u fl-aħħar ta’ Lulju 2008. TABELLA ‘A’ – Turi n-numru ta’ nies maqsuma skond il-grupp ta’ l-eta’ mitluba, li jaħdmu għal rashom, impjegati, nies qiegħda, nies inattivi u r-rata ta’ attività tal-popolazzjoni attiva. Il-grupp ta’ dawk li għandhom età minn 65 'il fuq mhumiex inklużi f’din it-tabella. TABELLA ‘B’ – Turi n-numru ta’ nies jaħdmu klassifikati skond l-attività ekonomika. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ ma jkollhiex informazzjoni dwar id-dħul gross annwali tan-nies jaħdmu. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant, li l-aħħar statistika ppubblikata hi dik ta’ Lulju 2008.
Leg 11 PQ #13980 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pagamenti tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6662 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' pagamenti ta' sigurtà soċjali lil residenti f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-2009?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13981 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6664 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali minn kontributuri residenti f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-2009?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13618 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Surveys dwar materji ta' interess pubbliku u statali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13325, 13152, 12969 u 12763, dwar opinion surveys fuq materji ta' interess pubbliku minn kummissjonijiet, ministeri, enti jew korpi tal-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li: Dipartiment tal-Gvern Lokali Fis-Sajf tas-sena 2008 intbagħat kwestjonarju f’kull dar f’Malta u Għawdex bħala parti mir-riforma tal-Kunsilli Lokali. Dan il-materjal li ġie jiswa € 5,165.03, intbagħat mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni u ġie evalwat minn Unit li kienet twaqqfet apposta għar-Riforma (liema uffiċċjali kienu mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u t-Taqsima tat-Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli). Ir-rapport kien wieħed kumplessiv u huwa diffiċli jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-risposti tal-pubbliku ġew inklużi mal-proposti u suġġerimenti li saru minn ministeri, dipartimenti, korpi u għaqdiet mhux governattivi u entitajiet oħra, liema suġġerimenti servew biex ġie mħejji r-Rapport tar-Riforma “Biex il-Kunsill Jagħtik l-Aqwa Servizz” u li eventwalment serva wkoll biex saru l-emendi leġislattivi għall-Att dwar il-Kunsilli Lokali. Awtorità tax-Xandir L-Awtorità tax-Xandir tikkommissjona stħarriġ (Audience Survey) b’mod regolari skond il-liġi tax-Xandir (Cap 350) fuq is-semmieha tar-Radju u t-telespettaturi tat-TV. Dan l-istħarriġ isir minn National Statistics Office (NSO) u saru dawn il-ħlasijiet kif jidhru hawn taħt: April 2008 – Diċembru 2008 € 32,569 Jannar 2009 – Novembru 2009 € 16,815 Ir-rapporti ta’ dawn is- surveys wieħed jista’ jsibhom fuq il- website ta’ l-Awtorità - www.ba-malta.org Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar L-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ikkummissjonat żewġ surveys li huma: a) Market Research: Two focus groups targeting architects (6 in-depth interviews with users within the different types of categories) li ġie kkummissjonat mill-Informa Consultants u li sewa lill-Awtorità € 3,325.24. b) Awareness & Perception Survey li ġie kkummissjonat minn MISCO u li sewa lill-Awtorità €8,850. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas- surveys.
Leg 11 PQ #13619 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Interim From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kanen mitluqin barra fuq bankina fi Triq il-Ferrovija Qadima — Birkirkara

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13335 u 13094 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jirrispondi mistoqsija parlamentari 12464 u jgħid għaliex madwar tmienja jew disa' kanen kbar tal-ilma, ilhom mitluqa barra mill-bidu tar-rebbiegħa ta’ din is-sena, fuq il-bankina ta’ Triq il-Ferrovija l-Qadima kantuniera ma’ Triq Vittorio Cassar Birkirkara? Jista' jgħid kemm tiswa kull kanna tat-tip imħollija fejn qed jintqal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.